Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi security porters impjegati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu li huma casual, isiru tal-post fi żmien qarib?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninstab infurmat li m’hemmx persuni impjegati bhala security porters fuq bazi kazwali ma’ l-Awtorita’ tat-Turizmu.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-fatt li telf ta' l-Export Refund fuq l-importazzjoni tal-laħam aħmar importati mill-pajjiżi ta' l-UE wara li Malta ssir membru jkun fil-livelli ta' madwar US$6000 it-tunellata metrika fuq prodotti bħal Irish Origin Beef eċċ, jista' jinfurmani kif dan it-telf se jaffettwa lill-lukandi u restoranti tal-gżejjer tagħna?
Response (REFALO, MICHAEL)
M’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Membru fis-Seduta numru 493 għall-Mistoqsija tiegħu 23421.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rapporti dwar l-impatt li jġibu magħhom it-TARIC fuq l-industrija tat-turiżmu, li saru matul l-1999 u sena 2000?
Kif se jaffettwaw il-prezzijiet ta' l-ikel tar-restoranti, lukandi, snack bar's eċċ dawn il-forom ta' levies ġodda li timponi fuq pajjiżna l-UE wara li Malta ssir membru?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi ukoll lill-Onor. Membru ghat-twegibiet li tajt ghall-Mistoqsijiet tieghu numru 12283, 16103 u 16104.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, rapporti dwar l-impatt tat-telf ta' l-export refunds fuq il-prodotti ta' l-ikel u l-materja prima ta' l-ikel importata f'pajjiżna mill-pajjiżi ta' l-UE għal industrija tat-turiżmu wara li Malta ssir membru?
Kemm swew flus dawn ir-rapporti u minn min ġew ikkummissjonati? Kif se jiġu affetwati r-restoranti, lukandi u snack bars b'dan it-telf ta' sussidju fuq l-ikel importat f'pajjiżna wara li Malta ssir membru?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif kelli okkazjoni nghid diversi drabi f’din il-kamra mhijiex il-politika tal-Ministeru li jiddupplika xoghol li jsir minn Ministeri ohra.
Infurmat li studju dwar l-impatt ta’ shubija fl-UE fuq il-prezzijiet ta’ l-oggetti ta’ l-ikel gie kummissjonat mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummisjonati rapporti mad-dekasteru tiegħu marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sallum?
Jista' jgħid wkoll fuq liema suġġett kienu, min għamel dan ir-rapport u kemm tħallas ta' dan ir-rapport?
Jista' ġentilment ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma l-kamra li gew ikkummisjonati zewg rapporti mill-Ministeru tieghi liema rapporti huma marbuta mas-shubija shiha ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Wiehed dwar l-impatt li jista’ jkollu d-dhul ta’ Malta fuq il-Gwidi Turistici u fuq il-kwalita’ ta’ Guiding f’Malta u l-iehor dwar l-impatt fuq in-negozji z-zghar, b’mod partikolari fuq il-lukandi u l-agenziji ta’ l-ivvjaggar.
Ma sar u mhu ser isir l-ebda hlas ghal dawn ir-rapporti billi l-flus gew provduti mill-Kummissjoni ta’ l-Unjoni that ir-Raba’ Protokol Finanzjarju. Ghall-ezattezza, is-somma li nghatat lill-Ministeru mill-Kummissjoni tammonta ghal madwar 130,000 ECU.
Ir-rapporti ghadhom qed jithejjew u huma mistennija li jkunu lesti sa l-ahhar ta’ April 2001.
Jista' l-Ministru jgħid x'għamlet l-Awtorita' tat-Turiżmu biex tinforma lit-turist bil-bdil fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-pompi tal-petrol? X'informazzjoni tingħata lit-turist li meta jkunu magħluqa il-pompi, hemm minn għandu tagħmir awtomatiku? Kif titwassal lit-turisti?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li mhuwiex normali li l-MTA xxandar informazzjoni bħal dik li dwarha qed jistaqsi l-Onor. Interpellant. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb sew mill-Information Offices tal-Awtorita’ kif ukoll minn uffiċini u garaxxijiet ta’ kumpaniji li jikru vetturi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-permess għall-catering establishment li nħareġ favur il-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament jinkludiex id-dritt li jsir tisjir fl-isnack bar in kwistjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li r-riferenza li tani l-Onor. Interpellant mhijiex dik tal-HCEB m’inhix f’qagħda li nagħtik tweġiba.
Jista' l-Ministru jgħid l-MTA għandhiex tbassir dwar kemm mistenni jonqos it-turiżmu f'termini perċentwali ta' arrivals matul din is-sena?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif kelli okkażjoni ngħid f’din il-Kamra n-numru ta’ turisti li potenzjalment jistgħu jżuru Malta f’sena partikolari hu intimament marbut mal-kapaċita’ ta’ postijiet bi skeda u charter li jpoġġu fuq is-suq il-linji ta’ l-ajru li jaħdmu ma’ Malta. F’dawn l-aħħar snin il-kapaċita’ baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess. Biex isseħħ żieda sostanzjali jeħtieġ prinċipalment li l-Air Malta, b’riżultat ta’ l-isħubija ta’ Malta fl-UE, tinħeles mir-rabtiet żejda tal-ASAs u tibda tgawdi l-vantaġġi tat-Third Package tal-Unjoni.
Għalhekk it-tbassir li l-Awtorita’ tista’ raġjonevolment tagħmel hu kondizzjonat sew mill-livell tal-kapaċita’ fuq is-suq, minn fatturi oħra bħal per eżempju il-qagħda ekonomika fil-pajjiżi li nattiraw turiżmu minnhom, il-kompetitivita’ tal-offerta paragunata ma’ ta’ ħaddieħor, l-effetti tar-ristrutturazzjoni tal-industrija tat-turiżmu kawża tal-globalizzazzjoni, u fatturi oħra.
Fis-suq Ingliż, u f’dawk Skandinavi u tal-lingwa Tedeska, li jagħmlu mas-70% tat-turiżmu lejn Malta seħħew l-iżviluppi li l-Kamra ġa taf bihom, bħal per eżempju l-akkwist mill-Air Tours tal-kumpanija li l-aktar kienet iġġorr turisti lejn Malta, il-Frosch li fl-2000 tilfet mas-Lm70 miljun lira u issa kellha iċċekken ir-raġġ ta’ l-operazzjonijiet tagħha, kif ukoll ix-xiri ta’ Thomson Holidays minn Pruessag, propjetarja tat-TUI.
Dawn l-akkwisti u oħrajn wasslu biex is-suq jiġi kważi dominat minn tlett kumpaniji b’firxa dinjija li aktar milli jimmiraw li jkabbru l-klijentela qed jippuntaw jimmassimizzaw ir-risorsi tagħhom biex iżidu l-profitti. Hu għalhekk li qed jikkonċentraw il-ħidma tagħhom l-iżjed f’destinazzjonijiet kbar fejn l-investiment tagħhom jista’ jrendi aktar.
Kieku l-Awtorita’ ma ħasbetx kmieni u ma bdietx tirripożizzjona l-offerta u l-klijentela tal-Gżejjer Maltin, dwar dan nirriferi lill-Onor Interpellant għall-Pjan Strateġiku tal-MTA, kieku bħallum stajna konna qed naffaċċaw xenarju li seta jissarraf f’telf ta’ madwar 100,000 turist matul l-2001.
Għalkemm għadu kmieni li wieħed jagħmel tbassir b’ċertezza xjentifika ninsab infurmat li matul l-2001 l-Awtorita’, għalkemm tistenna numru probabbilment inqas ta’ turisti, tinsab fiduċjuża li dan ma jkunx il-bogħod wisq mill-livelli milħuqa fl-aħħar snin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi u/jew guesthouses illum? Kemm huwa in-numru ta' sodod ġo dawn l-istabbilimenti?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-“Hotels and Catering Establishments Board” għandha reġistrati magħha 123 lukanda (24,496 sodda); 53 kumplessi turistiċi; ‘aparthotels’ u villaġġi turistiċi (14,692 sodda); u 58 ‘guest houses’ u ‘hostels’ (1,500 sodda).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati bħala gwidi turistiċi llum? Kermm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ Gwidi Turistiċi liċenzati f’dawn l-aħħar sitt snin kien kif jidher hawn taħt:
1995 492
1996 491
1997 516
1998 525
1999 525
2000 570
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi liċenzjati fil-pajjiż? Xi klassifikazzjoni huma? Fil-preżent kemm hemm lukandi ġodda li qed jinbnew u kemm hemm oħrajn fi stadju ta' ristrutturazzjoni jew tkabbir?
Response (REFALO, MICHAEL)
B’riferenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant li tagħha kont weġibt biss għall-ewwel parti u għidt li kont se nwieġeb f’seduta oħra għall-partijiet l-oħra, infurmat li f’dawn l-aħħar snin il-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li jservu l-Ikel approva l-bini ta’ 12 il-lukanda ġdida li l-ebda waħda ma hi lesta. L-HCEB approva wkoll ristrutturazzjoni ta’ 12 il-lukanda kif ukoll it-tkabbir ta’ 17 oħra.
Ix-xogħol fuq dawn il-lukandi għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se ddaħħal l-Awtorita' għat-Turiżmu mit-taxxa imposta dan l-aħħar fuq lukandi, ristoranti, skejjel li jgħallmu l-ingliż lill-barranin?
Kemm se ddaħħal minn fuq l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li, dejjem jekk il-ħlas isir fi żmien tlett xhur mill-ħruġ tal-kont, l-Awtorita’ tistenna li mill-kontribuzzjonijiet (mhux taxxi imposti) mingħand sidien ta’ lukandi, ristoranti u skejjel għat-tagħlim ta’ l-Ingliż iddaħħal madwar Lm620,000. Dan l-ammont jinkludi l-kontribuzzjonijiet li normalment kienu jitħallsu sal-2000.
Huwa stmat li mis-36 skola d-dħul b’risq l-Awtorita’ jkun ta’ madwar Lm7,400.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' restaurants Ċiniżi li huma liċenzjati f'Malta, fejn qegħdin, kemm iħaddmu nies u kemm iħaddmu Ċiniżi li għandhom il-permessi tax-xogħol? Jista' jagħti tagħrif tal-ħaddiema Ċiniżi li għandhom il-permess jaħdmu f'dawn ir-restaurants Ċiniżi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-għadd ta’ ristoranti li jservu ikel Ċiniż u l-lokalita’ fejn qegħdin. Dwar il-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Membru jagħmel id-domanda lill-Ministru ta’ l-Intern.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-tentattivi min-naħa tal-Ministeru biex ma jintilfux madwar 40,000 turist fis-sena mingħand l-operaturi Frosch? Dawn spiċċaw? X'kienu t-talbiet speċfiċi tal-Frosch f'dan ir-rigward?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-ħidma tal-Ministeru kienet tikkonsisti f’waħda ta’ appoġġ u konsultazzjoni kontinwa mal-MTA u l-MHRA li nnegozjaw direttament mar-rappreżentanti tal-FTI.
Għall-aħjar informazzjoni tal-Onor. Interpellant l-FTI li matul l-2000 tilfet madwar Lm700 miljun fil-kors tal-operazzjonijiet kummerċjali tagħha, nxtrat mill-kumpanija Ingliża Airtours.
Id-direzzjoni ġdida tal-FTI bil-ħsieb li terġa’ ġġib il-kumpanija fuq saqajha, ddeċidiet li tnaqqas il-programmi tagħha lejn Malta kif ukoll b’rata ogħla dawk lejn destinazzjonijiet turistiċi oħra. Din id-deċiżjoni ttieħdet ferm qabel ma bagħtu rappreżentanti Malta bil-ħsieb li jbaxxu r-rati tal-lukandi u jiksbu għajnuna diretta fi flus mingħand l-Awtorita’ tat-Turiżmu u għalhekk in-negozjati ma kellhomx x’jaqsmu ma’ reviżjoni jew żieda fil-programm għas-sajf 2001.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre b' cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000?
Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li l-karta għall-fotokopji bil-“watermark” hi rqieqa wisq biex tintuża għal dak l-iskop kif ukoll 20 ċenteżmu ogħla mill-prezz medju, id-Dipartimenti fil-Ministeru tiegħi regolarment fittxu karta għall-fotokopji bla “watermark” kif ġej:-
Ministeru u Dipartiment:
50 riżma mingħand JM SUPPLIES LTD. }
200 riżma mingħand SHANELTY LTD. } - Lm 785.25
350 riżma mingħand il-GOLDEN GATE LTD. }
I.T.S:
175 riżma mingħand SIDONIA ENTERPRISES LTD. - Lm 292.68
Malta Tourism Authority
1286 riżma mingħand JPF TRADING LTD. - Lm2,225.25
Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar kiri ta' karozzi minn Maltin barra minn Malta permezz ta' rappreżentanti lokali ta' aġenziji ta' care hire internazzjonali? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-Ministeru tat-Turiżmu ma jżommx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda ma neskludix il-possibilta’ li din l-istatistika tinżamm mill-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi liċenzjati fil-pajjiż? Xi klassifikazzjoni huma? Fil-preżent kemm hemm lukandi ġodda li qed jinbnew u kemm hemm oħrajn fi stadju ta' ristrutturazzjoni jew tkabbir?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-preżent hawn 123 lukanda, 53 kumpless turistiku, 54 guest houses u 4 hostels liċenzjati mall-Bord tal-“Lukandi u Stabbilimenti li Jipprovdu l-Ikel”. Il-klassifikazzjoni tagħhom hija kif tidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21897?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab informat li l-ammont ta' sigħat ta' "overtime" li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi fil-perijodu msemmi huwa kif ġej:
1. Dipartiment tat-Turiżmu 2726 siegħa
NOTA: Hemm arranġamenti mal-"beach cleaners" li peress li dawn jaħdmu s-
Sibtijiet u l-Ħdud kif ukoll festi pubbliċi s-sigħat żejda li jaħdmu jittieħdu bħala "Time off in lieu".
L-ammont ta' dawn is-sigħat huwa ta' 16,320. Dan it-"Time off" jittieħed
fix-xhur ta' Novembru/Diċembru.
2. L-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi (I.T.S.): 14,120 siegħa.
3. L-Awtorita' tat-Turiżmu (M.T.A.): 18,273 siegħa
Dan l-"overtime" tħallas kollu.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab informat li l-Awtorita' tat-Turiżmu mhijiex qed tipparteċipa f'programmi ta' l-UE. Iżda d-Direttorat tal-"Product Planning & Development" (tal-MTA) applika biex jieħu sehem f'żewġ programmi: "Tandem" u "Life". S'issa mhuwiex magħruf jekk l-applikazzjonijiet ġewx milqugħa.
L-ITS għamel kuntatti ma' numru ta' istituzzjonijiet simili f'pajjiżi Ewropej lihuma interessati jidħlu f'partnership taħt il-programm Leonardo. Dawn il-programmi jinvolvu bdil ta' studenti għal perijodu ta' bejn sitta u tmien ġimgħat.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet?
Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ħarġu ħmistax (15) il-Tender mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena kif jidhru hawn taħt:
Nru ta’ Tenders
Aċ
ċ
ettati/
Approvati
Pendenti
Irtirati
Prezz totali tat-Tender
Ammont imħ
allas
Ammont li fadal jitħ
allas
Dipart. tat-Turiżmu
-
1
-
-
-
-
M.T.A.
5*
4
-
55,020
8,298
46,692
I.T.S.
1**
3
-
-
-
-
H.C.E.B.
N/A
N/A
N/A
-
-
-
* Wieħed minn dawn it-tenders għad irid jinħareġ il-kont, filwaqt li ieħor qed jitħallas.
** Dan it-tender inħareġ biex tintgħażel Ditta minn fejn jistgħu jinxtraw id-drappijiet għall-uniformijiet ta’ l-istudenti. Il-ħlas isir mill-istudenti direttament lid-Ditta.