Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, r-rapport tal-ftehim kollettiv li sar mal-ħaddiema tal-Air Traffic Service hekk kif intqal fil-mistoqsija parlamentari nru. 37177?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li skond il-ftehim li sar f'April ta' l-1998, meta impjegati tal-Forzi Armati ta' Malta u tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili ġew fir-responsabbilta' tal-kumpanija Malta International Airport, il-ftehim kollettiv eżistenti f'dak iż-żmien ġie japplika għalihom ukoll. Dan kien ftehim industrijali li kien sar bejn il-Malta International Airport u l-Union Ħaddiema Magħqudin.
Il-Malta Air Traffic Services tat għarfien liż-żewġ unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema fl-azjenda għal skop ta' rappreżentanza tal-ħaddiema. Il-Malta Air Traffic Controllers Association tirrappreżenta lill-impjegati operattivi, jiġifieri kontrolluri u assistenti kontrolluri. Din l-Assoċjazzjoni tinsab fi stadju ta' negozjar ta' ftehim kollettiv ġdid mal-Malta Air Traffic Services. Il-General Workers' Union tirrappreżenta l-kumplament tal-ħaddiema ta' l-azjenda, jiġifieri il-communicators, it-tekniċi u l-industrijali. Il-Kumpanija qed tistenna l-proposti ta' l-Union biex ikunu jistgħu jinbdew in-negozjati għal ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati membri ta' din il-Union.
Jista' il-Minstru jara li jinbidlu l-bozoz li ilhom maqtugħin fi Triq Alessandra Bormla fuq il-pont lejn Kwratier San Nikola?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-bozoz li qed issir riferenza għalihom mhux l-ewwel darba li nbidlu minħabba li spiċċaw l-mira ta' vandali. Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel kull sforz biex dawn il-bozoz jibqgħu jixgħelu.
Jista' il-Minstru jara li tinbidel bozza li hemm maqtugħa fi Kwartier San Nikola Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li f'dawn l-aħħar xhur żiedu l-ammont ta' prodotti esportati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn statistika miżmuma fl-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, jirriżulta li minn paragun li sar bejn is-sitt xhur minn April sa Settembru ta' din is-sena u l-istess perjodu tas-sena ta' qabel, minn total ta' 193 fabbrika fis-settur tal-manifattura li jesportaw il-prodotti tagħhom, 83 minnhom, jiġifieri tlieta u erbgħin fil-mija, żiedu l-ammont ta' prodotti esportati. Tajjeb jingħad li dan il-paragun ma jinkludix l-esportazzjoni ta' prodotti primarji tal-biedja.
Peress li nstabu siringi fi triq San Tumas, fil-Furjana fejn l-iskola primarja tal-gvern, tista' tiġi mdawla aħjar din il-parti tat-triq?
Jista' jsir street lighting ġdid ukoll fi Triq San Kristofru l-Belt, biswit numru 46 peress li hemm ukoll nuqqas ta' dawl fl-inħawi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fil-postijiet imsemmija hemm dawl adekwat.
X'kienet ir-raġuni li matul dawn l-aħħar erba' snin ma ġietx milqugħa t-talba tiegħi sabiex issir bozza/lampa fejn ir-residenza li tinsab fi sqaq 2A/1 San Franġisk ir-Rabat Malta? Jista' il-Ministru jinvestiga u jirrimedja għal dan il-bżonn qabel ma jkun tard wisq? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret fuq il-post mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li hemm dawl adekwat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-Maltacom?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed tintalab hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess ta' l-azjenda li tali nformazzjoni tingħata. Tajjeb jingħad li l-pożizzjoni finanzjarja tal-Maltacom hija spjegata b'mod ċar fir-Rapport Annwali tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-bozza li hemm fi Triq San Bartilmew, ir-Rabat (Malta), kantuniera ma' Triq Zondadari, li ilha għal dawn l-aħħar tliet xhur u nofs bil-ħsara, tissewwa?
Jista' l-Ministru japprova li jsir arblu bil-bozza fil-parti traffikuza fejn il-bus shelter ta' bejn il-limiti ta' Tabja u Blokk D tal-Qasam tad-Djar, Għajn Qajjet, ir-Rabat (Malta)?
Jista' l-Ministru japprova li jsiru arbli bid-dawl fil-parti mudlama li hemm fi Triq Nigret sa sub-station li hemm f'Għar Barka, ir-Rabat (Malta)?
Jista' l-Ministru jgħin li xoghol fuq traffic lights li hemm f'zebra-crossing quddiem id-dar Numru 13 fil-Qasam tad-Djar, Għhajn Qajjet, ir-Rabat (Malta), li ilu wieqaf għal dawn l-aħħar tliet xhur, jitlesta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Id-diversi talbiet magħmula mill-Onorevoli Interpellant ġew riferuti lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra simili.
Peress li fin-negozjati ma' l-UE ġie miftiehem li ċertu kimiċi fl-ilma tax-xorb iridu jiġu kontrollati b'mod li jikkonformaw mar-regolamenti ta' l-UE, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-KSI sabiex dan iseħħ?
Kemm hu l-valur tax-xogħol li hemm bżonn isir?
Peress li fin-negozjati ma' l-UE, ġie miftiehem li l-power station ta' Delimara trid tikkonforma mar-regolamenti ambjentali ta' l-UE, x'xogħolijiet hemm bżonn isiru sabiex dan iseħħ?
Kemm hu stmat li jiswa x-xogħol meħtieġ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Gvern Malti talab perjodu ta' transizzjoni ta' sentejn biex jikkonforma mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-emissjonijiet ta' trab u ta' N.O. mill-power station ta' Delimara. Id-direttiva relevanti, 88/609/EC, tistabbilixxi limiti għall-emissjoni ta' sulphur dioxide, N.O. u trab miċ-ċmieni tal-power stations.
Minħabba s-sulphur dioxide ser jibqa jintuża żejt b'massimu ta' wieħed fil-mija kubrit. Dwar it-trab u l-N.O., il-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel konsultazzjonijiet u qed tistudja proposti differenti biex tilħaq dan il-għan. Għalhekk f'dan l-istadju għadu kmieni biex tingħata l-ispiża kapitali nvoluta.
Peress li fin-negozjati ma' l-UE, ġie miftiehem li l-impjant tal-gas jiġi trasferit mill-Qajjenza għal Bengħajsa, x'inhu l-valur tax-xogħol li hu stmat sabiex iseħħ din il-bidla?
Response (BONNICI, JOSEF)
Huwa stmat li l-valur tax-xogħol biex jinbena mpjant ġdid tal-gass f'Bengħajsa jlaħħaq għal madwar sitt miljun lira.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm bozoz ġodda saru mill-Enemalta mill-1999 sal-15 ta' Novembru 2002 fil-Birgu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta nstallat disgħa u tletin lampa ġdida u ħdax-il floodlight fil-Birgu matul il-perjodu li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalih.
Personal assistant taċ-chied executive — Sejħa għal-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post vakanti ta' personal assistant tac-chief executive fil-Malta investment managment co. ltd. (MIMCOL) li għalih kien hemm sejħa mill-ETC, f'Settembru li għadda, ġietx mimlija jew le? Jekk fl-affermattiv, minn min u xi kwalifiki għandu/ha l-persuna li ġiet ingaġġata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-post vakanti ta' Personal Assistant taċ-Chief Executive ġie reklamat fil-gazzetti lokali fit-22, 23 u 24 ta' Settembru wara li nħareġ il-permess relattiv mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. L-applikazzjonijiet intlaqgħu sat-30 ta' Settembru 2002.
Kien hemm erbgħa u erbgħin applikazzjoni għal din il-vakanza. Dawn ġew screened u erbgħa u tletin minnhom ġew mitluba jattendu għal intervista. Minn dawn tlitt persuni ġew short listed u finalment intgħażlet is-sinjura Anne Butler. Din il-persuna, li ġiet impjegata mal-kumpanija b'seħħ mis-7 ta' Novembru 2002, hija gradwata u għandha l-esperjenza u r-rekwiżiti mitluba fis-sejħa għall-applikazzjoni.