B’riferenza għal mistoqsija parlamentari 27911, filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-mistoqsija oriġinali ma kenitx marbuta ma’ proċeduri li għaddejjin fil-Qorti b’rabta mal-mewt ta’ student, minħabba li kien hemm numru ta’ rakkmandazzjonijiet ġenerali, nixtieq nistaqsi liema minnhom ġew implimentati?
Minħabba li wasluli numru ta’ ilmenti dwar nuqqas ta’ technicians fl-iskola Junior Lyceum Boys tal-Hamrun, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm technicians fil-preżent li qed jidħlu għax-xogħol u kemm suppost huwa l-full compliment?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent f'din l-iskola hemm żewġ technicians. Se jsiru arranġamenti biex jintbagħat technician ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid min hija l-persuna li tqabbdet mill-MCAST biex tkun bħala external member waqt l-interviews li jsiru mill-kulleġġ? X’inhi r-raġuni li jkun hemm din il-persuna waqt dawn l-intervisti? Kif ġiet magħżula u kemm qed titħallas?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-counsellor ġewwa l-MCAST? Min ġie magħżul u meta? Xi kwalifiki għandha din il-persuna u kif sar il-proċess ta’ l-għażla?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma’ l-MCAST meta din taħdem full-time ma’ l-MPO?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jintbgħat għalliem ta’ l-Ingliż li ilu nieqes sa mill-bidu tas-sena skolastika fil-Junior Lyceum tal-bniet ta’ l-Imrieħel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent ma hemm ebda nuqqas ta' għalliem/a ta' l-Ingliż fl-iskola konċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawk l-opportunitajiet għal żgħażagħ li spiċċaw l-iskola sekondarja u li m’għandhomx ħeġġa għal studji akkademiċi, iżda jixtiequ jsegwu korsijiet fi snajja, iżda li m’għandhomx kwalifiki biex jidhlu fl-MCAST, jigifieri dawk iż-żgħażagħ li qabel kienu jsegwu korsijiet minn eta’ iżgħar fl-iskejjel tas-snajja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li żgħażagħ bħal dawn jiġu aċċettati fl-MCAST fil-Foundation Course ta' l-Istitut għall-Inġinerija tal-Bini u Kostruzzjoni fin-Naxxar, jew inkella fl-ITS fi snajja relatati mat-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jara x'jista jsir f każ ta' ommijiet li jaħdmu u li jitolbu leave għal raġunijiet speċifiċi eżempju, bidu ta' sena skolastika tat-tfal, u ma jingħatawx dan il-leave minħabba li jkun hemm persuni oħrajn li jkunu talbu l-leave għall-istess ġurnata, b'mod partikolari fil-fabbriki?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond L-Ordni ta’ Standard Nazzjonali ta’ 1989 dwar Jum ta’ Mistrieh fil-Gimgha u Leave ghal Vaganza Annwali (A.L. 38 ta’ l-1989), leave bi ħlas jingħata lil ħaddiem bi ftehim mal-prinċipal. Il-prinċipal, qabel ma jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-leave bi ħlas jista jieħu in konsiderazzjoni l-operat tal-intrapriża . Għalhekk jista jkun hemm każi fejn il-prinċipal ma jkunx jista jagħti leave bi ħlas minħabba ċirkustanzi bħal per eżempju meta jkun hemm impjegati oħra li jkunu se jingħataw leave bi ħlas fl-istess ġurnata.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġu amministrati l-fondi ta' l-UE li jaqgħu taħt il-Lifelong Learning Programme mill-MCAST? Min hija l-persuna responsabbli minn dawn il-fondi? Jista' jgħid jekk hux qed jiġu segwiti l-proċeduri li ssegwi l-EUPA?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-fondi msemmija qed jiġu ikkordinati mill-Uffiċju tal-Programmi Internazzjonali flimkien ma' l-Uffiċju tar-Reġistrar fi ħdan l-MCAST. Il-proċeduri stabbiliti mill-EUPA qed jiġu segwiti flimkien ma' proċeduri nterni tal-Kuleġġ.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Taxxi, tariffi u miżati
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2007? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirriżultax li kien hemm introduzzjoni/reviżjoni ta' taxxi, tariffi jew miżati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi slipway quddiem il-Klabb tar-Regatta tal-Birgu? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li jibda x-xogħol?
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Repair and upkeep
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża separatament għal repair and upkeep li saret mill-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġew ikkummisjonati rapporti fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u f'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-għan/skop ta' kull rapport separatament, minn min sar u jekk sewa flus kemm kienet l-ispiża separatament? Jista' jgħid jekk hemmx minn dawn ir-rapport li ġew konklużi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa Marzu 2007, l-ETC biss ikkumissjonaw rapporti.
Informat li s-sezzjoni tal-EURES fi ħdan l-ETC ikummissjonat żewġ rapporti u t-tnejn imħallsin mill-budget tal-EURES. Dawn kienu l-'Obstacles to Mobility' li huwa magħluq, filwaqt li l-ieħor 'Evaluation of EURES Malta Activities' li għadu qed jinħadem u jiġi konkluż f'Ġunju 2007. Dawn iż-żewġ rapporti għaddew mill-proċedura normali ta' tendering.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti full timefil-Foundation Courses tal-ICT fl-MCAST qed ikollhom jattendu xi lezzjonijiet sa tard mill-4.30 sa 7.00 pm minħabba li għalliem part-time allegatament ma jkunx jista' jattendi qabel għax jgħallem x'imkien ieħor?
Response (GALEA, LOUIS)
L-ewwelnett għandu jiġi notat li l-MCAST mhux skola izda istituzzjoni ta' l-edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ li tkun miftuħa sa filgħaxija skond il-bzonnijiet ta' studenti zgħazagħ u adulti.
Informat li r-raġuni li studenti full-time fil-Foundation Courses ta' l-ICT fl-MCAST qed ikollhom jattendu xi lezzjonijiet filgħaxija, hi minħabba li n-numru ta' applikanti kien kbir ħafna u l-MCAST ried li jakkomodahom kollha.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' manutenzjoni sar fl-iskola tal-mużika Johann Straus matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? F'hiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm ġie jqum skond kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni kellha prijoritajiet aktar urġenti mill-iskola msemmija f'dawn il-ħames snin. B'dana kollu hu maħsub li f'din is-sena skolastika jsir ix-xogħol meħtieġ ta' manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk li ilhom Kindergarten Assistants se jiġu mitluba li jħallsu huma sabiex jagħmlu d-diploma meta kategoriji oħra fil-passat il-kors tagħhom kien sar mingħajr ħlas?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhix il-policy normali tal-Gvern li jiffinanzja l-istudju u t-taħriġ ta' studenti maturi.
Jista' l-Ministru jgħid apparti mill-għalliema fis-settur sekondarju, min se jingħata laptop wara li ġie ffirmat il-ftehim ma' l-MUT? Meta se jibdew jitqassmu dawn il-laptops u fuq kemm żmien? Kemm huwa maħsub li se jintefqu flus għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
L-għalliema fis-settur primarju diġa' jingħataw lap top. Il-modalita' hi stabbilita fil-Ftehim.
Jikkonferma l-Ministru li studenti ta' l-ITS m'humiex intitolati għall-ismart card minkejja li jieħdu stipendju? X'inhi r-raġuni għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti li jattendu korsijet ta’ l-ESTS (Hospitality Trades) fl-ITS huma ntitolati għall-iSmart Card filwaqt li l-istudenti li jattendu korsijiet oħra full-time fl-ITS jirċievu stipendju pero' mhux intitolati għal smart card.
Jista' l-Ministru jara li t-tifel ta' 7 snin li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandu bżonn ta' facilitator u dan anke skond dokumenti li għandu? Jista' jara li jitmexxa l-każ u jiġu kkuntattjati l-ġenituri u nfurmati bl-aħħar żviluppi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-każ ta' dan l-istudent qed jiġi proċessat.