Billi taħt Ministru ta' l-Affarijiet Barranin ieħor il-Gvern Nazzjonalista kien qiegħed saħansitra jikkunsidra li jiftah ambaxxata fil-Marokk, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-issues bilaterali ewlenin pendenti bejn iż-żewġ pajjiżi? Meta ġew diskussi l-aħħar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
L-issues bilaterali ewlenin bejn Malta u l-Marokk huma kif ġej:
- Ftehim dwar il-Ħarsien minn Taxxa Doppja u Prevenzjoni ta` l-Evażżjoni ta` Taxxa fuq id-Dħul
- Ftehim dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni Reciproka tal-Investiment
- Ftehim ta` Koperazzjoni fil-Qasam tal-Ġlied kontra l-Kriminalita`
Dawn l-issues jiġu diskussi b`mod regolari kull meta jkun hemm kuntatti bejn iż-żewġ pajjiżi. L-aħħar kuntatt ta` dan it-tip sar f`Jannar 2006.
Affarijiet Barranin — Tiġdid ta' kuntratti ta' Xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi fid-dekasteru tiegħu li ma ġġeddilhomx il-kuntratt matul is-snin 2004 u 2005? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu, għaliex ma ġġeddilhomx il-kuntratt u fejn qed jaħdmu llum?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li fil-Ministeru kien hemm każ fejn kuntratt ta` Segretarju Permanenti, Diretturi Ġenerali,Diretturi jew Assistenti Diretturi, ma kienx imġedded.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għandux pjan kif se jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għall-2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qed jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv, x'miżuri qed jittieħdu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa f` kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-snin 2004 u 2005 kienet hekk:
2004 11,155.33
2005 15,092.73
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li tajt ordni lid-Direttur tal-Corporate Services biex jieħu l-azzjoni neċessarja biex ikun hemm 'saving` mingħajr ma tiġi effettwata l-operazzjoni u l-effiċjenza tal-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-allowance ta' petrol li huma intitolati għalih is-segretarju permanenti, id-diretturi ġenerali, id-direttur, l-assistent personali tiegħu u s-segretarju tiegħu? Kemm nefaq kull wieħed minnhom f'petrol xahar b'xahar bejn Jannar, 2004 u Novembru, 2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond iċ-ċirkulari tal-Ministeru tal-Finanzi numru 5/98 tat-18 ta' Marzu 1998, is-Segretarju Permanenti hija ntitolata għall-ammont ta' fuel ta' mhux aktar minn 175 litru fix-xahar. Membri tas-Segretarjat Privat tiegħi jistgħu jieħdu car allowance ta' Lm 2,000 jew użu ta` karozza skond ir-regoli ta' l-"Engagement of Staff for Ministerial Secretaries". Fil-każ li jieħdu użu ta` karozza mill-Gvern il-konsum massimu fix-xahar ikun ta' 150 litru.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-infiq li sar bejn Jannar 2004 u Novembru 2005.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-snin 2004 u 2005?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li xi membru ta l-istaff privat tiegħi għandu użu ta` aktar minn mobile phone wieħed jew linja fissa waħda.Kien hemm każijiet fejn l-ammont ta` Lm400 inqabeż.Dan hu regolat mir-regoli "engagement of staff for Ministerial Secretaries" u minn cirkulari Nru 4/2002 tal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu u/jew tas-segretarju parlamentari? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jirriżultax li kien hemm xi mobile phone mitluf, miksur jew bil-ħsara minn membri ta l-istaff privat tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul is-snin 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara iktar minn mobile set wieħed, kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-snin imsemija ma nxtara ebda mobile phone. Ma jirriżultalhiex illi l-ebda membru tas-Segretarjat kellu aktar minn mobile set wieħed.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fil-ministeru u d-dekasteru teigħu ta' 'il fuq minn Lm2,000 matul l-2004 u l-2005? Jista' jgħid kemm kienet tqum kull waħda, lil min ingħataw u min approva?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fil-perjodu msemmi,ingħata direct order wieħed biss. Dan kien jiswa Lm2,500 u ingħata lid-ditta Linguamine Ltd sabiex isir proġett pilota għall-diġitalizzazjoni tal-arkivji tal-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li huma intitolati għall-gazzetti kuljum? Jista' jgħid kemm nefaq kull uffiċjal fuq kull ġurnal separatament matul is-snin 2004 u 2005 xahar b'xahar?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal-Private Staff tiegħi li huma ntitolati għall-gażżetti kull jum huma l-Kap tas-Segretarjat, il-Communications Coordinator, is-Segretarja Privata tiegħi u l-Assistent Segretarju Privat. Fid-dekasteru tiegħi, is-Segretarju Permanenti u d-Diretturi Ġenerali jieħdu sett gażżetti kull jum. Id-Diretturi u l-Forum Malta fl-Ewropa jirċievu sett kull jum matul il-ġimgħa barra jiem tal-festi. Biex nagħti l-informazzjoni ddettaljata mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija, tinvolvi ħafna xogħol li ma nħossx illi jkun ġustifikat ix-xogħol li jinvolvi biex tiġbor din l-informazzjoni. Pero' nista' ngħid illi matul l-2004 il-Ministeru nefaq it-total ta' Lm 9,262.00 u fl-2005 nefaq it-total ta' Lm 7,387.20. Dan it-tnaqqis fl-infieq sar wara li ġie razzjonaliżżat ix-xiri ta' gażżetti.
Jista' il-Ministru jiċħad jew jikkonferma li fid-dekasteru tiegħu nħarġu call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi, tmexxew l-intervisti kif jiġri s-soltu u ħadd ma ġie appuntat minn dawk li applikaw u għaddew mill-interview b'suċċess? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa din id-deċiżjoni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nikkonferma li l-uniċi applikazzjonijiet li nħargu mill-OPM għal Diretturi Ġenerali u Diretturi fil-Ministeru tiegħi issa ġew mimlija. L-intervisti għal dawn il-karigi saru mis Senior Staff Advisory Committee ta` l-OPM kif jiġri dejjem f` applikazzjonijiet ta` dan il-livell.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali lill-kumpanniji privati għal xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-ministeru u fid-dekasteru tiegħu matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi? Kemm ħadu kull wieħed, min approva kull nefqa separatament, u jekk inħarġitx xi forma ta' tender?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2004 u l-2005 ma` tqabbdet l-ebda kumpannija privata ta` tindif fil-Ministeru tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm call for applications għall-karigi ta' segretarju permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi matul is-snin 2004 u 2005 fid-dekasteru tiegħu? F'każ li fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-order of merit finali ta' l-applikanti għal kull kariga rispettiva? Jista' jgħid jekk hux f'kull każ li l-persuna kklassifikata fl-ewwel post ħadet l-appointment? F'każ li l-appointment ma ħaditux il-persuna kklassifikata numru wieħed, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Fl-2005 bħala parti mir-ristrutturar tal-Ministeru ħarġu sejħiet għal postijiet ta` Direttur Ġenerali u Diretturi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn il-postijiet issa mtlew wara interviews li saru mis-Senior Advisory Committee ta` l-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu konsulenti li qed jieħdu xi forma ta' remunerazzjoni jew ħlas fil-ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' konsulenza qed jagħtu, min huma, kemm hu l-ammont ta' remunerazzjoni jew ħlas li qed jingħataw separatament għal dan is-servizz, min ingaġġahom, min awtorizza dan l-ingaġġ u għal kemm żmien?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba. Tajjeb inżid illi kull persuna li taħdem bħala advisor mal-Ministeru tiegħi għaddiet mill-proċeduri kollha sabiex ingħatat il-kuntratt, inkluż l-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-kuntratt jiġi mġedded ukoll wara l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru wara li l-Ministeru tiegħi jagħti l-kunsens għat-tiġdid.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18208 u jgħid fiex waslet l-applikazzjoni prospettiva ta' Malta għal sħubija fl-OECD?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-proċess ta` tkabbir ta` l-OECD, bl-isħubija ta` membri ġodda , qiegħed jiġi eżaminat minn din l-istess organizzazzjoni. L-applikazzjoni għas-sħubija ta` Malta fl-OECD , bħal dik ta` pajjiżi oħra, qed tiġi evalwata, skond il-proċedura normali. Tajjeb li jingħad li hemm diversi pajjiżi li ilhom li applikaw għal sħubija fl-OECD, fosthom Ċipru u s-Slovenja li applikaw għaxar snin ilu, u li għad għandom applikazzjoni pendenti. Dan jgħodd ukoll għal membri Stati oħra ta` l-Unjoni Ewropea li għadhom mhumiex membri ta` l-OECD, bħall -Estonja , Latvia u Litwanja u li ukoll applikaw għaxar snin ilu. Anke pajjiżi bħaċ-Ċili , Iżrael u r-Russja għandhom applikazzjoni għal sħubija li għadha qed tiġi kkunsidrata. L-aħħar tkabbir sar fl-1996.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi membri fil-private staff u d-dekasteru tiegħu li qegħdin jiġu sponsorjati mill-istess ministeru għal xi tip ta' studju, kemm Malta kif ukoll barra minn Malta? F'każ li fl-affermattiv, kemm hi l-ispiża, kemm hemm u min huma l-persuni, xi grad huma u min awtorizza l-ispiża?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Iż-żewġ uffiċjali msemmija m`humiex membri tal-private staff tiegħi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-membri tal-private staff tiegħu - mhux messaġġiera - ingħatawx xi uniformi matul l-2004 u l-2005? F'każ li fl-affermattiv, kemm kienet l-ispiża u min awtorizzaha?
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta', x'kariga għandhom, humiex impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw tali kariga?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress, wara l-ftehim li kien iffirmat mat-Tuneżija li jipprovdi fost l-oħrajn għal tiftix bi sħab għaż-żejt?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Taħdidiet dwar dan is-suġġett għadhom għaddejin. Il-ftehim jagħti perjodu ta` 3 xhur u ħmistax -il ġurnata biex l-esperti jistabilixxu żoni fil-blata Kontinentali fejn iż-żewġ pajjiżi fejn jista` jsir tiftix u tħaffir għaż-żejt bi sħab bejn Malta u t-Tuneżija.
Peress li l-proċeduri ta' overseas adoptions huma kollha bla ħlas, salv għall-appostilli li jsiru fuq id-dokumenti meħtieġa li huma konsiderevoli, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li f'każi ta' overseas adoptions l-appostilli jsiru mingħar ħlas?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li rċevejt xi talbiet staqsejt lill-ufficjali tal- Ministeru tiegħi biex naraw kif nistgħu naġevolaw dan il-piż fuq każijiet ta` adozzjoni minn barra minn Malta.Bħalissa dan il-proċess qed jiġi eżaminat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jiena nfurmat li mill-2005 sa' llum ma nkriet l-ebda propjeta f'Malta mis-settur privat lill-Ministeru jew xi ente li taqa' taħtu.