Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #335 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti — Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jieħdu LUSTRAL jew sostitut tiegħu taħt schedule V?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-introduzzjoni tal-mediċina Sertraline (Lustral) fil-Formularju tad-Dipartiment tas-Saħħa kienet diskussa waqt il-laqgħa tad-Drug and Therapeutics Committee f'April 2001. Din it-talba ma gietx irrakkomandata, għax kien meqjus li kien hemm diġa' varjeta` konsiderevoli ta' mediċini għall-kura tad-dipressjoni fil-formularju u li mhux possibli li jiġu nklużi l-mediċini kollha ta' din il-kategorija. Hemm 4,089 pazjent li qegħdin jieħdu b'xejn mediċini minn din il-kategorija. Il-mediċini ta' din il-kategorija jingħataw biss taħt Schedule V.
Leg 10 PQ #355 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Minor operations

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 289 u cioe' jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-isptar San Luqa għadha ma daħlitx sew is-sistema li ċerti minor operations isiru fuq bażi ta' day cases (ez Hernia) biex b'hekk jitnaqqas in-numru ta' pazjenti mis-swali tal-kirurġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Day Surgery Unit ilha issa miftuha għal bosta snin. Is-Sala tintuża minn diversi speċjalitajiet, li jinkludu d-Dipartimenti tad-Dentisti, ta' l-Onkoloġija, ta' l-Anesteżija, tal-Kardjoloġija, Kirurġija Plastika, ta' l-Ortopedija, u ta' Kirurġija Ġenerali. Fir-rigward tad-Dipartiment tal-Kirurġija Ġenerali matul is-sena 2002 in-numru ta' proċeduri laħaq total ta' 1,829. Dawn jinkludu proċeduri ta' natura minuri u ta' natura intermedja (jinkludu bħal herniae u vini varikużi). Id-Dipartiment tal-Kirurġija qiegħed dejjem jinkuraġixxi lill-Kirurgi tiegħu jkomplu jżidu f'dan in-numru imma ż-żieda fin-numru qiegħed jiġi ristrett minħabba l-limitazzjoni ta' ħin fl-Operating Theatres.
Leg 10 PQ #356 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Qali — Crafts Village - Latrina

Question

Possibbli l-Ministeru tas-Saħħa jara li l-public convenience li hemm fil-craft centre f'Ta' Qali tinfetaħ għax minkejja li ilha mibnija snin, baqgħet dejjem magħluqa bil-konsegwenza li t-turisti li ta' kuljum iżuru dan il-post m'għandhomx aċċess għal public convenience u jkollhom jinqdew fi ħwienet privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #406 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratt mogħti lid-ditta KPMG

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-valur tal-kuntratt li ngħatat id-ditta KPMG mill-Ministeru tas-Saħħa? Kemm fil-fatt tħallsu dawn il-konsulenti għax-xogħol li għamlu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif diġa kien intqal fir-rispota għall-mistoqsija parlamentari numru 36573 [Seduta numru 821 - 27/11/2002], id-ditta ta' konsulenza KPMG kienet ingħatat kuntratt fit-2 ta' Mejju 2001 ta' tmintax-il xahar biex jagħmlu 'Business Process Re-Engineering' fil-Government Pharmaceutical Services [GPS]. Dan il-kuntratt li kien ukoll jinkludi s-servizzi ta' Financial Controlller u Administrative Assistant fuq bażi full-time ingħata għas-somma ta' LM88,000 li tinkludi l-VAT. Minn din is-somma sa issa d-Dipartiment tas-Saħħa ħallas LM56,052.15 [inkluż il-15% VAT], filqwaqt li l-bilanċ tal-valur tal-kuntratt huwa approvat għall-pagament. Ħarġet ukoll 'variation of contract' fuq il-kuntratt oriġinali għas-somma ta' LM54,970 [inkluż il-15% VAT] għall-assistenza fl-implementazzjoni tar-rekkomandazjonijiet li ħarġu mill-'BPR' li ukoll jinkludi s-servizzi ta' Financial Controller. Minn din is-somma tħallsu LM15,594 [inkluż il-15% VAT].
Leg 10 PQ #144 Sitting 9 2003-06-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Tindif ta' plot — Raħal Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex il-plot mitluq fit-tarf ta' Triq Ninu Cremona f'Raħal Ġdid (quddiem iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata) jiġi mnaddaf mill-ġrieden kbar u perikolużi li qed jgħixu fih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fil-plot indikata sar trattament intensiv ta' tqegħid ta' valenu minn ħaddiema tas-Sezzjoni tal-'Pest Control', fid-29 ta' Mejju 2003. Il-problema ser tibqa tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.
Leg 10 PQ #331 Sitting 9 2003-06-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Ġbir ta' pilloli

Question

Jista’ il-Ministru ġentilment jinvestiga lmenti li waslu għandi minn pazjenti dwar dewmien esaġerat meta jmorru biex jirtiraw pilloli minn Sir Paul Boffa Hospital ? Jekk dan l-ilment jinstab li hu minnu, possibbli jittieħdu passi biex dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma li bħalissa qed ikun hemm ċertu dewmien sabiex jinqdew il-pazjenti mill-ispiżerija ta' l-isptar Boffa. Dan qed jiġri għaliex irriżenjat waħda mill-membri ta' l-istaff. Madankollu, qed isiru sforzi sabiex il-pazjenti jinqdew fl-istess ġurnata. Fid-dawl ta' nuqqas ta' spiżjara li għandha d-Diviżjoni tas-Saħħa, qed ikun hemm diffikulta` sabiex jinstab sostitut. Ta' min jgħid li l-ispiżerija tkun miftuħa bejn 8.15am u 1.45pm.
Leg 10 PQ #277 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Xiri ta' oqbra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet biex persuni jixtru oqbra? Hemm permessi biex jitħaffru oqbra? Jekk iva, kemm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet biex persuni jixtru qabar f'Ċimiterji tal-Gvern rispettivi huma kif ġej: Żebbuġ (Malta) 201 Mosta 441 Rabat 605 Addolorata 2238 Ta' Braxia 94 Mġarr (Malta) 17 Kalkara 26 Mellieħa 109 Qormi 190 Burmarrad 362 Ninforma li għaċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata teżisti applikazzjoni għal bini ta' madwar 1500 qabar, liema applikazzjoni qegħda fl-aħħar fażi tagħha, f' Burmarrad qegħdin jinbnew madwar 128, waqt li fil-Mellieħa, fiċ-Ċimiterju magħruf bħala tal-Jugoslavi, tlestaw 84 qabar.
Leg 10 PQ #289 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Minor operations

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-isptar San Luqa għadha ma daħlitx sew is-sistema li ċerti minor operations isiru fuq bażi ta' day cases (ez Hernia) biex b'hekk jitnaqqas in-numru ta' pazjenti mis-swali tal-kirurġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #291 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ward MS2 - showers

Question

Possibli jsiru x-showers fis-sala MS2 li ilhom ordnati ħafna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-Sala tal-Kirurġija MS2 hija waħda mis-swali li se tiġi 'refurbished'. Hija programmata li ssir fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.
Leg 10 PQ #300 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Karta għall-ġbir tal-pilloli

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 232, fejn kont qed nirreferi għall control card for Narcotic/Psychotropic Drugs, jista' issa l-Ministru jagħti tweġiba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li minn statistika li jiġbor id-Dipartiment jirriżulta li matul is-sena 2002 inħarġu 24,744 'Control Card for Narcotic Psychotropic Drugs'. Ninforma li dawn jinkludu numru zgħir ta' barranin, u numru ieħor ta' 'cards' li nħarġu darbtejn fl-istess sena peres li tkun intilfet l-ewwel waħda, imtliet jew l-informazzjoni tal-pazjent inbidlet.
Leg 10 PQ #308 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti — Hearing aids

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk pazjent li jkunu sarulu t-testijiet neċessarji u jirriżulta li jkollu bżonn il-hearing aid kemm irid idum jistenna sabiex jiġi mogħti dan l-istrument jekk ikun jikkwalifika għal mediċini b'xejn? Kemm hemm pazjenti li qegħdin jistennew biex jirċievu l-hearing aid? Veru li mill-anqas iridu jdumu jistennew 5 xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 10 PQ #319 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterju Santa Marija Addolorata — Xiri ta' oqbra

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura uffiċjali sabiex persuna tapplika biex tixtri qabar fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata? Jista' jgħid jekk hemmx oqbra ġodda vakanti u jekk le, kemm hemm min qed jistenna li jiġi allokat qabar għall-familja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-proċedura uffiċjali sabiex wieħed jakkwista qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata hija l-istess bħal dik taċ-ċimiterji kollha tal-Gvern. Persuni li m'għandhomx diġa qabar f'xi ċimiterju tal-Gvern, jistgħu japplikaw billi timtela applikazzjoni fejn jiġi indikat liema ċimiterju huwa preferit. Dawn l-applikazzjonijiet jintbagħtu lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fejn jitniżżlu ġo lista differenti għal kull ċimiterju tal-Gvern, skond id-data ta' l-applikazzjoni. Meta jkun hemm oqbra għal bejgħ dawn jiġu mgħajta skond din il-lista. Bħalissa fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata m'hemmx oqbra ġodda vakanti. In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa 2238.
Leg 10 PQ #323 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 2003, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla? F'kull każ, kemm kien hemm persuni mistiedna u min kienu l-mistednin? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #324 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2002, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Kemm kien hemm nies mistiedna u min kien mistieden f'kull każ separatament? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #326 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom ma jiġu approvati mediċini ġodda fis-suq lokali? Meta hu mistenni li l-applikazzjonijiet pendenti jiġu approvati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond in-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea ingħatajna tranzizzjoni għall-mediċini li sa l-aħħar ta' Novembru 2002 kienu awtoriżżati li jitpoġġew fuq is-suq Malti. Ġejna mitluba mill-kummissjoni biex nagħtuhom lista ta' dawn il-mediċini. Għal dawn il-mediċini biss għandna l-permess li nkomplu nużaw il-proċeduri li kienu jintużaw qabel. Għalhekk mediċini ġodda setgħu jitpoġġew fuq is-suq sa l-aħħar ta' Novembru 2002. Proċedura ġdida, rigward il-liċenzjar ta' mediċini f' pajjiżi kandidati, ġiet diskussa f'laqgħa li saret f'Tallinn. Din il-proċedura għandha tiġi addottata f' Malta u ser tibda tintuża fl-istess żmien li ser jaddottawha l-pajjiżi kandidati l-oħra.
Leg 10 PQ #327 Sitting 7 2003-06-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura eżatta biex importatur japplika ħalli jdaħħal mediċini ġodda fis-suq lokali apparti li jipprovdi S.P.C., sample u marketing authorisation Dossier, speċjalment billi l-EMEA application forms mhux jiġu aċċettati gaħx m'aħniex membri sħaħ tal-UE, filwaqt li pajjiżna huwa l-uniku pajjiż firmatarju biex jidħol membru fl-UE li ma ffirmax il-Cadreac Agreement?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-aħħar laqgħa li saret f'Talinn (2-4 ta' Ġunju 2003) bejn il-membri tal-Kummissjoni Ewropeja, pajjiżi membri, kif ukoll pajjiżi kandidati, ġiet diskussa l-proċedura l-ġdida rigward il-liċenzjar ta' mediċini f'pajjiżi kandidati, li għandha tintuża fil-ħdax il-xahar li fadal qabel is-sħubija (Ref: http://perf.eudra.org.). Din il-proċedura ġiet approvata mill-membri kollha tal-pajjiżi kandidati, inkluża Malta. L-industrija internazzjonali, kemm dik involuta fil-manifattura ta' mediċini 'branded' (EFPIA), kif ukoll dik involuta fil-manifattura ta' mediċini ġeneriċi (EGA), ġiet infurmata b'din il-proċedura u ingħatat iċ-ċans li tagħmel il-kummenti tagħha. Dawn il-kummenti ġew diskussi u kkunsidrati għal l-aħħar darba fil-laqgħa f' Talinn. Id-dokumenti finali dwar din il-proċedura qed jiġu miktuba bħalissa. Għandha ssir konferenza fis-Slovenja fejn din il-proċedura għandha tiġi ppublikata u mogħtija l-pubbliċita` meħtieġa għal kumpaniji kollha interessati. Skond id-direttiva 2001/83/EC, il-proċess ta' evalwazzjoni tad-dokumenti mitluba ma l-applikazzjoni għall-liċenzjar biex titpoġġa mediċina fuq is-suq tieħu mhux iżjed min 210 ġranet qabel ma jkun hemm l-ewwel risposta rigward il-validita` ta' dawn id-dokumenti. Għaldaqstant, billi baqa biss ħdax il-xahar għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja, applikazzjonijiet li jiġu mitfugħa bħalissa ser jiġu proċessati fiż-żmien tas-sħubija. Wieħed irid jikkonsidra l-fatt li meta nkunu membri ta' l-Unjoni Ewropeja, ser nużaw il 'Mutual Recognition Procedure' u s-'Centralised Procedure' għal-liċenzjar ta' mediċini. Għal dawn il-proċeduri, ħafna mix-xogħol involut jsir mill-'European Agency for the Evaluation of Medicinal Products' (EMFA) u b'hekk ma jkollniex għalfejn nirrepetu dan l-istess xogħol aħna, hawn Malta. Għaldaqstant, il-membri kollha tal-pajjiżi kandidati qablu mall-membri tal-Kummissjoni Ewropeja li l-proċedura ġdida għandha tiġi addottata għall-liċenzjar ta' mediċini f'pajjiżi kandidati u din għandha tiġi addottata minnflok il-'Cadreac Procedure'. Malta bħall-pajjiżi kandidati l-oħra, ser taddotta din il-proċedura u ser taddottaha fl-istess żmien li ser jaddottawha l-pajjiżi l-oħra. L-unika differenza li għandu jkun hemm rigward il-liċenzjar ta' mediċini f'pajjiżi kandidati għandha tkun il-prezz li ser tiswa din il-proċedura ('fees'). Kull pajjiż għandu jiddeċiedi kemm ser ikun il-prezz li l-industrija għandha tħallas biex tingħata l-liċenzjar għal kull mediċina li trid tpoġġi fuq is-suq ta' dak il-pajjiż. Ta' min wieħed jinnota illi f'Malta hawn il-kultura li applikazzjoni biex jitpoġġa prodott fuq is-suq, tiġi pproċessata mill-lum għal għada. Din il-kultura trid tinbidel. L-industrija internazzjonali hi mdorrija li tistenna 210 ġranet għal-ipproċessar tal-applikazzjoni għax tifhem il-kumplessita` tal-proċess u kif diġa ntqal kemm -il darba il-'marketing authorisation holders' hija din l-istess industrija, u mhux l-importaturi lokali. Wara l-ġurnata ta' sħubija, Malta tkun tista tuża l-istess proċeduri eżistenti illum fil-pajjiżi membri.
Leg 10 PQ #43 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Stabilimenti ta' l-ikel — Tipjip

Question

Jaħseb il-Ministru li għandu jkun projbit it-tipjip fir-ristoranti, b’mod partikolari f’dawk żgħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' l-emendi li jridu jsiru fil-liġi dwar il-kontroll tat-Tabakk li tagħha sar l-ewwel qari fis-26 ta' Mejju 2003.
Leg 10 PQ #198 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tad-Detox — Abbuż ta' droga

Question

Minn Jannar 2003 sa 16 ta' Mejju 2003 kemm-il persuna talbet l-għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox minħabba abbuż ta' droga? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #200 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tad-Detox — Problemi tad-droga

Question

Minn Jannar 2003 sa 16 ta' Mejju 2003 kemm persuni taħt it-tmintax-il sena talbu għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #211 Sitting 5 2003-06-03 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Childcare centre - child minders

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ikun hemm child minders fiċ-childcare centre ta' l-Isptar San Luqa ġurnata b'ġurnata, jiġifieri kemm ikun hemm careworkers kull ġurnata partikolari - mit-Tnejn sal-Ħadd? Jista' jgħid il-ħinijiet li jaħdmu dawn iċ-child minders?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mit-Tnejn sas-Sibt in-numru ta' 'careworkers' ikun hekk: 10 'careworkers' jibdew il-ġurnata li 6 minnhom jispiċċaw fis-2.00pm u 4 jibqgħu sas-7.30pm. Nhar ta' Ħadd ikun hemm 6 'careworkers' li jispiċċaw fis-2.00pm u 4 jispiċċaw fis-7.30pm. B'kollox hemm 15 -il 'careworker' li 11 minnhom jaħdmu fuq roster ta CDODO (C: 7.00am sa 2.00pm, D: 6.45am sa 7.30pm) u 4 jaħdmu mit-Tnejn sas-Sibt mis-7.00am sa 2.00pm.