San Pawl il-Baħar – main tal-ilma fl-inħawi ta’ Għajn Stas/San Martin
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol ta’ tqegħid ta’ main ġdid tal-ilma fl-inħawi ta’ Għajn Stas/San Martin, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li għandhom jintbagħtu uffiċjali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jinvestigaw xi ħruġ ta’ ilma. Il-każ imbagħad jiġi mgħoddi lill-Bord apposta fi ħdan l-istess Korporazzjoni.
Il-Mosta u Ħ’Attard – Triq Pantar u Triq tat-Torba – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22700 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li fi Triq Pantar u Triq tat-Torba, li minn Ħ’Attard iwasslu għall-Mosta u viċi-versa, bħalissa qed jiġu konklużi xi xogħlijiet u qed tinqala’ nofs it-triq, u peress li n-nofs l-ieħor mhux fi stat tajjeb, jista’ l-Ministru jikkonsidra li t-triq kollha tingħata wiċċ ġdid bit-tarmak?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet involuti fi Triq Pantar u Triq tat-Torba se jsiru skont il-permessi awtoriżżati minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li nhar il-Ħadd, 30 ta’ Jannar 2016, żewġ gwardjani tal-ħabs nisa u persuna oħra (raġel) li possibilment kien żar il-ħabs biex jagħmel xi xogħol, iddaħħlu l-Isptar Mater Dei jbatu mis-sintomi tal-influwenza AH1N1? Jista’ jikkonferma li dawn il-pazjenti ngħataw it-Tamiflu u ntalbu joqogħdu f’darhom (kwarantina) għal madwar ġimgħa? Kif inhi saħħithom illum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa eżamina żewġ gwardjani nisa b’sintomi ta’ influwenza. Wara li ttieħed swab respiratorju, instab li kellhom riħ komuni.
Kien hemm gwardjan ieħor li nstab li kellu l-influwenza.
Ħadd mill-gwardjani ma kellu bżonn jiġi rikoverat fl-Isptar Mater Dei. Il-gwardjani ntalbu joqogħdu f’darhom għal madwar ġimgħa sakemm is-sintomi jirrisolvu ruħhom
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti fl-isolation unit tal-Isptar Mater Dei minn Settembru 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienu nisa, kemm irġiel u għal liema kundizzjoni jew marda kienu qed jinżammu fl-isolation unit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Settembru 2015 u Jannar ta’ din is-sena kien hemm medja ta’ 57 li nżammu fl-IDU tal-Isptar Mater Dei. L-iżjed kundizzjoni komuni kienet infjammazzjoni tal-istonku u l-musrana.
Dipartiment tas-Saħħa – prekawzjonijiet meħuda kontra l-AH1N1/Swine Flu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ħa u qed jieħu d-Dipartiment tas-Saħħa biex ma tkomplix tinfirex l-AH1N1/swine flu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull sena diversi miżuri ttieħdu biex titnaqqas il-firxa tal-influwenza staġjonali. Dawn il-miżuri jinkludu:
80,000 tilqima tal-influwenza staġjonali li s’issa ibbenefikaw minn din it-tilqima 72,835 persuna.
Kampanja edukattiva mal-pubbliku biex jieħdu t-tilqima fosthom tqassim ta’ fuljetti miċ-Ċentri tas-Saħħa, interventi fuq programmi tal-medja u tagħrif fuq
facebook
.
Miżuri biex titnaqqas il-firxa bħal ħasil tal-idejn aktar ta’ spiss u persuni li ħossuhom ma jifilħux ma jattendux għax-xogħol jew skola.
Qiegħda ssir sorveljanza tal-influwenza fil-komunità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tilqima tal-influwenza xtara l-Gvern għall-istaġuni 2015-2016? Kemm-il persuna ħadu t-tilqima tal-influwenza (2015-2016)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-istaġun 2015-2016 il-Gvern xtara record ta' 80,000 tilqima tal-Influwenza. Sat-12 ta’ Frar 2016 ibbenefikaw minn din it-tilqima 72,835 persuna.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward is-servizz tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Enemalta plc li s-servizz meħtieġ ser jingħata hekk kif ix-xogħol meħtieġ min-naħa tal-klijent jitlesta.
Siġġiewi – triq tas-Salib tal-Għolja – main tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir main tad-drenaġġ fit-triq li twassal għas-Salib tal-Għolja fil-limiti tas-Siġġiewi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Intepellant biex jagħti aktar informazzjoni, permezz ta’ site plan, li turi fejn jinsab l-iżvilupp fejn qed issir it-talba biex din tiġi studjata.
Direttorat tas-saħħa pubblika – każijiet ta’ sound pollution
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttorat tas-Saħħa Pubblika jinvestigax każijiet ta’ sound pollution fl-abitat minn attivitajiet kummerċjali? Dan peress livell għoli ta’ ħsejjes jista’ jsarraf f’problemi fuq is-saħħa tar-residenti.
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jirċievi lmenti rigward livell għoli ta’ ħsejjes li jistgħu jissarfu f’problemi fuq is-saħħa tal-bniedem dawn l-ilmenti jiġu nvestigati skont l-Att dwar is-Saħħa Pubblika.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar meta mistenni jibda x-xogħol fuq l-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d- Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ghamel talba lil Mepa biex il-permess jinqaleb mill-applikant originali ghal fuq il-perit attwali tal-Fundazzjoni ghas-Servizzi Medici.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żvilupp għal dak li jikkonċerna l-ftuħ ta’ spi¿erija ġdida f’Burmarrad, liema spiżerija kienet ukoll suġġett ta’ deċiżjoni meħuda mill-Ombudsman?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza ghall-ftuh tal-ispizerija f’Burmarrad, hemm procedura pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Civili ta’ Malta.
Enemalta – għażla ta’ min jagħti servizz legali għat-trasferiment ta’ assi u ta’ djun
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proċeduri ġew adottati għal dak li jirrigwarda l-għażla ta’ min għandu jagħti servizzi legali fuq trasferiment ta’ assi u ta’ djun tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk dan ix-xogħol/servizz ingħatax permezz ta’ direct order? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk wara kienx hemm letter of engagement għal xogħol addizzjonali, ma’ dak mogħti oriġinarjament? Jista' jagħti tagħrif dwar l-istess letter of engagement, u jgħid ukoll taħt liema kundizzjonijiet inħarġet l-istess ittra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport tal-Awditur Ġenerali li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – servizzi fl-Isptar Ġenerali u Bereġ mgħoddija lill-privat
Question
Issa li l-Isptar Ġenerali t’Għawdex se jgħaddi f’idejn il-privat,jista’ l-Ministu jgħid jekk is-servizz tal-klinika tar-Rabat, Għawdex, u l-bereġ fl-irħula hux se jgħaddu wkoll f’idejn il-privat? Jekk iva, x’servizz se jingħata? Jekk le, min se joperahom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Isptar Generali ta' Ghawdex mhux ser ikun privatizat izda ser ikun parti mill-Private Public Partnership bejn il-Gvern u l-preferred bidder privat.