Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet xahar b'xahar matul dawn l-aħħar tlett snin inkluż il-grad li ngħata kemm jekk hu post kif ukoll position fis-servizz pubbliku?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se tingħata lura t-taxxa żejda li tħallset mill-kumpanija, li isimha qed jintbagħat separatament, u li għandha tieħu lura s-somma li teċċedi 'l fuq minn Lm5,000?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Servizz ta' l-internet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-servizz tal-internet provdut fir-residenzi tal-uffiċjali tal-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament uffiċjal b'uffiċjal u xahar b'xahar? Jista' jgħid min hu l-ISP f'kull każ separat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tas-settur pubbliku li din is-sena tressqu l-Qorti fuq reati kriminali; f'liema dipartiment/ministeru kienu u l-kariga li kienu jokkupaw, in-natura tar-reat li kienu akkużati bih; jekk ġewx sospiżi jew għadhom fl-impjieg normali tagħhom pendenti l-proċeduri li għaddejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jara li t-talba li saret quddiem id-Dipartiment tat-Taxxi Interni minn persuna mill-Isla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tkun milqugħha? Jista' jgħid għaliex id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għadu ma weġibx għat-talba tagħha?
Jista' l-Prim Ministru jgħid, jekk ġewx mikrija/leased karozzi għal użu tiegħu bħala Ministru minn Jannar 2007 sal-lum u f'każ li fl-affermattiv, x'tip ta' karozza inkriet/leased, kemm hi r-rata li biha nkriet/leased il-karozza kull ġurnata u għalkemm żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul iż-żmien imsemmi ma ġewx mikrija/leased l-ebda karozzi għal użu tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Operational Programme One?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-Operational Programme I.jinsab fuq diversi websites tal-Gvern – inkluż dik tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni u tal-Ministeru tal-Finanzi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21801, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-eżenzjonijiet mill-VAT? Jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-għaqdiet jew persuni? Jista' jgħid kemm kien l-effett finanzjarju wara kważi sena jew inkella l-istima li kienet saret?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onoreveli Interpellant li applikazzjonijiet għall-eżenzjonijiet mill-VAT għall-qasam kulturali kien hemm ħdax. L-għaqdiet u persuni li għamlu t-talbiet fuq imsemmija mid-data tad-diskors tal-Budget għall-2007, huma dawn:
1. Educational Theatre Productions – żewġ applikazzjonijiet;
2. Fondazzjoni Patrimonju Malti;
3. Fondazzjoni Wirt Artna;
4. Gen Verde;
5. St Agatha’s Historical complex;
6. Danish Ballet;
7. Soċjetà Filarmonika Sliema;
8. Drama Troupes;
9. The Gozo Cathedral;
10. Din l-Art Ħelwa.
L-impatt negattiv ma jistax jiġi kkwantifikat għaliex is-soċjetajiet ma jibgħatux denunzji dwar dan id-dħul.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27704 u r-risposta mogħtija, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28372 u jgħid kif intnefqu Lm136,262,989.62 li Malta rċeviet mill-Unjoni Ewropea? F'liema proġett ntnefqu dawn il-flus?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28742.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet rappurtata mill-ministeru, dekasteru u enti li jaqgħu taħtu matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena? Kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali l-oġġetti misruqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ottubru 2007 fid-dipartiment jew entitajiet fid-dekasteru tiegħi ġew rappurtati ħames serqiet b’valur globali ta’ Lm278.40.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27827, 27386, 28161, 28436 u 28566 u jgħid min kienu l-membri kollha tad-delegazzjoni li akkumpanjatu l-Awstralja u min kienu l-ġurnalisti u rappreżentanti tal-media li telgħu miegħu? Huwa minnu li fosthom kien hemm ta' Where's Everybody? X'arranġamenti finanzjarji saru dwar l-akkumpanjament u l-vjaġġi u akkomodazzjoni u ikel tal-ġurnalisti li kellu miegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-membri li ffurmaw parti mid-delegazzjoni fl-Awstralja kienu żewġ uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, 10 rappreżentanti mil-qasam tal-media u produzzjoni viżiva kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u uffiċjal tas-Sigurtà.
Fuq vjaġġi u akkomodazzjoni, il-Gvern kopra l-ispejjeż tal-vjaġġ u lukandi filwaqt li l-ikel ġie kopert direttament mir-rappreżentanti tal-media stess sakemm ma kienx hemm xi stediniet partikolari.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27828, 27385, 28160, 28434 u 28565 u jgħid x'kienet in-nefqa totali taż-żjara tiegħu u tad-delegazzjoni fl-Awstralja, inkluż l-passaġġi ta' l-ajru, etc?
Jista' l-Prim Ministru jivverifika jekk l-armla, li isimha qed jintbagħat separatament li żewġha għamel snin jaħdem fl-Armata hix intitolata għall-pensjoni mill-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li peress li r-raġel li kellha l-armla, li ismu qed jintbagħat separatament, serva għal perjodu ta’ sena u sitt ijiem, l-armla mhix intitolata għall-pensjoni mill-Armata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk Skanska tħallsitx l-ammont kollu dovut lilha fuq il-Mater Dei mill-kuntratt iffirmat? Jikkonferma li r-retention money tħallset ukoll? Meta sar il-handing over ta' l-isptar?
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27890 u 28736, jista' l-Prim Ministru jgħid f'kull każ x'passi ttieħdu mill-Kummissarju tal-VAT u mill-Kontrollur tad-Dwana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull meta id-Dwana tiltaqa’ ma xi importazzjoni/esportazzjoni ta’ oġġetti llegali jew ipprojbiti li jistgħu jiksru liġijiet oħra barra dawk tad-dwana, dawn jiġu riferuti lill-pulizija għal aktar stħarriġ.
Id-dwana hija konxja ta’ każ wieħed li ġie riferut lill-pulizija u rriżulta li kien hemm dan it-tip ta’ ksur. Fejn għandhom x’jaqsmu il-liġijiet tad-Dwana u l-VAT, peress li l-ammont ta’ taxxa nvoluta kien baxx, il-każ ġie magħluq għat-terminu ta’ l-artikolu 63 ta’ l-Ordinanza tad-Dwana.
Il-Kontrollur tad-Dwana huwa awtorizzat sabiex jiġbor il-VAT fuq dawk il-każijiet fejn ikun hemm oġġetti projbiti għall-ivvjaġġar bl-ajru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex is-self-employed mhux qed jingħataw l-opportunita' jħallsu l-bolol tas-sigurta' soċjali li ma tħallsux qabel is-sena 2007? Jista' wara kollox jiġi kkunsidrat li tingħata din l-opportunita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, persuna li taħdem għal rasha tista’ tħallas arretrati ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali dovuti sa massimu ta’ ħames snin b’lura.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm ġranet sick fuq full pay u half pay huma ntitolati l-ħaddiema tal-gvern? Jista' jgħid jekk jgħoddx l-istess għall-ħaddiema li huma pensjonabbli (daħlu qabel 1979)? X'jiġri meta persuna tkun marida għal perijodu twil ta' madwar 3 u 4 xhur u għalxiex tkun intitolata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Sick Leave tal-ħaddiema tal-Gvern hija elenkata fis-sezzjonijiet 4.3.4. u 4.3.5. tal-Public Service Management Code.
Jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27278, 27799, 27930, 28058, 28255 u 28584 u jgħid matul din is-sena liema għaqdiet u proġetti ġew iffinanzjati mill-Fund for Good Causes li ġej mill-lotteriji? Liema għaqdiet oħra ġew mgħarrfa li se jingħataw fondi u x'inhuma l-proġetti ffinanzjati? Fuq liema kriterji ġew magħżula l-għaqdiet u l-proġetti?