Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6033 u 5895 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5895.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi kollha ltaqgħu minn Marzu ta' din is-sena sal-lum. Dawn huma:- Aġenzija Żgħażagħ Advisory Board Anti Doping Commission Board of Local Examinations Council for the Teaching Profession Employment and Training Corporation Board English as a Foreign Language Monitoring Board Exemptions from Fees at State Educational Institutions Foundation for Educational Services Foundation for Tomorrow’s Schools Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti Language Policy in Education Joint Standing Committee Master It Malta Arts Scholarships Board Maltese Commission for UNESCO MCAST Board of Governors MCST Board MGSS Selection Board Malta Libraries Council Malta Sports Council Malta Sports Scholarships Board Malta Racing Club Board MQRIC Appeals Board National Archives Council National Book Council National Commission for Higher and Further Education (NCFHE) National Curriculum Framework Implementation Review Board Scholarship Appeals Board Statementing Moderating Panel Board Statementing Appeals Board St Patrick’s School Admission Board STEPS Board Students Maintenance Grants Board University of Malta Council University Faculty Boards

Ministeru għall-Edukazzjoni – ingaġġ ta’ persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta' dawk il-persuni li mid-9 ta' Marzu 'l hawn ġew ingaġġati mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru bħala persons of trust? Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Id-dettalji tal-persuni li mid-9 ta' Marzu 'l hawn ġew ingaġġati bħala persons of trust jew f'position of trust mal-Ministeru, Direttorati jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, flimkien ma' kopja tal-kuntratti tagħhom, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:- Dok. 'A' Ministeru/Direttorati Ġenerali Dok. 'B' Strategic and Priorities Unit (SPU) Dok. 'C' Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ/Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla/Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija/Kunsill Malti għall-iSport. Rigward Dok. 'C', il-persuna li kienet ġiet detailed mal-KMS f'position of trust, m'għadiex tokkupa din il-kariga.

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Bħalissa, matul is-sena 2013, bdew proġetti fuq grawnds tal-futbol f'Għawdex. Dawn il-proġetti kollha se jitlestew, uħud minnhom sal-aħħar ta' din is-sena u l-kumplament matul is-sena d-dieħla. Hekk kif il-Gozo Football Association tressaq l-invoices, jibda l-proċess biex isiru l-pagamenti.

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5895 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5895.

Skejjel pubbliċi – ħalib u frott frisk

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5363, jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk l-iskejjel li mhux qed jipparteċipaw fl-iskema li l-istudenti jingħataw ħalib frisk meta jmorru l-iskola? X’inhi r-raġuni li dawn il-kapijiet tal-iskola ma jridux li jipparteċipaw f’din l-iskema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi kif se nsemmi:- Lista 'A' Skejjel pubbliċi li mhux qed jipparteċipaw fl-iskema tal-ħalib issussidjat mill-UE. Lista 'B' Skejjel li għalkemm ma jipparteċipawx fl-iskema xorta jagħtu ħalib lill-istudenti. L-iskema ta' ħalib issussidjat hija volontarja. Kull skola li tipparteċipa trid tħallas 80% tal-kont u għalhekk xi skejjel ma jieħdux sehem fl-iskema.

suġġetti vokazzjonali – allokazzjoni ta’ riżorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’riżorsi se jintużaw u jekk hemmx flus allokati għat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali? Jista’ jagħti d-dettalji dwar l-ispejjeż kapitali fl-iskejjel għall-bini ta’ laboratorji jew workshops għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti? X’għajnuna se tingħata lill-iskejjel tal-Knisja u indipendenti biex ikunu jistgħu jinvestu fit-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li għall-implimentazzjoni tal-proġett pilota tal-erba’ suġġetti vokazzjonali tal-BTEC, intefqet s’issa is-somma ta’ madwar €115,140. Din is-somma tkopri, fost l-oħrajn, l-ispejjeż tat-taħrig tal-għalliema kollha mill-Edexcel; il-kotba tal-istudenti kollha; il-kotba u materjal pedagoġiku ieħor għall-għalliema kollha – tal-Istat, tal-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti – mdaħħlin fit-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali; iż-żjarat ta’ kull sena mill-uffiċjali tal-Edexcel biex jassessjaw ix-xogħol tal-għalliema u tal-istudenti kollha; iż-żjarat mill-uffiċjali tal-Edexcel biex jassiguraw il-kwalità tal-istandards fl-immaniġjar tat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel kollha; ħlas ta’ miżati ta’ dawn il-kwalifiċi lil dawk l-istudenti li l-familji tagħhom talbu l-għajnuna għaliex qegħdin fuq is-servizzi soċjali; u għoti ta’ fondi supplementari lill-iskejjel kollha sabiex jinxtraw riżorsi meħtieġa għat-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali. S’issa ma kienx hemm bżonn ta’ spejjeż kapitali fl-iskejjel għall-bini ta’ laboratorji jew workshops għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti. Dan għaliex it-tagħlim tas-suġġetti vokazzjonali fil-proġett pilota qed isir fil-laboratorji tas-suġġetti tat-Teknoloġija, tal- Home Economics , tal-Ikel, u fil-klassijiet.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — impjegati ingaġġati ma’ kuntrattur

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-diversi uffiċini u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'Għawdex li huma impjegati ma' kuntrattur? Jista’ jgħid x'inhu x-xogħol li jagħmlu u fejn, min hu l-kuntrattur, x'kuntratt hu u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jagħti d-data tal-ingaġġ ta' kull impjegat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li hemm żewġ persuni mpjegati ma' kuntrattur li jaħdmu fid-diversi uffiċini u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi f'Għawdex. Iż-żewġ persuni jaħdmu ma' Clentec u jipprovdu servizz ta' tindif fl-MCAST ta' Għawdex. Dawn ġew ingaġġati fid-29 ta' April u l-10 ta' Ġunju 2013 rispettivament.

Pixxina Nazzjonali – temperatura tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-ilma tal-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq mhux qed jissaħħan? Jekk beda jissaħħan, meta beda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ilma tal-pixxina nazzjonali kien u għadu qed jissaħħan. L-ilma beda jissaħħan mill-Ġimgħa 11 ta' Ottubru, meta beda jiksaħ l-ilma.
Leg 12 PQ #6033 Sitting 87 2013-11-16 Oral · Interim From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Gozo Football Association u l-Football Clubs Għawdxin — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5895 u jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-Ministeru tiegħu lill-Gozo Football Association u l-Clubs tal-Football Għawdxin matul is-sena 2013 sal-lum biex jkunu jistgħu jlestu l-faċilitajiet ta’ pitches bit-turf artifiċjali u faċilitajiet oħra anċilleri? Jista’ jgħid kemm ingħatat l-Assoċjazzjoni Għawdxija u kemm ingħata kull club Għawdxi? Kemm hu mistenni li tingħata għajnuna sal-aħħar ta’ din is-sena lill-Assoċjazzjoni tal-Football Għawdxija u lill-Clubs Ghawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'seduta oħra.

Ir-Rabat (Malta) — għeluq ta' skola sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskola sekondarja tar-Rabat (Malta) kantuniera ma Triq il-Kulleġġ hux se tingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta se tingħalaq?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-iskola msemmija mhux se tingħalaq.

Kunsilli taż-Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom hemm kunsill taż-żgħażagħ din is-sena? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta, f’kull lokalità kien hemm kunsill taż-żgħażagħ, minn mindu bdew jitwaqqfu dawn l-istess kunsilli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ bdew fis-sena 2009-2010 u sa issa kien hemm erba` edizzjonijiet. Għal din is-sena diġà ġiet imnedija l-ħames edizzjoni (2013-2014) u bdew jidħlu l-applikazzjonijiet mingħand il-Kunsilli Lokali a) Fis-sena 2009-2010 ipparteċipaw 15-il kunsill lokali taż-żgħażagħ. b) Fis-sena 2010-2011 ipparteċipaw 27 kunsill lokali taż-żgħażagħ ċ) Fis-sena 2011-2012 ipparteċipaw 24 kunsill lokali taż-żgħażagħ d) Fis-sena 2012-2013 ipparteċipaw 25 kunsill lokali taż-żgħażagħ Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji tal-lokalitajiet kollha li ħadu sehem.

Appuntament mas-CDAU – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna appuntament mas-CDAU?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru għas-Saħħa.

Università – mature students

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti universitarji li daħlu l-kors universitarju bħala mature students? Kemm hemm studenti li qed jagħmlu kors universitarju fuq bażi part-time u f’liema korsijiet? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' studenti part-time f'kull kors u x'perċentwal huma mal-istudenti full-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li 495 student daħlu f'kors universitarju bħala mature students. Infurmat ukoll li 2743 student qed jagħmlu kors universitarju fuq bażi part-time u t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi f'liema korsijiet qegħdin. Il-perċentwal tat-total ta' studenti li qed jattendu fuq bażi part-time hu ta' 23.2% meta mqabbel mat-total ta' studenti fl-Università ta' Malta. Wieħed irrid jirrimarka li n-numru ta' studenti part-time li jidhru fit-tabella jinkludu dawk l-istudenti kurrenti kollha li jinsabu fid-database tal-Università ta' Malta sal-25 ta' Ottubru 2013. Din id-database tista' tiġi aġġornata kemm-il darba jkun hemm tibdiliet żgħar fin-numru ta' studenti li qed jattendu.

Koppji miżżewġin li jaħdmu t-tnejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn koppji miżżewġin li jaħdmu t-tnejn? Kemm minn dawn il-koppji għandhom tfal taħt is-16-il sena? Kemm hawn tfal taħt is-16-il sena li l-ġenituri tagħhom jaħdmu t-tnejn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ iżżomm tagħrif dwar persuni mpjegati, ma jistax jittieħed li persuni li għandhom l-istess indirizz residenzjali bilfors huma koppja miżżewġa. Infurmat ukoll li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma jkollhiex informazzjoni dwar tfal taħt is-16-il sena li l-ġenituri tagħhom qed jaħdmu t-tnejn.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – job placements ta’ persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm job placements li saru tramite l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-persuni b'diżabilità matul din l-aħħar sena xahar b'xahar f'Għawdex u Malta separatament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – korsijiet lil persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li ġew offruti kors mill- Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u kemm minnhom effettivament attendew kors matul din l-aħħar sena? X’inhu l-kors, kemm dam, fejn sar u jista’ jagħti l-informazzjoni kemm għal Għawdex kif ukoll għal Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli kif se nsemmi:- Tabella 'A' turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li ġew offruti kors mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, filwaqt li Tabella 'B' turi kemm minnhom effettivament attendew kors matul din l-aħħar sena, x'kien il-kors, kemm dam u fejn sar, maqsumin f'Malta u f'Għawdex separatament.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru korsijiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex f’din l-aħħar sena? X’kien il-kors? Fejn sar? Kemm attendew? Jekk kien bi ħlas, kemm kien il-ħlas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru kemm saru korsijiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex f'din l-aħħar sena 2013, x'kien il-kors, fejn sar u kemm attendew. Rigward ħlas, l-ebda kors offrut din is-sena ma kien bi ħlas.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – skemi – parteċipanti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-iskemi kollha in place tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ matul din l-aħħar sena? Kemm ipparteċipaw? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel skont l-età? Kemm minnhom kienu minn Għawdex u kemm minnhom kienu minn Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit kemm se jkun il-ħlas għal kull membru tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport li tinkludi wkoll dak tas-segretarju tal-istess Kummissjoni? Jista' jgħid jekk din il-Kummissjoni ippreżentatx xi rapporti sa issa dwar il-ħidma tagħha sa minn meta twaqqfet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4293. Għadu ma ġiex stabbilit ħlas lis-Segretarju tal-Kummissjoni. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, s'issa għadu ma ġie ppreżentat ebda rapport tal-Kummissjoni.