Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar li għandhom:
a) pannelli fotovoltajiċi; u
b) solar water heaters?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 5936 (ħamest elef, disa' mija, sitta u tletin) familja li stallaw pannelli fotovoltajiċi, filwaqt li 7925 (sebat elef, disa' mija, ħamsa u għoxrin) familja stallaw is-solar water heaters.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux skemi ta' għajnuna għal min jistalla insulators jew double glazing fid-djar u jekk fl-affermattiv, x'inhu take up ta' kull skema separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-13 ta' Mejju 2013, ġiet imnieda skema ta' għajnuna għal roof insulation u double glazing. In-numru ta' familji li ngħataw grant kien ta' 131 (mija, wieħed u tletin) u 68 (tmienja u sittin) rispettivament.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jħid kemm ingħata x-xogħol ta' konsulenzi mill-2004 sal-1 ta' Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu jew dipartiment, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 1562.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed tistenna li jinqaleb il-meter tad-dawl u l-ilma peress li ilha li applikat snin u għadha bla risposta?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna applikat għall-aħħar skema tal-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi ta’ għajnuna finanzjarja għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi fuq residenzi? Kemm minn dawk li applikaw ġiet aċċettata l-applikazzjoni tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi rċeviet 5304 (ħamest elef tlett mija u erbgħa) applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja għall-installazjoni ta' pannelli fotovoltajiċi fuq residenzi. Minn dawn s'issa ġew aċċettati 4975 (erbat elef disa' mija ħamsa u sebgħin) applikazzjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4291, jista’ l-Ministru jara li jkun hemm koordinament bejn l-Korporazzjoni Enemalta u Transport Malta peress li filwaqt li l-Enemalta qed jgħidu li l-
bypass
taqa’ taħt Transport Malta, l-istess Transport Malta qed tgħid bil-kontra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bypass ta' San Pawl, minn Burmarrad sax-Xemxija, magħruf bħala Dawret San Pawl, taqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta. Din filfatt tidher fuq il-mappa ta' Transport Malta bħala Project 3 (CF).
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li jidher li hemm xi problema fuq main tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-individwu mill-WSC fejn ingħata parir x'għandu jagħmel.
Jista’ l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tingħata s-servizz tad-dawl peress li ilha 35 sena mingħajr dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta m'ghandha l-ebda applikazzjoni pendenti fuq l-indirizz imsemmi. Filfatt ufficjali tal-Korporazzjoni ghamlu kuntatt mal-klijent u nfurmawh li jrid jissottometti applikazzjoni sabiex ikun jista' jinghata s-servizz mehtieg.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha ma ħaditx is-sussidju fuq il-kont tad-dawl?
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attendejt personalment għat-3 laqgħat li saru mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il residenza u kemm-il azjenda kummerċjali kellhom is-servizz tal-elettriku sospiż jew maqtugħ mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saru 176 (mija sitta u sebgħin) sospensjoni tas-servizz tal-elettriku residenzjali u 179 (mija disgħa u sebgħin) sospensjoni tas-servizz tal-elettriku kummerċjali. Dan l-atteġjament huwa differenti minn dak tal-amministrazzjoni ta' qabel li waqfet is-sospensjonijiet f'Dicembru tas-sena l-ohra.
Din l-amministrazzjoni sabet kwazi €160 miljun f'kontijiet mhux imħallsa u qed tieħu il-passi kollha biex dawn il-flus jinġabru. Dan il-Gvern qed jagħti ċans lil klijenti tal-ARMS jidħlu fi ftehim konvenjenti għalihom biex iħallsu l-ammonti dovuti. Madanakollu jkun hemm xi każi fejn dan il-ftehim ma jkunx rispettat u wara diversi tentattivi biex isir xi forma ta' ħlas, l-ARMS ma jkollhiex triq oħra ħlief li taqta' s-servizz bħala deterrent.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm reviżjoni fil-budget approvat għall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? F’każ li kien hemm tnaqqis, jista’ jgħid f’liema cost centres kien hemm dan it-tnaqqis u b’kemm kien dan it-tnaqqis? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni għal dan it-tnaqqis?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret reviżjoni min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi u kien allokat l-ammont ta' €10,500,000 (għaxar miljuni u nofs Ewro). Dan l-ammont jingħata permezz ta' subvention u mhux cost centre.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm reviżjoni fil-budget approvat għall-Korporazzjoni Enemalta? F’każ li kien hemm tnaqqis, jista’ jgħid f’liema cost centres kien hemm dan it-tnaqqis u b’kemm kien dan it-tnaqqis? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan it-tnaqqis?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-budget approvat għall-Korporazzjoni Enemalta ma kienx hemm reviżjoni.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li m’għadhiex tirċevihom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista’ l-Ministru jgħid kif baqa’ l-każ tal-individwi li dettalji tiegħu qed jintbagħtu sepratament li kien ressaq ilment l-ARMS rigward kont eċċessiv li rċieva f’Marzu 2013 peress li l-ARMS ikkonfermat li kien hemm żball però xorta baqa’ ma sar xej?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sar meter test mhux biss tal-individwu iżda tal-area kollha. Infurmat ukoll li l-prassi hija li ma jinħariġx kont mill-ewwel iżda wara żewg actual readings biex tiġi kkalkulata l-average consumption.