Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riżorsi u Infrastruttura — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-kiri ta’ karozzi u vetturi fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006, kienet ta’ Lm 48,918.23ċ.

Riżorsi u Infrastruttura — Mobile phones

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali fuq mobile phonesmill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006, kienet ta’ Lm 9,089.00ċ.

Riżorsi u Infrastruttura — Safar

Question

Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura u tad-diparimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali tas-safar li sar matul is-sena 2006 mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, id-Dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu kienet ta’ Lm 58,262.

Ħaż-Żabbar — Boundary wall

Question

Snin ilu d-dipartiment tax-xogħlijiet ħareġ tender biex jinbena l-boundary wall biex idawwar il-masġar li jinsab fi Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa, f'Ħaż-Żabbar, jista' il-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur li għamel ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u x'kienet l-ispiża? Jista' jgħid jekk ix-xogħol inkluż fit-tender ġiex komplut kollu? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol waqaf ħesrem u min hu responsabbli sabiex it-tkissir tal-bankina fl-istess post tiġi rranġata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru Koncernat.

Ħal Qormi — Rapport dwar il-Widien

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li sar mill-Perit Robert Musumeci xi snin ilu, fi żmien meta l-Onor. Francis Zammit Dimech kien Ministru ta' l-Infrastruttura, dwar il-qagħda tal-widien f'Ħal Qormi? Jista' jgħid kemm ġie kkonsultat dan ir-rapport? Liema rakkmandazzjonijiet ġew mogħtija attenzjoni u sussegwentement ittieħdet azzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li setgħat tinġabar mill-files tad-Dipartiment ma jirriżultax li kien hemm xi rapport formali. Li jirriżulta huwa li l-Perit Musumeci kien għamel laqgħat mall-Kunsill Lokali ta` Ħal Qormi. Minn dawn il-laqghat ħarġu numru ta` proposti u inizjattivi biex isir tindif fil-widien u water courses li jgħaddu minn Ħal Qormi kif ukoll proposti għat-titjib in konnessjoni ma` flood relief f’dawn l-istess inħawi. Fil-fatt l-imsemmi Perit kien involut biex jitħejjew pjanti għal dawn il-proposti u saru applikazzjonijiet lill-MEPA għall-permessi meħtieġa. Il-parti l-kbira ta` dawn il-proposti twettqu

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku — Użu ta' vettura

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li d-Diretturi, Diretturi Ġenerali u Segretarji Permanenti li huma bil-kuntratt, huma intitolati għal karozza. Matul l-aħħar ħames snin spiċċaw żewġ uffiċjali li kienu Segretarju Permanenti u Direttur Servizzi Korporattivi. Dawn għażlu li jixtru l-karozza skond iċ-Cirkulari tal-Ministeru tal-Finanzi MFC 15/97. Il-karozzi kienu Toyota Carina, sena tar-Reġistrazzjoni 1998 u Renault Megane, sena tar-Reġistrazzjoni 2000.

Imsida — Triq it-Torri - tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li titnaddaf il-parking area li hemm ħdejn il-bring-in sites qrib Triq it-Torri, l-Imsida u jitħalla spazju għal parking għar-residenti li jistgħu jkunu effettwati? Dan l-immaniġġjar aħjar ta' traffiku jista' itaffi l-inkonvenjent li qegħdin isaqqfu wiċċhom magħhom ir-residenti effettwati, b'mod partikolari minn numru 27 sa 47, Triq it-Torri, Msida kif ukoll il-vetturi li juzaw din it-triq.

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Public Works Department — ATO

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-grad ta' ATO fi ħdan id-Dipartiment tal-Public Works, jew aħjar l-MSD, ilu żmien twil ma jingħata promozzjoni għalih avolja hemm nuqqas u d-Dipartiment qed jinqeda b'nies fi grad anqas?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li r-raġuni prinċipali għaliex naqsu l-Assistant Technical Officers (ATOs)fid-Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi (MSD) hi li f’dawn l-aħħar snin ħarġu diversi promotions għall-grad ta’ Technical Officers. F’Novembru tal-2005 biss saru 10 Technical Officersf’daqqa, li 8 minnhom ingħataw lil ATOs fl-istess Dipartiment u dawn allura ħolqu vakanzi fil-grad ta’ ATOs.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet — Operation managers

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 22928, jista' l-Ministru jgħid min huma l-operation managers li għandhom allowance għall-użu tal-karozza u liema huma dawk li għandhom allowance għall-użu tal-mobile?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-ebda Operations Managers ta’ dan il-Ministeru m’għandu allowancela għall-użu tal-karozza u lanqas għall-użu tal-mobile. Nirreferi għall-mistoqsija Parlamentari Numru 22928 fejn f’dan il-Ministeru minħabba n-natura tax-xogħol ta’ xi Operations Managers, erba’ minnhom jagħmlu użu minn karozza tal-kiri biex ikunu jistgħu jmorru fuq il-lant tax-xogħol, filwaqt li tlieta jingħataw cards tal-mobile biex ikunu aċċessibli waqt li jkunu barra fuq xogħol.

Riżorsi u Infrastruttura — Karozzi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22065, jista' l-Ministru jgħid jekk l-allowances imsemmija jinkludux l-uzu tal-karozzi u l-fuel? Jekk fin-negattiv, għalkemm kien jammonta l-allowance għall-karozzi u l-fuel?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 22065 li għaliha rrefera, m’għandha x’taqsam xejn ma’ din il-mistoqsija.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 ingħataw żewġ donazzjonijiet finanzjarji lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u mill-enti li jaqgħu taħtu. Għaqda/ Club Ammont (Lm) Is-Soċjeta’Mużikali San Ġużepp Għaxaq 100 Is-Soċjeta’Mużikali San Ġużepp Kirkop 100

Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura hemm 45 impjegat bejn Segretarjat Privat u dak Permanenti. Minn dawn l-impjegati 24 qegħdin bil-kuntratt, fejn 7 minnhom huma on loan u ġejjin mill-Enemalta, Airmalta, Public Broadcasting Services, Air Supplies, Housing Authority, Foundation for International Studies u Water Services Corporation. L-Onorevoli Interpellant hu riferut għal 'Guidelines on the Employment of staff for Ministers' Secretariat' kif approvati.

Ħal Kirkop — Pompa tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata petrol u diesel mill-pompa tal-gvern f'Ħal Kirkop? Liema dipartimenti jużaw il-faċilitajiet ta' din il-pompa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2006 l-ammont ta’ fuel li ngħata mill-pompa tal-Gvern f’Ħal Kirkop kien hekk:- Unleaded Petrol 163,392 litri LRP 34,154 litri Diesel 480,530 litri Biodiesel 17,970 litri Id-Dipartimenti kollha li jaqaw taħt il-Ministeru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura u l-Kunsill Konsultattiv għall-Bini u l-Industrija juzaw il-faċilitajiet ta’ din il-pompa. Id-Dipartiment tal-Housing, id-dipartiment tal-Construction and Maintenance fi hdan il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali, il-WasteServ u l-Forzi Armati ta’ Malta ukoll juzaw dawn il-faċilitajiet.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet — Operation managers

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi fringe benefits igawdu l-operation managers fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħlijiet bħalma huma l-użu ta' karozza, eċċ.?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-Operations Managers ta’ dan il-Ministeru ma jgawdux minn fringe benefits. Izda, minħabba n-natura tax-xogħol li bazikament hu li jsir spezzjoni kontinwa fuq xoghlijiet tad-divizjoni ta’ xi Operation Managers, erba’ minnhom jagħmlu uzu minn karozza tal-kiri biex ikunu jistgħu jmorru fuq il-lant tax-xogħol. Tlieta minn dawn l-Operation Managers jingħataw cards tal-Mobile biex ikunu aċċessibli waqt li jkunu barra fuq xogħol.

Isla — Arloġġ

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 21020 u 22765, jista' l-Ministru jinvestiga jekk il-Perit Jean Frendo hijiex se tieħu ħsieb ukoll li l-arloġġ ta' l-Isla jibda jiffunzjona kif fil-fatt kien il-ħsieb oriġinali ta' min ikkostruwixxa l-binja li fiha hemm l-arloġġ? Jidhirlu l-Ministru li t-tweġiba li tagħni għad-domanda tiegħi ma tirrigwardax l-arloġġ proprju iżda l-istruttura li fiha hu mpoġġi l-arloġġ? Wara d-diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt fuq dan l-arloġġ, jista' jgħidli jekk l-arloġġ fl-aħħar mill-aħħar hux se jerġa' jibda jaħdem kif kien oriġinarjament għax struttura refurbished b'arloġġ wieqaf ftit tagħmel sens?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tax-Xoghlijiet m'għandiex ir-riżorsi teknici u speċjaliżżati sabiex tagħmel dan it-tip ta' xogħol, u cioe' il-manutenzjoni u t-tiswija tal-mekkaniżmu ta' l-arloġġ. Għaldaqstant u peress li l-manutenzjoni u r-responsabilta' ta' l-arloġġ hi tal-Malta Shipyards, qed isiru arranġamenti bejn it-Taqsima tax-Xogħlijiet u l-Malta Shipyards sabiex it-tiswijiet neċessarji jsiru kontemporanjament mar-restawr li se jsir fuq il-bini.

Arloġġ ta' l-Isla

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21020, peress li issa għaddew xahrejn minn mindu kellu jiġi mqabbad perit biex iħejji rapport dwar il-kondizzjoni ta' l-arloġġ ta' l-Isla, jista' il-Ministru ġentilment jgħid min kien il-perit imqabbad għal dak l-iskop u jekk sarx ir-rapport li kellu jitħejja? Jista' jgħid x'riżultat kien hemm f'dak ir-rapport, jekk sar?

Response (ZAMMIT, NINU)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21020 ninsab infurmat illi l-perit imqabbad biex jitħejja rapport fuq il-kundizzjoni ta’ l-arloġġ ta’ l-Isla hija l-Perit Jean Frendo. Ix-xogħlijiet jikonsistu f'tiħkil ta' xi fili miftuħin fil-parti tat-torri (li nbena mill-Ingliżi) u f'restawr tal-bażi t'isfel li tifforma parti mis-sur (li kien inbena mill-kavallieri). L-ewwel fażi tax-xogħlijiet, jiġifieri r-restawr tat-torri ser issir aktar tard din is-sena, filwaqt li t-tieni fażi, dik tar-restawr tal-bażi t'isfel issir aktar 'l quddiem.

Bini ta' ħajt tas-sejjiegħ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22355, jista' il-Ministru jgħid meta beħsiebu jitlesta x-xogħol ta' bini tal-ħajt tas-sejjiegħ li kien iġġarraf fl-għargħar ta' l-2003 skond kif ippjanat f'WD 519/03 fl-inħawi mmarkati fil-pjanta li qed tintbagħat separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant għar-risposti li jiena tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 22355 u 22037, jiġifieri li l-file konċernat m'għandu x'jaqsam xejn maż-żona inkwistjoni. Rigward il-ħajt imsemmi jien infurmat li d-Diviżjoni tas-Servizzi ser tagħmel l-ispezzjonijiet meħtieġa u, wara li jiġi vverifikat minn hu responsabbli mill-ħajt tal-għalqa msemmija, jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 10 PQ #22627 Sitting 476 2006-12-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura

Geological Survey

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jwaqqaf geological survey ta' Malta? Din tkun ente illi xogħlha jkun li tiġbor informazzjoni ġeoloġika dwar Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi twettaq il-funzjoni ta’ geological survey ta’ Malta u tiġbor informazzjoni ta’ natura ġeoloġika, kemm dwar il-gżejjer kif ukoll l-ibħra ta’ madwarhom. L-Awtorita’ qiegħda tlesti mappa ġdida tal-ġeoloġija tal-Gżejjjer Maltin fuq skala ta’ 1 : 2,500. Din il-mappa turi l-ġebel tal-gżejjer Maltin f’aktar dettal mill-mappa eżistenti li kienet ġiet ippubblikata f’1993.

Riżorsi u Infrastruttura — Direct Orders

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mid-dekasteru tiegħu din is-sena? Lil min ingħataw, kemm kien il-valur u għaliex? Minn liema dipartiment ħarġu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Riżorsi u Infrastruttura — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005-2006 ġew impjegati 11 ħaddiema ġodda mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, d-Dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħtu. Dawn jinkludu 1 Director (Energy) , 1 Head of Accounts and Administration , 1 Economic Analyst II , 1 Project Officer II , 2 Engineering Analysts I, 4 Casual Substitute Clerks u 1 Casual Substitute Executive Officer.