Jista’ il-Ministru jgħid fl-MCAST kemm hemm lecturers, assistant lecturers u għalliema nieqsa f’kull istitut separatament? Jista’ jgħid ukoll liema huma s-suġġetti fejn hemm nuqqas ta’ staff?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
MCAST — Għalliema li kienu fl-iskejjel tas-snajja'
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-għalliema li kienu fl-iskejjel tas-snajja’ ġewx mitluba sabiex jgħallmu fl-MCAST? Barra minn dawn, kien hemm għalliema oħrajn li ġew mitluba jagħmlu dan? Jekk iva, mil-liema skola kienu? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-raġunijiet li għalihom dawn m’aċċettawx li jgħallmu fl-MCAST?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proċess ta' reklutaġġ ta' l-għalliema fl-MCAST huwa dak stabbilit mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Kulleġġ. Dan jikkonsisti f'sejħa pubblika u intervista.
Jista' il-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar il-Liċeo Vassalli f'tal-Ħandaq, jiġifieri dwar jekk hux se jsir maintenance sħiħ jew inkella hux se titwaqqa' u terġa' tinbena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-materja qed tiġi trattata fil-pjan ta' ħidma ta' l-FTS li qed jitfassal u għad irid jiġi approvat.
Jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2712 u cioe' jista' jgħid liema huma dawk l-iskejjel primarji u sekondarji f'Malta u f'Għawdex li għandhom studenti b'diżabilita' ta' mobilita'?
Liema minn dawn l-iskejjel għandhom lift?
Liema huma l-iskejjel li fihom hemm ippjanat li jiġi stallat lift u meta hu ttamat, bejn wieħed u ieħor, li dan ix-xogħol ikun lest f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-iskejjel ta' Malta u Għawdex, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-istudenti tal-Form 4 ta' l-iskola Ninu Cremona ntalbu jagħmlu photocopy tal-ktieb tal-History u ġew mitluba jirritornaw l-oriġinal li kienu ngħataw fil-bidu tas-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-ktieb imsemmi huwa għall-użu fl-Iskejjel Sekondarji b'distinzjoni ta' Junior Lyceums. Fil-bidu tas-sena kotba indirizzati lejn l-iskola sekondarja Agius De Soldanis, bi żball tqassmu lis-subien ta' Ninu Cremona Junior Lyceum. L-iżball irranġa ruħu, imma mhux eskluż li xi għalliem ġol-Liceo Ninu Cremona għamel 'photocopies' tal-ktieb għal-klassijiet tiegħu, wara li kien beda jużahom u sabhom qed jaqduh.
Jista’ il-Ministru jagħti dettalji aġġornati ta’ tenders maħruġa fl-2002 u fl-2003 mill- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada u mid-Direttur tal-Kuntratti għan-nom tal-Fondazzjoni? Kemm kien il-kuntratt, min kienu l-kuntratturi, kemm kien l-ammont ta’ xogħol li sar, l-ammont li tħallas u l-ammont miżmum f’kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba hija diġa' pubblika bil-proċeduri tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk taħt il-voti Contributions to Government Entities Vot 17, dak li kien ivvutat għal din is-sena ġiex mogħti lill-entita` konċernata skond kif kien ivvutat fil-budget għal din is-sena? Jekk le, kien hemm xi tnaqqis jew żidiet fl-estimi? Jekk iva, kemm kienu separatament għal kull entita`?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif ikun jista' jingħata meta jingħalqu u jiġu verifikati il-kontijiet konċernati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum?
X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid f'din is-sena skolastika s'issa kemm kien hemm ġenituri li ttellgħu l-Qorti talli ma bagħtux lit-tfal l-iskola b'mod regolari? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet fl-2000, fl-2002, u fl-2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu fl-2000, fl-2002 u fl-2003 kien kif jidhru hawn taħt:
2000 2002 2003
Taħrikiet Taħrikiet Taħrikiet
Jannar 541 483 545
Frar 554 306 546
Marzu 260 407 547
April 575 480 499
Mejju 990 633 690
Ġunju - 46 269
Settembru 27 11 81
Ottubru 616 424 -
Novembru 259 458 -
Diċembru 552 334 -
Jista’ il-Ministru jgħid jekk qattx sar studju dwar il-lokalitajiet u r-raġunijiet minn fejn l-aktar kien hemm tfal li ma jintbagħtux l-iskola b'mod regolari? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti d-dettalji rilevanti jew aħjar, jekk hu possibbli, ipoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopja ta' 'Absenteeism in State Secondary Schools' (1997) kompilat mit-Taqsima tal-Welfare tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ser jingħata lill-Onor. Membru.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-iskola tal-bniet Agius de Soldanis fir-Rabat Għawdex, hemm numru ta’ għalliema li huma pregnant u allura jinsabu b’nofs load tax-xogħol? Kemm huwa dan in-numru? Veru li dawn suppost ikollhom load sħiħ bħal għalliema oħra? Veru li dawn l-għalliema jidħlu u jitilqu x’ħin iridu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Agius de Soldanis hemm seba' (7) għalliema li huma 'pregnant', kollha b'full-load u li ħadd minn dawn l-għalliema ma tidħol u toħroġ mill-iskola x'ħin trid hi.
Għawdex — Skola Agius de Soldanis - Każ dwar tewmin
Question
Jista’ il-Ministru jikkonferma li fl-iskola Agius de Soldanis fir-Rabat Għawdex, hemm tewmin li qed jaqilgħu ħafna problemi, fosthom anke kissru karozzi ta’ għalliema u mhux qed jittiehdu passi ħalli taparsi sejjer kollox sew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Agius de Soldanis, hemm diversi koppji ta' tewmin. L-amministrazzjoni ta' l-iskola qatt ma kellha rapporti li xi tewmin kissru karozzi ta' għalliem.
Għawdex — Skola Agius de Soldanis - Nuqqas ta' dixxiplina
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk waslux rapporti għandu dwar nuqqas ta’ dixxiplina fl-iskola Agius de Soldanis fir-Rabat Għawdex? Jekk le, jista’ jinvestiga ħalli jara jekk dan hux minnu u jekk jirriżulta li huwa minnu, jittieħdu l-passi meħtieġa ħalli dan ma jkomplix iseħħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirriżultax li waslu ilmenti dwar nuqqas ta' dixxiplina fl-iskola Agius de Soldanis Għawdex mill-bidu tas-sena skolastika. Saru investigazzjonijiet u żjarat fl-iskola fit-tul diversi drabi. Jirriżulta li fl-iskola l-problemi ta' dixxiplina li jinqalgħu qed jiġu indirizzati tajjeb.
Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kera li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada qed tuża bħala uffiċini tagħha? Kemm tħallsu flus mill-1 ta’ Mejju 2001 sal-lum lill-kerrej?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba għal Mistoqsija Numru 30,332 mogħtija fl-10 ta' Diċembru, 2001, Seduta 665 tal-Leġislatura l-oħra. Il-kirja tinkludi servizzi ta' manutenzjoni, receptionist, ilma, elettriku, tindif u insurance.
Jistgħu jittieħdu passi biex l-istudenta - li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tingħata l-għajnuna meħtieġa għax qed tħarbat l-edukazzjoni tagħha u anke ta' sħabha bl-imġieba tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li it-tifla imsemmija ngħatat kull għajnuna kemm mill-iskola u kemm mill-istrutturi provduti mid-diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Fleur-de-Lys — Skola Vinċenzo Buġeja - xogħol ta' ħadid
Question
Jista’ il-Ministru jgħid jekk xogħol ta’ ħadid li sar ftit taż-żmien ilu fl-iskola Vincenzo Bugeja ġewwa Fleur-de-Lys ġiex maqlugħ u minflok sar alumunium? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa din l-ispiża u għalfejn inħass il-bżonn li wara ftit taż-żmien isir dan ix-xogħol flimkien ma’ xogħol ieħor konsegwenzjali għal dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan it-tibdil sar għaliex it-twieqi kienu fi stat diżastruż u numru kbir minnhom ma kienux jingħalqu. Il-ħġieġ ġie mibdul f'laminated glass. Twieqi li kienu baxxi li setgħu kienu ta' periklu għat-tfal ġew irranġati. L-ispiża involuta kienet ta' Lm 7,865.00.
Jista’ il-Ministru jgħid x'xogħol tagħmel il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, fil-ministeru jew fid-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li il-persuna indikata ġiet impjegata fil-grad ta' 'Legal Officer' fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni wara sejħa għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tat-18 ta' Frar 2003, b'seħħ mill-14 ta' Awissu 2003.
Skejjel — Tfal li ħarġu mill-iskola qabel is-16-il sena
Question
Jista’ il-Ministru jgħid s'issa f'din is-sena skolastika, kemm kien hemm ġenituri li talbu biex it-tfal tagħhom jitilqu mill-iskola qabel m'għalqu s-16–il sena? Kemm kienu subien u kemm bniet? X'kienu r-raġunijiet prinċipali? Kemm ingħataw permess biex jitilqu mill-iskola fl-2000, fl-2001 u fl-2002 separatament u kemm kienu subien u bniet f’kull sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena skolastika 2003-2004 in-numru ta' applikazzjonijiet biex studenti jitilqu mill-iskola qabel ma għalqu is-16-il sena huwa hekk:
Subien: 16
Bniet: 12
Ir-raġunijiet prinċipali kienu għal xogħol u għal raġunijiet umanitarji.
In-numru ta' permessi li ngħataw biex studenti jitilqu mill-iskola fl-2000, 2001 u 2002 kien kif jidher hawn taħt:
Sena Subien Bniet
2000 573 737
2001 602 697
2002 559 518