Legislature:
Category:
Reset
Active:

Iż-Żejtun – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu ż-Żejtun, li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Iż-Żejtun – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu ż-Żejtun, li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet? Kemm kienet l-ispiża sal-aħħar tal-2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016 l-Awtorità tad-Djar kellha 25 persuna miż-Żejtun li bbenefikaw mis-sussidju tal-kera. L-ispiża għal dan il-perjodu kienet ta’ €20,271.44.

Wied il-Għajn – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Wied il-Għajn li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu ġewwa Wied il-Għajn u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien jammonta għal 76, li minnhom kien hemm 37 raġel u 39 mara.

Advisory Board tal-fostering

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta li kien talab huwa stess waqt li kien għamel referenza għal diskors li sar minni fil-21 ta' Ottubru 2015 waqt seduta parlamentari b'rabta mal-ħidma tal-Advisory Board tal-fostering tlestietx? Jekk fil-fatt tlestiet, jista’ l-Ministru jpoġġi r-rapport ta' din l-istess inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Persuni li għalqu l-75 sena – għotja ta’ €300 fis-sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawk li għalqu 75 sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom ser ikollhom jistennew li jagħlqu s-76 sena biex jieħdu l-għotja ta’ €300 fis-sena meta fil-Baġit 2017 ingħad speċifikament li kull min jagħlaq il-75 sena u li għadu jgħix id-dar tiegħu ser ikun qed jieħu din l-għotja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija żbaljata għaliex persuna li tagħlaq l-età ta’ 75 matul is-sena, titħallas pro-rata mid-data ta’ għeluq snin il-persuna sal-aħħar tas-sena. Għal dan il-għan isiru diversi proċessi matul is-sena mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex kull min jagħlaq il-75 sena, jitħallas pro-rata sal-aħħar tas-sena. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, għal din is-sena diġà sar l-ewwel proċess u kull min kien intitolat għal din l-għotja tħallas fl-4 ta’ Frar. Il-proċess li jmiss se jsir ftit tal-ġimgħat oħra u proċessi oħrajn ikomplu isiru matul is-sena kollha.

Awtorità tad-Djar – applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar stħarrġitx l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien l-eżitu? Jekk le, jista’ jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien sabiex tkun ikkunsidrata din l-applikazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnha qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jikkonferma li din l-applikazzjoni qed tingħata prijorità minħabba n-natura tal-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnha qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Manutenzjoni fuq saqaf tal-bejt ta’ blokka flats tal-Gvern

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30136, jista’ l-Ministru jgħid għaliex meta saret il-manutenzjoni fuq is-saqaf tal-bejt tal-blokka li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li hi kollha proprjetà tal-Awtorità tad-Djar, din il-manutenzjoni ma saritx fuq il-bejt kollu iżda fuq nofsu biss, bil-konsegwenza li xi residenti ta’ din il-blokka qegħdin isofru minn ħsarat kbar minħabba dħul ta’ ilma fil-flat fejn joqogħdu huma? X'inhi r-raġuni li l-Awtorità qiegħda tirrifjuta li timxi mal-inkwilini kollha bl-istess mod u ċjoè bħalma saret il-manutenzjoni fuq nofs il-bejt, issir il-manutenzjoni wkoll fuq in-nofs l-ieħor tal-bejt? Min ħa d-deċi¿joni li jimxi b'mod differenti maż-żewġ inkwilini?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f’Ġunju tal-2015 l-Awtorità tad-Djar kienet applikat liquid membrane fuq in-naħa tal-bejt tal-blokk fejn kien hemm diversi qsim fil-kontrabejt li minnu kien qed jippenetra l-ilma tax-xita. In-naħa l-oħra tal-bejt kienet diġa’ miksija bil-membrane u għadaqstant mhux il-ka¿ li l-Awtorita’ mxiet b’modi differenti. L-inkwilini kollha li joqgħodu fil-blokk huma responsabbli u mistennija wkoll li jagħmlu manutenzjoni regolari tal-bjut inklu¿ manutenzjoni tal-membrane u li jzommuh dejjem fi stat tajjeb.

Ta’ Sliema – Day Centre – twaqqif ta’ servizz ta’ trasport għall-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqaf is-servizz tat-trasport għall-anzjani lejn id-Day Centre ta’ Ta’ Sliema? Jista’ jagħti r-raġuni għala twaqqaf? Min ta l-ordni biex dan is-servizz jitwaqqaf?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tat-transport għall-anzjani lejn iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva ta’ tas-Sliema twaqqaf mid-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità peress li dan is-servizz ma’ kienx konformi mar-regoli tal-procurement. Għal din ir-raġuni, id-Direttorat ħareġ tender biex jiġi ipprovdut servizz ta’ trasport skont ir-regoli tal-procurement.

Tiswijiet f’appartament – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jsiru t-tiswijiet neċessarji fl-appartament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li għanda l-Awtorità tad-Djar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat, kien xtara l-appartament fl-1996 u għaldaqstant huwa responsabbli biex jagħmel it-tiswijiet fl-appartament li huwa proprjeta tiegħu stess.

Post tal-gvern – spezzjoni fuq gallarija perikoluża – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li ssir spezzjoni fuq gallarija ta’ post tal-gvern li hija perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma jirri¿ultax li l-individwu li qed issir referenza għalih għamel rapport ta’ ħsarat lill-Awtorità tad-Djar. Madanakollu, l-Awtorita’ tad-Djar għamlet kuntatt miegħu, u infetaħ rapport dwar il-każ u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi sabiex jiġi vverifikat l-ilment.

Problema fis-saqaf ta’ appartament – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema fis-saqaf tal-appartament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar, sar kuntatt mal-inkwilin imsemmi fejn dan għamel ilment dwar tiswijiet li kienu saru fl-appartament f’Ġunju tal-2016. Għaldaqastant għandha ssir spezzjoni fil-post biex jiġi vverifikat l-ilment u jsir ix-xogħol rimedjali kif meħtieġ.

Awtorità tad-Djar – xogħlijiet f’appartament – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema fix-xogħlijiet li saru fl-appartament min-naħa tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, min-naħa tal-Awtorita’ tad-Djar sar kuntatt mal-inkwilin imsemmi dwar tiswijiet li għadhom kemm saru fis-saqaf tal-appartament, fejn dan ikkonferma li kien sodisfatt bix-xogħlijiet kollha li saru.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Privat – Safar

Question

Jista’ l-Ministru jindika, għal kull membru tas-Segretarjat tiegħu, l-ispejjeż ta’ vvjaġġar, id-destinazzjonijiet u r-raġunijiet għal tali vvjaġġar mill-2014 ‘l hawn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn l-2014 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, il-membri tas-Segretarjat tiegħi li siefru fuq xogħol uffiċċjali hu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Gudja – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu l-Gudja li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jgħixu l-Gudja u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 18, li minnhom kien hemm 10 irġiel u 8 nisa.

Il-Gudja – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu l-Gudja, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hi skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Santa Luċija – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Santa Luċija li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni li jgħixu Santa Luċija u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 10, li minnhom kien hemm 5 irġiel u 5 nisa.

Braille — għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx għalliema li jgħallmu l-braille lill-persuni li jkunu neqsin kemm mid-dawl kif ukoll mis-smiegħ? Jista’ jgħid minn fejn jingħata dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

FSWS — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema impjegati fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) bil-karigi rispettivi tagħhom f'Jannar ta' kull sena bejn l-2014 u l-2017 (sena b’sena)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ ħaddiema impjegati fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) bil-karigi rispettivi tagħhom bejn l-2014 u id-data li fiha qed tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari hija kif qiegħed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess u l-ispiża totali ta’ dan il-ħlas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena li għaddiet kien hemm total ta’ 2,181 persuna li bbenifikaw mill-In Work Benefit li minnhom kien hemm 1,151 raġel u 1,030 mara. In-nefqa totali matul is-sena 2016 kienet ta’ €2,346,388.03.