Awtorita' tad-Djar — Offerti ta' proprjeta' liċ-chairperson
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk matul dawn l-aħħar erba' snin kienx hemm okkażjonijiet fejn iċ-chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar qajmitx każi fejn kien hemm min ipprova jikkorrompiha b'offerti ta' proprjeta? X'kienu dawn il-każi jekk tqajmu? X'passi ttieħdu dwar dawn il-każi? Peress li ċ-chairperson kitbet dwar każ ta' korruzzjoni li ppruvaw jagħmlu fuqha, il-Ministru ħadet xi passi dwar dan il-każ? X'passi ħadet? X'kien il-każ li semmiet iċ-chairperson? Min kien involut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Naħseb li l-Onor. Interpellant immisinterpreta l-kitba li għamel referenza għaliha. Hu ċar minn din il-kitba li l-offerta liċ-Chairman ta’ l-Awtorita tad-Djar ma kienetx li hi personali tingħata proprjeta’ iżda offerta ta’ art, li ma kelliex permess għal żvilupp, biex l-Awtorita’ tad-Djar tibni appartamenti fuqha. L-Awtorita’ ma tidħolx fi proġetti bħal dawn tant hu hekk li, kif jikkonferma l-artikolu, min għamel l-offerta ġie muri l-bieb.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tagħha kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Tista' tgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant jifhem li hu diffiċli tispjega 'l għala jkun hemm avariji fil-kontijiet. Żgur li fejn ittieħdu miżuri ta' energy saving allura dan, ovvjament, kellu mpatt pożittiv.
Tista' l-Ministru tara għala koppja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief u hi disabled ġew mitluba li jħallsu aktar minn Lm200 f'surcharge? Jistgħu jiġu nfurmati bil-miktub jekk dawn għandhomx iħallsu s-surcharge meta bid-dħul li għandhom suppost huma eżentati mill-ħlas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jrid jifdi ċ-ċens tal-post li huwa tiegħu u l-post kien tal-Knisja u llum sar tal-Gvern jiġi nfurmat b'dak li jrid jagħmel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn riċerka li saret ma jirriżultax li l-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant kien xi darba ta' l-Awtorita' tad-Djar u għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid x'wassalha sabiex ħadet id-deċiżjoni sabiex il-proġett pilota għal dar għal ex-priġunieri li m'għandhomx fejn joqogħdu ssir f'Bormla u mhux f'lokalita oħra? X'wassalha biex ġiet identifikata Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ġie deċiż li l-proġett pilota li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant isir Bormla għar-raġuni li d-dar disponibbli hi viċin tal-bini fejn hemm l-Għaqda mid-Dlam għad-Dawl, li pproponiet dan il-proġett. Dan jagħmilha aktar faċli lil din l-Għaqda li se tmexxi dan il-proġett. Barra minn hekk, dawk li se jirċievu kenn f’din id-dar mistennija li jibbenefikaw mis-servizzi offruti minn Aċċess, li wkoll qiegħed viċin ta’ din id-dar.
Tista' l-Ministru tinfurmani meta spiċċaw jaħdmu l-Kap ta' l-Adult Training Centre ta' l-Imtarfa u n-nurse li kienet taħdem fl-ATC ta' Fleur-de-Lys? Nixtieqha tgħidli wkoll meta l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali se timla dawn il-postijiet kruċjali biex jitmexxew aħjar dawn iċ-ċentri tal-persuni b'diżabilita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-kap taċ-Centru fl-Imtarfa spiċċa mix-xogħol fit-2 ta' Marzu 2006 u n-nurse fiċ-Ċentru ta' Fleur de Lys spiċċat fl-10 ta' Settembru 2006.
Ir-responsabbilta' għat-tmexxija tad-Disability Centres għaddiet taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali f'April li għadda. Ninsab infurmata li preżentement il-Fondazzjoni qed tħares lejn ir-riżorsi umani disponibbli u l-vakanzi f'dawn iċ-Ċentri biex torganizzhom b'mod aktar effiċjenti għall-benefiċċju tal-klijenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm fil-preżent każijiet attivi taħt idejn l-uffiċjali tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u f'liema servizz qegħdin jingħataw dawn il-każijiet? Tista' l-Ministru tinfurmani wkoll kemm hemm każijiet pendenti f'dawn is-servizzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħidilna kemm hemm psikologi (councelling and clinical)jaħdmu l-Appoġġ u Sedqa? Kemm psikologi rriżenjaw minn dawn iż-żewġ aġenziji fl-aħħar sentejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bħalissa hemm 10 psikoloġi jaħdmu ma’ l-Aġenziji Sedqa u Appoġġ.
Ninsab infurmata wkoll li fl-aħħar sentejn irriżenjaw 4 psikoloġi minn dawn iż-żewġ aġenziji.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ttieħdu ġranet off f'sick leave minn kull kategorija ta' ħaddiema fis-snin 2004, 2005, 2006? Kemm minn dawn kienu nisa? Kemm minn dan is-sick leave kien relatat ma' depression u stress u kemm mill-persuni li ħadu dan is-sick leave kienu nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, t-tagħrif mitlub fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li, peress li n-natura tal-marda m’hiex kriterju biex persuna tirċievi benefiċċju, ma tinżammx statistika dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija.
Tista' l-Ministru tara li tingħata l-informazzjoni lill-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħatu separatament, u li għandu l-mara tiegħu f'San Vincenz de Paule Residence peress li jixtieq ikun jaf għaliex ma rċeviex il-bonus? Jista' jiġi nfurmat kemm ser ikollu pensjoni u jekk hux ser jibda jirċievi pensjoni? Jista' dan l-anzjan jkun infurmat bil-miktub dwar il-pożizzjoni tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' l-anzjana xebba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li dejjem ħallset l-bolol u peress li hi tħoss li għandha pensjoni mhux xierqa? Tista' l-Ministru tara jekk hemmx xi żball? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata b'mod dirett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tara li jsir kisi ta' bitħa interna ta' post tal-Gvern li tintuża minn żewġ inkwilini peress li jidħol l-ilma minnha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex anzjana armla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tnaqsilha s-sussidju fuq il-kera? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ntefqu mill-Gvern f'benefiċċji soċjali, bħal pensjonijiet differenti, għajnuna supplimentari, allowances, bonuses, matul is-sena li għaddiet u kemm hu maħsub li jkun l-ammont din is-sena? Tista' tgħid kemm kien l-ammont għal kull benefiċċju b'mod separat?
Tista' tgħid ukoll kemm nies gawdew minn kull benefiċċju matul is-sena li għaddiet, u kemm minnhom għandhom aktar minn 61 sena? Tista' tagħti lista ta' benefiċċji soċjali li jistgħu igawdu minnhom l-anzjani li għandhom aktar minn 61 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riżultat tal-miżuri mħabbra fl-aħħar budget li huma immirati lejn l-anzjani jew persuni 'l fuq 61 sena tista' l-Ministru tgħid kemm se jiswew dawn il-miżuri? Tista' telenka l-miżuri mħabbra fl-aħħar budget immirati lejn l-anzjani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Apparti ż-żieda għall-għoli tal-ħajja, il-miżuri l-oħra mħabbra fl-aħħar budget, li jikkonċernaw id-dekasteru tiegħi, li jistgħu jolqtu l-anzjani huma:
il-miżura dwar romol li jekk jerġgħu jiżżewġu jibqgħu jirċievu l-pensjoni tar-romol b'rata fissa fl-ewwel ħames snin taż-żwieġ;
iż-żieda fir-rata tal-benefiċċju supplimentari kemm għal koppja miżżewġa kif ukoll għal persuna weħedha; u
l-introduzzjoni tal-Benefiċċju għall-Enerġija.
Filwaqt li ninsab infurmata li għadu kmieni biex wieħed jiddetermina kemm se jiswew l-ewwel żewġ miżuri msemmija, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern alloka Lm3.3 miljuni biex ikopri l-ispiża għall-Benefiċċju għall-Enerġija.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tagħha li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kriterji dwar l-eliġibilita' għal reserved parking għall-persuni b'diżabilita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ħruġ ta' permessi għar-reserved parking għall-persuni b'diżabilita' jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-allokazzjoni ta' dar biex isservi ta' residenza għal ex-priġunieri, tista' l-Ministru tgħid jekk ikkonsultatx mad-deputati, inkluż il-Prim Ministru, li jirrappreżentaw ir-residenti ta' l-akkwati, kif ukoll ma' l-Arċipriet tal-parroċċa u l-patrijiet ta' Santa Tereża? Ma taħsibx li fi kwestjoni bħal din kellha tagħti każ ta' l-opinjoni tal-ġirien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dar li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet allokata biex tagħti kenn lil persuni li joħorġu mill-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u li ma jkollhomx fejn jgħixu.
Il-Ministeru tiegħi kellu laqgħa dwar is-suġġett mal-Kunsill Lokali u anki ttieħdu in konsiderazzjoni suġġerimenti li tressqu mill-istess Kunsill. Ma naħsibx li l-Arċipriet tal-Parroċċa u l-Patrijiet ta' Santa Tereża jistgħu ikollhom xi ħaġa kontra dan il-proġett li qiegħed jgħin lill-parruċċjani Bormliżi li jinsabu f'sitwazzjoni soċjali mwera.
Lanqas nista nimmaġina li d-Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra jistgħu jkollhom opinjoni negattiv fir-rigward ta' proġett li jgħin nies vulnerabli mid-Distrett tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-policy li ġiet addottata dan l-aħħar fejn persuni li jagħlqu l-eta' tal-pensjoni jkollhom jirtiraw, għal min tapplika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-eta’ tal-pensjoni hi stabbilita permezz ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali u tapplika skond l-eta’ tal-persuna konċernata fl-1 ta’ Jannar 2007 kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.