Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakem ma ningħatax raġuni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Tezor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li inti irreferejt għalihom fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 31272?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li ż-żewġ konsulenti msemmiija fil-Mistoqsija Parlamentari huma:
dak fil-Kunsill Lokali - Is-Sur Maurice Caruana
u dak fil-Qrati - Is-Sur Joseph Muscat (Enginier).
B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 28693, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza mogħtija mill-qorti dwar il-każ tal-Gvern kontra s-sidien tal-Mare d'Oro rigward l-aċċess għall-parti pubblika tax-xatt ta' quddiem l-istabbiliment Mare D'Oro fil-bajja tal-Fekruna, Xemxija San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu kariġi l-Avukat Ġenerali f'Kummissjonijet u Bordijiet u kemm f'kull waħda minnhom jitħallas tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Avukat Generali għandu kariga fis-segwenti bordijiet:
Membru tal-Kunsill ta` l-Universita`;
Membru tal-Kunsill tal-Fondazzjoni tal-Kon-Kattedral ta` San Gwann;
Membru tal-Kummissjoni għar-Refora tal-Welfare;
Membru tal-Maritime Jurisdiction Committee;
Membru tal-Bord taċ-Centru Malti dwar l-Arbitraġġ (ex uffiċio);
Membru (ex-uffiċio) tal-Kummissjoni dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja;
Membru (ex-uffiċio) tal-Kunsill tas-Saħħa;
(sa` Diċembru 2001) Membru tan-Nominations Committee taħt l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika;
Membru ta` diversi Government Negotiating Group fuq diversi kuntratti ta` zvilupp (eg. Connections Projects,Cottonera, Manoel Island - Tigne`, Seaport Terminal);
Membru tar-Rule making Board taħt il-Kap. 9 u 12 tal-liġijiet ta' Malta;
Dawn il-Karigi kollha ħlief il-Bord taċ-Centru Malti dwar l-Arbitraġġ huma onorarji u fuqhom l-Avukat Generali ma jitħallas ebda ororarju jew għall-spejjes - fir-rigward taċ-Centru Malti dwar l-Arbitraġġ jitħallas is-somma Gross ta` LM3660 fis-sena - liema somma hi soġġetta għat-taxxa fuq l-Income. L-Avukat Generali jservi ukoll fuq diversi kumitati u borijiet ad hoc kif jinqala l-bzonn ukoll bla ħlas addizzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex ilment mill-Maġistrat li ismu qed jintbagħat separatament wara l-konkluzzjoni ta' l-inkjesta dwar l-istorbju fl-Isptar San Luqa u dan wara li fl-istess inkjesta ma' instemgħux il-provi kollha?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31121 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Kemm qed jitħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-`Konsulenti mhux legali` mal-Ministeru tiegħi huma:
Dipartiment Numru ta` Konsulenti Ħlas/Remunerazzjoni Benefiċċji oħra
Kunsilli Lokali l LM5000 fis-sena uzu ta` karozza
Qrati l LM1200 fis-sena -
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31083 u cioe jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-balance sheet, li tkun tirrispekkja l-bilanċ finanzjarju sa l-aħħar ta' Diċembru 2001, tal-kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet:
Valletta, Isla, Zebbug(Malta), Zejtun, Balzan, Dingli, Fontana, Għajnsielem, Għasri, Iklin, Kirkop, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Nadur, Pembroke, Qrendi, San Giljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ta' Xbiex, Xemkija u Zurrieq
Response (GATT, AUSTIN)
Se impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba f'seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati f'Għawdex li ilhom aktar minn sitt snin li nbdew?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi n-numru ta` kawzi li ilhom pendenti għal iktar minn sitt snin mil-lum u cioe` minn qabel it-28 ta` Jannar 1996 fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-ġurisdizzjonijiet diversi tagħha u fil-Bordijiet li joqgħodu wkoll f`Għawdex huwa kif ġej:
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) - Ġurisdizzjoni numru ta` kawzi li ilhom pendenti għal
aktar minn 6 snin (cioe` minn qabel it-
28 ta` Jannar 1996)
Qorti ta` l-Appell (Civili) (Foro Għawdex) 14
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Superjuri ċivili 481
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Inferjuri 54
Bord li Jirregola l-Kera 0
Bord Dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba` 12
Total 561
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30997 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Kemm qed jitħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-Kunsill Lokali kollha se jipparteċipaw biex jagħtu s-servizzi permezz ta' l-e government?
Jekk le, liema kunsilli mhux se jipparteċipaw u għaliex?
X'inhu l-pjan tal-Gvern biex il-pubbliku jinqeda aħjar u aktar malajr permezz tal-Kunsill Lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-prezent il-Gvern qed jiddiskuti u jiffinalizza ftehim dwar il-prinċipji għal servizz ta` Gvern Elettroniku permezz tal-Kunsilli Lokali ma` l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-ħsieb hu li wara li jkun intlaħaq dan il-ftehim dwar il-prinċipji, il-Gvern joffri lil kull Kunsill Lokali ftehim individwali dwar id-dettalji ta` kif ser jitħaddmu u jingħataw dawn is-servizzi. Il-Gvern jippreferi għalhekk jistenna sakemm il-Kunsilli Lokali jiddeċidu li jidħlu għal dan il-ftehim biex jevalwa kemm Kunsilli Lokali ser fil-fatt jieħdu sehem fdan il-proġett. Irrid ngħid li s`issa kellna rispons tajjeb ħafna mill-parti l-kbira tal-Kunsilli li esprimew interess li jidħlu għal dan it-tip ta` ftehim.
Il-Gvern qed jidbel mill-qiegh il-mod kif inhu organizzat, biex s-servizzi li jipprovdi lill-pubbliku jkunu maħsuba biex jaqdu lill-pubbliku m`hux lid-Dipartimenti li jipprovduhom. Għal aktar ħeffa u effiċjenza il-Gvern ser jisfrutta l-mezzi elettroniċi li jippermettu `l dak li jkun jinqeda, jikseb informazzjoni jew iħallas kontijiet mill-kumdita` ta` daru. B`hekk naqtgħu l-iskariġġ u l-ġiri minn Dipartiment għall-ieħor li kienet l-istorja ta` ħajjet kull min ried xi ħaġa minn xi parti tal-Gvern. Għal dawk li ma jafux kif, jew m`għandhomx biex jinqdew b`mezzi elettroniċi fi djarhom, il-Kunsilli Lokali ser ikunu tieqa f`kull belt u raħal f`Malta għas-servizzi tal-Gvern mogħtija b`mezzi elettroniċi. B`hekk nassiguraw li kulħadd, anke min m`għandux jew ma jafx juza l-kompjuter, igawdi mit-titjib li qed naħdmu għalih fil-mod kif il-Gvern jaqdi lill-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-responsabilitajiet ġodda li ngħataw il-Kunsilli Lokali minn Settembru 1998 'l hawn?
Jista' jgħid wkoll x'responsabilitajiet ġodda ngħataw bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 fi żmien il-Gvern Laburista?
Response (GATT, AUSTIN)
Responsabbilitijiet ġodda li ġew delegati lill-Kunsilli Lokali minn Settembru 1998 `l hawn jinkludu:
Ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma fir-rigward tal-final road re-instatement wara tiswijiet.
Ftehim mad-Dipartiment tal-Libreriji biex il-Kunsilli Lokali jmexxu huma l-ftuh tal-librerija fil-lokal tagħhom.
Id-Devoluzzjoni Lokali ta` proprjeta` pubblika li tista` tintuza aħjar.
Skema mal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ (FTC) ta` xoagħol fil-komunita` għal dawk li jirregistraw għax-xogħol.
Infurzar ta` ċertu liġijiet bl-introduzzjoni tal-Gwardjani u Tribunali Lokali.
Ġbir tal-kera fil-lokalita` (dawk Maltin) għall-projrieta` tal-Gvern.
Devoluzzjoni ta` Faċilitajiet Sportivi lill-Kunsilli Lokali.
Introduzzjoni ta` sistema komputerizzata dwar l-ilmenti (Customer Care) li tinkorpora ukoll r-reġistrazzjoni tal-posta.
Manutenzjoni tal-Bus Shelters u oħrajn ġodda.
Ftehim mal-Korporazzjoni Enemalta dwar il-bdil ta` bożoż maħruqa u manutenzjoni ta` l-arbli. (Ghad irid jitħaddem wara l-għotja tal-kuntratti).
Skema pilota f`Għawdex għal aktar parkeġġ għar-residenti u l-kommunita` kummerċjali u persuni b`disabilita`.
Ġbir tal-liċenzji tal-Pulizija li issa se joħorġu mill-Awtoritajiet.
Ħruġ tal-permessi għal attivitajiet lokali u temporanji li jkunu suġġetta u għal xi permess (Qed jitħejew regolamenti).
Bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 ma kienx il-każ li jiżdiedu aktar kompetenzi peress li tnaqqsu l-finanzi tal-Kunsilli Lokali.
F`dak il-perjodu
Saret skema biex jiġu assenjati ħaddiema manwali tal-Gvern.
Skema oħra biex il-manutenzjoni f`xi skejjel statali issir b`kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30988 u cioe jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-balance sheet, li tkun tirrispekkja l-bilanċ finanzjarju sa l-aħħar ta' Diċembru 2001, tal-kunsilli lokali ta' dawn il-lokalitajiet:
Valletta, Isla, Zebbug(Malta), Zejtun, Balzan, Dingli, Fontana, Għajnsielem, Għasri, Iklin, Kirkop, Marsa, Mellieħa, Mqabba, Nadur, Pembroke, Qrendi, San Giljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ta' Xbiex, Xemkija u Zurrieq
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid peress li f'laqgħa li kelli ma' residenti li jħossuhom abbandunati mill-kunsill lokali tan-Naxxar, jista' d-Dipartiment tal-kunsill lokali jistħarreġ jekk dan l-ilment hux ġustifikat u li fil-każ li huwa ġustifikat jirrikmanda rimedji biex il-bżonnijiet tar-residenti ta' Baħar iċ-Ċagħaq jiġu moqdrija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, għaddejt l-ilment lill-Kunsill Lokali Naxxar b`rakkomandazzjoni li jekk l-ilment huwa ġustifikat m`għandux ikun hemm diskriminazzjoni mar-residenti tal-Baħar iċ-Cagħaq.
Jista' l-Ministru jgħid x'obbligu għandhom il-kunsilli lokali ta' komunitajiet kbar bħal tan-Naxxar li jonfqu parti proporzjonali mill-fondi tagħhom f'komunitajiet li jaqgħu taħthom bħall-Baħar iċ-Ċagħaq? X'passi jittieħdu mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex jiżhura li komunitajiet żgħar ma jiġux abbandunati mill-Kunsill Lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsilli Lokali jinmghataw fondi biex jaqdu f-funzjonijiet statutorji taghhom fil-lokalita`. Il-lokalita` tfisser il-konfini hekk stabbiliti bl-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Ghaldaqstant hemm id-dmir li ma ssirx distinzjoni bejn ir-residenti tal-lokalita`.
Forsi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-irhula zghar hekk elenkati fl-Att (listed hamlets). Hawn ukoll l-obbligu tal-Kunsilli Lokali huwa li jahtru kumitat ghar-rahal bl-iskop li jassisti fl-ezekuzzjoni tal-funzjonijiet taghhom. Hemm ukoll l-obbligu li jipprovdu separatament ghall-htigijiet ta` dawk l-irhula zghar fl-estimi tan-nefq a (budget) approvat mill-Kunsill u mhux xi somma proporzjonali. Biex jigi elenkat bhala rahal zghir hemm bzonn ta` numru ta` residenti mhux anqas mill-ghaxra fil-mija (10%) tal-popolazzjoni tal-lokalita`. Il-Bahar ic-Caghaq s`issa mhux elenkat.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jekk id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jircievi xi ilment dwar dan, isir l-istharrig mehtieg mal-Kunsill Lokali koncernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-reserved parking fi Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex għar-rigward ta' vetturi tal-Ministeru għall-Għawdex ma ġiex ristreett għal tlett vetturi biss, issa li bdiet taħdem is-sistema pilota ta' parkeġġ limitat?
Għaliex f'dan il-lokal hemm anki reserved parking is-Sibt u l-Ħadd kemm meta l-Ministeru jkun saħansitra magħluq?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Onorevoli Interpellant hu żbaljat. Ir-reserved parking fi Pjazza San Franġisk hu fil-fatt ristrett għal tlett vetturi biss u m'hux riservat nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd.
Jista' l-Ministru jikkonferma illi fir-Rabat u l-Fontana, Għawdex trakkijiet ta' ħames tunnellati jew iżjed u li jappartjenu lil ċerti individwi, ngħataw permess għal-parkeġġ illimitat waqt li trakkijiet oħra ta' ħames tunnellati jew iżjed li huma propjeta ta' individwi oħra ma ingħatawx dan il-permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ebda vettura reġistrata mad-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testjar li tiżen aktar minn 3 tunnellati u nofs ma nħarġilha permess għal parkeġġ illimitat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-Kunsill Lokali kollha se jipparteċipaw biex jagħtu s-servizzi permezz ta' l-e government?
Jekk le, liema kunsilli mhux se jipparteċipaw u għaliex?
X'inhu l-pjan tal-Gvern biex il-pubbliku jinqeda aħjar u aktar malajr permezz tal-Kunsill Lokali?