Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħu u tas-second car tiegħu matul is-sena 2006?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ispiża għall-manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tiegħi matul is-sena 2006 kienet dik ta' Lm1,401.16. Infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda spiża simili fuq is-second car tiegħi għaliex din hija karozza tal-kiri.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21517 dwar is-servizz tal-ħelikopter f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jiġri a rigward ta' dan is-servizz peress li ormai ilna bla servizz tal-ħelikopter għal diversi xhur?
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, dipartimenti, dekasteru, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija fil-Mistoqsijija Parlamentari numru 19195, filwaqt li l-kumplament ta' l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Spiża ta' fuels
Question
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u tad-dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Matul is-sena 2006, jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, dipartimenti, dekasteri, enti, eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-nefqa matul is-sena 2006 fuq kiri ta' karozzi fil-Ministeru għall-Kompetittivita' u Kommunikazzjoni, dipartimenti, dekasteri u enti li jaqgħu taħtu kienet kif ġej:
Amount t (Lm)
Minister’s Private Secretariat
6,799
Office of the Parliamentary Secretary
4,268
Office of the Permanent Secretary
2,197
Dept. of Corporate Services
948
Consumer and Competition
5,945
Commerce Division
2,893
Civil Aviation Dept.
195
Malta Maritime Authority
2,190
Malta Communications Authority
0.00
Malta Standards Authority
0.00
Total
25,435
Jista' l-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 18898. Filwaqt li l-kumlament ta' l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-sena 2006? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ma narax li hija prudenza li nsemmu l-ismijiet fil-Parlament.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħaddiema (il-grad) taċ-ċivil li huma ntitolati għal karozza? Kemm spiċċaw ħaddiema f'dan il-grad tul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom baqgħu jgawdu minn din il-karozza anke meta spiċċa? X'tip ta' karozza kienet f'kull każ u s-sena ta' reġistrazzjoni għal kull karozza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jispjega fuq liema kriterju saret id-deċiżjoni li dawk il-boats li huma 'il fuq minn 24 metri tal-ħadid ġew kostretti li jibdlu s-sistema li għandhom preżenti ta' life rafts li tiswa eluf ta' liri f'investiment meta boats li jġorru t-turisti ta' l-istess qisien imma huma magħmulin mhux tal-ħadid ma ġewx ordnati li jagħmlu li-istess? Ma jaħsibx il-Ministru li f'każ li din id-deċiżjoni tibqa' nonostante l-fatt li hemm stramberija jekk mhux inġustizzja dwar il-kriterju li s-sidien li ħafna minnhom huma żgħar, għandhom jingħataw xi forma ta' għajnuna biex jagħmlu tajjeb għal dan it-tibdil immedjat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-bastimenti kummerċjali li jbaħħru fil-portijiet u ibħra territorjali huma regolati skond ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali tal-2002 u skond il-Kodiċi ta’ Prattika għas-Sigurta` ta’ Bastimenti Kummerċjali li jifforma parti integrali minn dawn ir-regolamenti. Dawn ir-regolamenti ġew fis-seħħ bis-saħħa ta’ Avviż Legali Nru 284 tal-2002. Il-Kodiċi msemmi kien jagħti avviż li partijiet minnu kellhom jiġu fis-seħħ b’mod gradwali
Bis-saħħa ta’ Avviż Legali 327 tal-2004 Council Directive 98/18/EC tas-17 ta’ Marzu 1998 dwar Regoli u Standards ta’ Sigurta` għall-Bastimenti tal-Passiġġieri inġiebet fis-seħħ b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004.
Fost provedimenti oħra, Artiklu 6 Paragrafu 3(f) tad-Direttiva msemmija jistabbilixxi li bastimenti tal-passiġġieri tal-ħadid jew materjal ekwivalenti u li huma ‘il fuq minn 24 metru kellu jkollhom abbord life rafts. Dawn it-tip ta’ bastimenti kellhom jimplimentaw dawn il-provedimenti kif ġej:
I) Bastimenti li nbnew qabel l-1 ta’ Jannar 1940: sal-1 ta’ Lulju 2006;
II) Bastimenti li nbnew fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 1940 iżda qabel il-31 ta’ Diċembru 1962: sal-1 ta’ Lulju 2007;
III) Bastimenti li nbnew fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 1963, iżda qabel il-31 ta’ Diċcembru 1974: sal-1 ta Lulju 2008;
IV) Bastimenti li nbnew fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 1975 iżda qabel il-31 ta’ Dicembru 1984: sal-1 ta’ Lulju tal-2009;
Bastimenti li nbnew fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 1985 iżda qabel id-data li tidher f’Artikolu 14(1): sal-1 ta’ Lulju 20
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22953, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx xi ċans illi l-ajruport internazzjonali ta' Malta jingħata xi isem?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s'issa ma kien hawn l-ebda suġġeriment jew proposta biex f'Malta tintuża d-drawwa li hemm f'xi pajjiżi oħra li ajruport jissema wkoll għall xi persuna llustri bħal Rome Fiumicino jew Leonardo da Vinci.
Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża? Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dipartimenti qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onorevoli Interpellant hu riferut għal 'Guidelines on the Employment of Staff for Ministers' Secretariat ' kif approvati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2006, ingħataw id-donazzjonijiet li jidhru fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn id-donazzjonijiet ingħataw mill-Malta Maritime Authority.
Issa li tqajjem l-ilment imsemmi f'mistoqsija parlamentari 22522, jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Maltacom kienu irċievew iktar minn lment wieħed mill-inħawi ta' Ta' Giorni, konsegwenza ta' xi ħsarat fil-cable ta' l-inħawi. Kien il-Ħamis 30 ta' Novemru 2006 meta ġew mibdula żewġ cables ta' 400 metru il-wieħed, u ġiet minnufiħ solvuta l-problema. Din it-tiswija seħħet fiż-żmien stipulat mill-Consumer Charter tal-Maltacom. Dan juri li l-intervernt tal-Maltacom kien pront u l-ebda lment ma laħaq wasal għand l-MCA.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22527 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta hemm il-ħsieb li l-gvern jiddeċiedi dwar servizz regolari bl-ajru bejn Malta u Għawdex peress li iżjed ma jintilef żmien iżjed se jkun diffiċli għall-operaturi Għawdxin li jirriklamaw vaganzi f'Għawdex fix-xitwa u s-sajf li ġej?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-gvern għadu mpenjat li jkun hemm servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex, iżda tali servizz irrid jiġi provdut minn kumpaniji privati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istess faċilitajiet li ngħataw lir-Ryanair biex il-passiġġieri tagħha jaslu bil-mixi fit-terminal jew fuq l-ajruplan ingħatawx ukoll lil linji oħra ta' l-ajru biex jiffrankaw ukoll spejjeż ta' l-operazzjonijet tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien nfurmat li l-Malta International Airport bħala l-operatur ta' l-ajruport toffri l-istess faċilitajiet lil kull operatur ta' l-ajru.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-awtorita' Maltija għall-kommunikazzjoni biex tipproteġi l-ġid ta' 400 abbonat tal-Maltacom fl-inħawi ta' San Ġiljan li ilhom żmien imċaħħda mis-servizz tat-telefon għax xi kuntrattur għamel ħsara fil-cable? Meta se ssir it-tiswija meħtieġa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qabel ma saret din id-domanda parlamentari, l-Awtorita' Maltija għall-Kommunikazzjoni ma rċiviet l-ebda lment minn jew f'isem l-abbonati msemmija.