Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzji tan-negozju

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' permessi u kunses jenħtieġu dawk li jkunu se jiftħu ħwienet: (a) tax-xorb; (b) ta' l-ikel (take-away/restaurants); u (c) tal-laħam?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawk li jkunu ser jiftħu ħwienet tal-laħam, dawn jeħtieġu l-permessi mill-MEPA u d-Dipartiment tas-Saħħa. Fir-rigward ta’ ħwienet tax-xorb u ta' l-ikel il-mistoqsija trid tiġi riferuta lill-M.T.A.

WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1731, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hi t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti in kwestjoni ġaladarba l-Unjoni Ewropea mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kategoriji ta' prodotti msemmija fill-mistoqsija parlamentari 1731, jiġifieri vegetable oils and fats, ikopru numru estensiv ta' prodotti differenti. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li informazzjoni dettaljata fuq id-dazji li jitħallsu fuq dawn il-prodotti mpurtati fl-Unjoni Ewropeja tinstab fit-TARIC li hija aċċessibbli mill-Website http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/databases/taric_en.htm

WTO — Laqgħat f'Cancun li attenda għalihom il-Gvern Malti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1732, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hi t-tariffa u d-dazju fuq il-prodott inkwestjoni ġaladarba l-Unjoni Ewropea mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kategoriji ta’ prodotti msemmija fill-mistoqsija parlamentari 1732, jiġifieri vegetables and fruits, ikopru numru estensiv ta’ prodotti differenti. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li informazzjoni dettaljata fuq id-dazji li jitħallsu fuq dawn il-prodotti impurtati fl-Unjoni Ewropeja tinstab fit-TARIC li hija accessibli mill-Website http://europa.eu.int/comm/taxation_customs/databases/taric_en.htm

Ħaddiema — Income - Paga Minima

Question

Kemm hawn ħaddiema f'Malta jgħixu bil-paga minima? Kemm minnhom huma familji? Kemm hemm tfal jiddependu minn dan il-income?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mit-tagħrif li joħroġ mill-Labour Force Survey ta' Marzu 2003 jidher li n-numru ta' kapijiet ta' familja (u allura n-numru ta' familji) li qed jaqilgħu paga minima jew inqas huwa ta' 2369. In-numru ta' tfal bejn l-etajiet tat-twelid u ta' tmintax-il sena u li jgħixu f'familji fejn il-kap tal-familja jaqla’ / taqla’ il-paga minima jew anqas huwa ta' 1,487. Naturalment fil-maġġoranza ta’ dawn il-każi dan id-dħul hu supplimentat bi dħul ieħor kemm minn xogħol part-time u kemm minn benefiċċji soċjali.

Fabbriki tal-gvern — Ħlas ta' kera

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki li s-sid tagħhom huwa l-gvern u li mhux qed iħallsu l-kera? Għaliex mhux qed iħallsu kera? X'passi qed jieħu l-gvern biex iħallsu din il-kera? Liema huma dawn il-fabbriki?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-maġġoranza tal-kumpaniji li joperaw mill-fabbriki amministrati mill-MDC qegħdin iħallsu l-kera kurrenti jew l-arretrati dovuti. Ir-raġunijiet li ma titħallasx kera huma diversi. Dawn jinkludu kwistjonijiet pendenti mal-MDC rigward il-manutenzjoni jew xi xogħolijiet oħra b'konnessjoni mall-fabbrika. Hemm każijiet ta' kumpaniji bi problemi ta' likwidita finanzjarja u wkoll ta' kumpaniji li qegħdin jikkontestaw l-ammont ta' kera dovuta. Madankollu, l-MDC qegħda tieħu l-passi meħtieġa skond il-liġi u skond iċ-ċirkostanzi ta' kull każ. Diġa hemm numru ta' każijiet quddiem il-Qorti u oħrajn fejn se jibdew proċeduri legali kontrihom. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, minħabba n-natura kunfidenzjali ta' dan it-tagħrif dan mhux qed jingħata.

WTO — Tariffi u dazji ġodda

Question

B'referenza għal-laqgħat tad-WTO li l-Gvern Malti attenda f' Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollhom fuq il-kompettivita' ta' pajjiżna l-kontrolli tat-tariffi u dazji ġodda fuq il-materja prima ta' l-ikel u xorb li pajjiżna se jkollu jdaħħal minħabba li l-UE ma neħħietx dawn il-kontrolli li kienet wegħdet li se tneħħi f'dawn il-laqgħat tal-WTO?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ta' min wieħed ifakkar li fin-negozjati li Malta kellha mal-Unjoni Ewropeja u li ntemmu f’Diċembru li għadda, kien intlaħaq ftehim li bih jiġu ssussidjati il-prezzijiet ta’ xi prodotti impurtati u li mhumiex prodotti lokalment, bħal ma huwa z-zokkor, cereali, prodotti tad-tadam nofshom maħduma u xi prodotti tac-ċanga u ħalib. Barra minn hekk l-Unjoni Ewropeja tħaddem sistema ta’ refunds relatati ma’ l-uzu ta’ ċertu materja prima użata fil-manifattura ta’ prodotti proċessati li wara jiġu esportati lejn pajjiżi li mhumiex membri. L-istati Membri ta L-UE huma intitolati li jibbenefikaw minn dawn l-iskemi. Malta ser tibbenefika minn dawn iz-żewġ skemi u dan jibqa jgħodd anke fil-kuntest tan-nuqqas ta' ftehim li ġie reġistrat f’Cancun.

Ministeru tal-Finanzi — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

WTO — Beverages and tobacco

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1729, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2091 Seduta Numru 48.

WTO — Processed foods

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1730, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2091 Seduta Numru 48.

WTO — 87 kwota

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1721, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2091 Seduta Numru 48.

WTO — Importazzjoni ta' l-ikel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1722, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2091 Seduta Numru 48.

WTO — Kontrolli tal-539 special safeguards

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1723, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2091 Seduta Numru 48.

WTO — Zokkor, qmuħ u ċereali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1724, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hija t-tariffa u d-dazju fuq il-prodotti inkwestjoni ġa la darba l-UE mhux se tneħħi dawn il-kontrolli wara s-sħubija ta' Malta fl-UE f' Mejju 2004?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2091, Seduta Numru 48.

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

OECD — Finanzjarji internazzjonali

Question

Fid-dawl li pajjiżi bħall-Isvizzera, il-Lussemburgu u l-Belġju qed jirrifjutaw li jsegwu dak kollu li trid l-OECD dwar ċerti finanzjarji internazzjonali biex ikunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bil-ħidma kummerċjali tagħhom, x'għaġġla għandha Malta li titlef minn din il-ħidma għax intrabtet li tobdi lill-OECD sa l-aħħar tas-sena 2005?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għandu jiġi spjegat illi l-commitment li ingħata lill-OECD mill-Gvern Malti dwar l-iskambju ta' informazzjoni f'każijiet ta' tassazzjoni ta' natura ċivili huwa fis-sens illi il-Gvern Malti ser jiskambja informazzjoni biss meta dik li tissejjaħ level playing field tkun ġiet stabbilita bejn pajjiżi li mhumiex membri tal-OECD u pajjiżi oħra li huma membri tal-OECD bħal l-Isvizzera u l-Lussemburgu.

Parroċċa ta' Ħaż-Żabbar — Talba għal ħelsien mit-taxxa tal-VAT

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx irċieva xi talba mill-parroċċa ta' Ħaż-Żabbar għal ħelsien mit-taxxa tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hi l-policy tal-Ministeru li ma jagħti ebda ħelsien mit-taxxa tal-VAT.

Laħam taċ-Ċanga tal-friża

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-ħażna tal-laħam taċ-ċanga tal-friża li għandu l-pajjiż fil-preżent? Għal kemm żmien isservi din il-ħażna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellent li huwa mpossibbli li jsir ‘stock take’ tal-hażna kollha ta’ l-importaturi, fil-ħwienet tal-laħam u fid-djar, f’mument jew ġurnata partikolari.

Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada — Infieq ta' Flus

Question

Jista' jgħid jekk dan l-aħħar il-Ministeru ħax xi passi dwar infieq min-naħa tal-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada? Fil-każ li iva x'kienu dawn il-passi u x'wassal biex jittieħdu dawn il-passi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm xejn x'wieħed jirraporta ġdid fuq is-suġġett. Il-Ministeru tal-Finanzi segwa l-operat tal-Fondazzjoni għall-iskejjel ta' Għada u ġibed l-attenzjoni ta' min imexxi l-Fondazzjoni għal dawk il-proċeduri li deherlu li għandhom jinbidlu.