Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tarznari — Sezzjoni ta' l-armar

Question

B'riferenza għall-ftehim milħuq mat-tarznari, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mis-sezzjoni ta' l-armar tneħħew ħaddiema taħt l-40 sena u tħallew oħrajn li ma jarmawx u oħrajn li ma jitilgħux fil-għoli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Djar ta' l-anzjani — Ikel tal-pazjenti

Question

Jistaż il-Viċi Prim Ministru jgħid kif jiġi provdut l-ikel fid-djar tal-gvern ta' l-anzjani, mill-istess gvern jew mill-privat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ikel fid-djar għall-anzjani tal-Furjana u l-Imtarfa jiġi mħejji mill-impjegati f’dawn id-djar stess. L-ikel għad-djar tal-Mosta, Msida u l-Gżira jiġi fornut minn kuntrattur privat.

Sigurta' soċjali — Persuni li qed jistennew li jgħaddu board

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li qegħdin jistennew li jgħaddu board u kemm għandhom eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-bord mediku konness mal-Pensjoni għall-Invalidita’ mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, ninsab infurmat li hemm 205 persuna tistenna biex tersaq quddiem dan il-bord. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.

Awtorita' tad-djar — Każ dwar housing

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni quddiem l-awtorita' tad-djar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi lill-persuna ndikata għand l-Awtorita’ tad-Djar fit-Taqsima tal-Customer Care.

Bini tal-gvern — Ħsarat fil-lifts

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid min hu responsabbli u għand min wieħed għandu jirrikorri meta jkun hemm ħsarat fil-lifts tal-bini tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-lifts installati mill-Awtorita’ tad-Djar taħt Skema V, ninfurmaħ li l-Awtorita’ timponi fuq l-inkwilini li jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti li tkun responsabbli għall-manutenzjoni tal-lift.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Anzjana li tgħix f'post mingħajr faċilitajiet sanitarji

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jgħin lill-mara anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - biex ma tibqax tgħix f'post mingħajr il-faċilitajiet sanitarji kollha? Il-fond ta' din il-mara anzjana huwa mingħajr dawl, ilma u mingħajr kamra tal-banju.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-persuna ndikata m’għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment.

Ħal Tarxien — Xogħol f'Binja tal-gvern fi Triq il-Kurunell Mas

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie jqum il-finishing biex ikun lest għall-abitazzjoni tal-Binja fi Triq il-Kurunell Mas, Ħal Tarxien? Kemm hemm kmamar tas-sodda f'kull unit? Jista' ipoġġi l-pjanti fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ż-żewġ appartamenti fi Triq il-Kurunell Mas, Ħal-Tarxien, u li t-tnejn għandhom tliet kmamar tas-sodda, inħarġu għall-bejgħ shell form u għalhekk l-Awtorita’ ma għamlet ebda finishing fihom. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta’ dawn l-appartamenti.

Djar ta' l-anzjani — Ikel tal-pazjenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiswa ikla kuljum fid-djar ta' l -anzjani tal-gvern għal kull anzjan/a?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ikel għal kull persuna fid-Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern jiswa madwar Lm2.30 kuljum. Dan l-ammont jinkludi l-breakfast, u l-ikla ta’ nofsinhar u filgħaxija.

Djar ta' l-anzjani — Anzjani residenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tiswa lill-gvern anzjan/a residenti fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li persuna residenti f’xi waħda mid-djar għall-anzjani mmexxija mill-Gvern, fl-2002 kienet tiswa madwar Lm11 kuljum. Ir-rata għas-sena kurrenti tinħadem wara li tingħalaq is-sena finanzjarja.

Persuna bi bżonnijiet speċjali — Dħul fl-Adult training centre ta' l-Imtarfa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna bi bżonnijiet speċjali li isimha u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma ġietx aċċettata fl-Adult training centre ta' l-Imtarfa wara li spiċċat mil-iskola San Michele ta' St. Andrews? Jista' jara li din il-eprsuna tiġi ammessa mmedjatament billi qegħda taqa' lura u għandha bżonn urġenti ta' għajnuna ndividwali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex dawk il-persuni b’diżabilita’ li spiċċaw mill-iskola jibdew jattendu ċ-Ċentri għal Matul il-Jum. Dan japplika għall-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? X'ċans hemm li l-applikanta li hi separata u għandha tifla ta' disgħa snin, tiġi allokata fond? Kemm għandha punti? Kif inħadmet is-sistema tal-punti vis-a-vis din l-applikanta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrara flimkien m’oħrajn simili. Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna konċernata lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn tkun tista’ tara l-applikazzjoni tagħha.

Awtorita' tad-djar — Każ bir-Ref No:

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-prezz sussidjat tal-fond imsemmi - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - għat-talba bir-Ref No: 6HA 39/2002 quddiem l-awtorita' tad-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna konċernata lill-Awtorita’ tad-Djar fit-Taqsima tal-Customer Care.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva ta' l-anzjana mill-Imsida li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'ċans hemm li din l-anzjana tibdel ma' post ieħor tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2660 f’Seduta Numru 57.