Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Għaxaq – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Għaxaq kien ta’ 30, minn dawn kien hemm 27 każ ta’ serq u 3 każi ta’ frodi.

Ħal Tarxien – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Tarxien kien ta’ 58, minn dawn kien hemm 53 każ ta’ serq u 5 każi ta’ frodi.

Santa Luċija – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Santa Luċija tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Santa Luċija kien ta’ 19, minn dawn kien hemm 18 il-każ ta’ serq u każ wieħed ta’ frodi.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats illi kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħamrun – rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Ħamrun fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.

Santa Venera – rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta' Santa Venera fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.

Marsa – rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.

Gwardamangia u Pietà – rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' reati kriminali li seħħew fil-lokalitajiet ta' Gwardamangia u Pietà fis-snin 2014, 2015 u 2016 u jaqsam l-informazzjoni sena b'sena u skont ir-reat irrapurtat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-National Police System hija sistema komuni għall- ġbir ta’ rapporti tal-Pulizija. Il-lokalitajiet inkorporati fis-sistema huma bbażati fuq il-Kunsilli Lokali u peress illi Gwardamanġia m’għandiex Kunsill Lokali għaliha, din ma tagħmilx parti mill-lista ta’ lokalitajiet inklużi fis-sistema. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.

San Pawl il-Baħar u Mellieħa — Toursim Police Zone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) matul din is-sena hux se jibda jkollom is-servizz ta' Tourism Police Zonesu dan anke fid-dawl li din hija l-iktar żona f'pajjiżna li fil-konfini tagħha hemm l-aktar numru ta' sodod mifruxa fuq l-akbar numru ta' lukandi u appartamenti f'pajjiżna apparti attrazzjonijiet oħra bħal bajjiet li jirriżulta ukoll li f'din iż-żona wieħed isib l-akbar numru ta' bajjiet f'pajjiżna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru għat-Turiżmu rigward il-possibilita` ta’ estensjonijiet fit-Tourism Police Zones.

Uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta, Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija — polza ta’ assigurazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 28294, 28295 u 28296, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet is-sitwazzjoni fl-Amministrazzjoni preċedenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’għandi xejn x’inżid mat-tweġibiet imsemmija. Inżid biss illi l-Ministeru tiegħi għaddej b’diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi.

Tourism Police

Question

B'referenza għar-risposta dwar it-Tourism Police, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt il-pulizija li għamlu dan il-kors hux kollha bdew jagħtu servizz f'dan ix-xogħol partikulari, inkella jekk kienx hemm numru żgħir biss minnhom, li wara li għamlu l-kors, bdew jaħdmu f'dan ix-xogħol partikulari? Jekk kollha taw servizz, jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt kienx hemm minnhom li ddeċidew li ma' jibqgħux jagħtu dan is-servizz, u kien għalhekk li n-numru ta' pulizija issa naqas għal ħdax?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li mhux il-pulizija kollha li għamlu l-kors tat-Tourism Police jagħtu servizz f'dan ix-xogħol partikulari direttament, għalkemm it-taħriġ u l-esperjenza li gwadanjaw xorta sservi ta’ għajnuna waqt ix-xogħol normali tagħhom. Kif indika tajjeb l-Interpellant, hemm ħdax il-membru tal-Korp illi jagħmlu dan ix-xogħol volontarjament kull meta jiġu mitluba, filwaqt illi ħmistax oħra jagħmlu dan ix-xogħol meta jkun hemm il-ħtieġa u jiġu mitluba.

Il-Gudja – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa tal-Gudja tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa tal-Gudja kien ta’ 104, minn dawn kien hemm 97 każ ta’ serq u 7 każi ta’ frodi.

Raħal Ġdid – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid kien ta’ 181, minn dawn kien hemm 169 każ ta’ serq u 12 il-każ ta’ frodi.

Iż-Żejtun – Għassa – rapporti ta’ serq u frodi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa taż-Żejtun tul is-sena 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa taż-Żejtun kien ta’ 98, minn dawn kien hemm 87 każ ta’ serq u 11 il-każ ta’ frodi.

Għassa taż-Żejtun – bieb protettiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fl-area fejn jaħdmu l-pulizija fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żejtun hemm perspex nieqsa u m’hemmx bieb protettiv?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol fl-Għassa taż-Żejtun għadu għaddej.

Korp tal-Pulizija – Ittra ta’ Drittijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Ittra ta’ Drittijiet kif kontemplata fl-Att LI tas-sena 2016 biex jipprovdi għal assistenza legali waqt detenzjoni u drittijiet oħra għal persuni arrestati u fl-EU Directive 2013/EU/48 hijiex qed tintuża u jekk tingħatax lis-suspettati kollha rrispettivament fuq xiex qed jiġu interrogati qabel ma jagħmlu l-istatement tagħhom? Jekk fl-affermattiv, l-Ittra ta’ Drittijiet qed tingħata biss fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jew anke fid-distretti? Jista’ jgħidilna f’kemm il-lingwa ġiet tradotta? Jista’ jgħid jekk il-Pulizija għandhiex reġistru bl-interpreti tagħha u jekk iva kemm-il lingwa hemm imniżżla? Jista’ jgħidilna jekk intlaħaqx il-full complement fil-Korp tal-Pulizija u jekk le f’liema ranks għad hemm il-postijiet vakanti? Jista’ l-Ministru jgħidilna x’miżuri ta’ simplifikazzjoni ħa l-Ministeru tiegħu matul is-sena 2016? Kemm affettwaw nies dawn il-miżuri?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Ittra ta’ Drittijiet ġiet introdotta fis-sena 2014 u ġiet emendata fl-2016. Din l-Ittra tingħata lill-persuna qabel ma tiġi interrogata mill-pulizija fuq suspett illi setgħet ikkomettiet xi delitt. L-Ittra tingħata lill-persuna suspettata qabel ma tiġi interrogata, irrispettivament mill-post fejn se tkun interrogata. Infurmat ukoll illi bħalissa għaddej proċess sabiex din l-Ittra ta’ Drittijiet tiġi maqluba fi ħmistax-il-lingwa oħra. Rigward l-interpreti, il-Pulizija tuża lista ta’ interpreti tagħha stess u dan peress illi s’issa m’hawn l-ebda lista ta’ interpreti akkreditati. Dan ix-xahar iżda, il-Korp tal-Pulizija fetaħ tender għall-provista ta’ interpreti, liema tender għadha qed tiġi pproċessata. Fir-rigward tal-compliment tal-Korp, dan għadu qed jitfassal. Bħala miżura ta’ simplifikazzjoni, mill-24 ta’ Novembru 2016 ġiet introdotta sistema elettronika, fejn persuna jista’ japplika bil-kumdita` kollha għal ċertifikat tal-kondotta online. Sal-lum għamlu użu minn din is-sistema 754 persuna minn Malta u 11 minn Għawdex.

Każijiet ta’ suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ suwiċidji matul l-2016? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel u kemm minnhom kienu Maltin u kemm kienu ta’ Nazzjonalità barranija? F’kull każ jista’ jagħti wkoll l-età tal-persuni li kkommettew suwiċidju matul l-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 il-pulizija rreġistrat 21 każ ta’ suwiċidju. Minn dawn 18 il-persuna kienu ta’ sess maskili, filwaqt illi 3 kienu tas-sess femminili. Maltin kien hemm 17 il-persuna filwaqt illi l-4 l-oħra kienu barranin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni kollha mitluba.

Marsa Open Centre – xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28293 u jgħid kemm intefqu flus f’xogħol kapitali u ta’ manutenzjoni fl-Open Centre tal-Marsa fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi verifikata.

San Ġiljan — Għassa tal-Pulizija - tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li tul din is-sena, isiru tiswijiet fl-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid jekk kemm-il darba hiex se tiġi rilokata għall-ispazju ikbar stante l-volum tax-xogħol?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’dan l-istadju il-kwistjoni tal-Għassa ta’ San Ġiljan u ċjoè jekk għandhomx isiru tiswijiet jew jekk din tiġix rilokata, għadha kwistjoni li qed tiġi mistħarrġa u huwa prematur li wieħed jagħti xi dettalji jew konklużjonijiet fuq dan is-suġġett.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Personal Emoluments - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa proġettata (budgeted) fuq Personal Emoluments sena b’sena mill-2013 sal-2016? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa reali (actual) għal kull sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokumenti tal-Estimi Ġenerali li jiġu ppubblikati kull sena u jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jum tal-Bagit. Fir-rigward tan-nefqa għas-sena 2016 din l-informazzjoni għadha mhux konkluża u tkun ippubblikata fid-dokument tal-Estimi Ġenerali li jmiss.