Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-ispejjeż li huma klassifikati bħala professional fees fil-Malta Gaming Authority għas-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull spiża jgħid:
a. min irċieva l-pagament;
b. x’kienu s-servizzi professjonali;
c. min approva l-ispiża; u
d. l-pagament kienx qed isir wara li min tħallas kien rebaħ
tender
jew intgħażilx b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B’referenza għall-Financial Statements tal-Malta Gaming Authority għas-sena 2014 li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 276, jista’ l-Ministru jispjega x’inhi r-raġuni għaliex inħass il-bżonn li titniżżel is-somma ta’ €3,300,000 bħala Provision for Claims kif indikat f’nota 8 tal-istess Financial Statements?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Gaming Authority għamlet provi¿joni ta’ €3.3 miljun fil-Financial Statements għas-sena 2014 bi qbil ma' l-awdituri tagħha Ernst & Young. Dan sabiex l-Awtorita' tapplika il-prinċipju tal-prudenza fil-kontijiet tagħha li għandu jiġi applikat f'ċirkostanzi simili skond International Accounting Standard 37 (IAS37).
Il-'Provision for claims' saret fir-rigward ta' 'claims' minn individwi li qed jinsistu li baqgħu ma tħallsux ammonti dovuti lilhom mill-operaturi licenżjati mill-Awtorita' u qegħdin iżommu lill-Awtorita' responsabbli għal dan in-nuqqas. L-Awtorita' talbet parir legali fuq dawn il-każijiet.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – għoti ta’ kuntratt
Question
Għal kull entità u/jew Dipartiment u/jew Aġenzija li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’kull sena għas-snin 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015, kemm kien hemm każijiet fejn persuna/kumpanija appellat minn xi deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise għandhiex mekkaniżmu ta’ moniteraġġ li jkejjel b’mod kostanti l-performance tal-esportazzjoni tal-azjendi ewlenin li jesportaw f’pajjiżna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Research & Policy Review Unit (RPRU) ta’ Malta Enterprise tosserva u tanalizza b’mod regolari l-esportazzjoni ndustrijali ta’ Malta. Dan isir fuq livelli diversi: totali, settorjali kif ukoll fuq bażi ta’ azjendi ndividwali skont il-ħtieġa. L-RPRU tosserva u tanalizza ukoll varjabbli oħra li jindikaw l-istat ta’ saħħa tal-industrija ta’ Malta fuq il-livelli kollha msemmija, inkluż il-produzzjoni u l-impjiegi.
Dawn il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ huma nkwadrati fl-isfond ta’ osservazzjoni u analiżi tal-ekonomija dinjija u l-ekonomija nazzjonali ta’ dawk il-pajjiżi lejn fejn Malta tesporta u minn fejn joriġina l-investiment dirett barrani f’Malta. L-RPRU tosserva u tanalizza ukoll il-performance ta’ dawk il-gruppi nternazzjonali li għandhom investimenti diretti f’Malta, b’attenzjoni partikolari fuq strateġiji ta’ mergers and acquisitions.
L-RPRU tiffoka wkoll fuq issues li jiddeterminaw il-kompetittivita’ tal-esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi ndustrijali, inkluż per eżempju, fatturi loġistiċi. Ta’ min jinnota li sal-aħħar ta’ Marzu 2013 kien hemm biss persuna waħda responsabbli għar-ricerka fil-Malta Enterprise, u dan fuq bażi sporadika. Illum hemm sitt persuni full time u persuna part-time li jażdmu fuq riċerka, u dan skont programm ta’ xogħol ċar u sistematiku.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żidiet jew tnaqqis fin-numru ta’ containers li għaddew minn Malta bejn l-2014 u l-2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta Freeport Corporation Ltd tikkonferma li bejn l-2014 u l-2015 kien hemm żieda fin-numru ta' containers li għaddew minn Malta.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi żgħar – persuni li kkontestaw l-elezzjoni ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu kienx hemm persuni appuntati mill-gvern preċedenti li kkontestaw l-elezzjonijiet ġenerali? Kemm kien hemm u ma’ liema partit ikkontestaw fl-elezzjoni ġenerali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kumpaniji li kellu sehem fihom il-gvern – azzjonisti f’isem il-gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-azzjonisti f’isem il-gvern fil-kumpaniji li kellu sehem fihom bejn Marzu 2008 u Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-azzjonisti f'isem il-Gvern fil-perjodu bejn Marzu 2008 u Marzu 2013 kienu l-Malta Government Investments u l Malta Investments Management Company Limited.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-pakkett finanzjarju tal-persuna li ismu qed jingħata b’mod separat fiż-żmien meta kien imexxi l-Malta Enterprise? Jista’ jgħid x’kien il-perjodu li matulu dam imexxi l-Malta Enterprise?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi l-persuna li ismu qed jingħata b’mod separat kien inħatar Chairman Ezekuttiv tal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks fl-1 ta' Frar 2009 u baqa f'din il-kariga sal-11 ta' Mejju 2012. Matul dan il-perjodu, il-kundizzjonijiet tal-kuntratt tiegħu kienu s-segwenti:
Salajru ta` € 70,000 fis-sena
Spejjeż tal-mobile u linja fissa
Spejjeż ta' internet
Użu ta karozza uffiċjali
Hospitality expenses relatati max-xogħol
International Health Insurance
Dawn il-kundizzjoniet ma nbiddlux tul il-perjodu li l-individwu msemmi kien fil-kariga ta' Chairman Ezekuttiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażel il-persuna li ismu qed jingħata b’mod separat biex imexxi l-Malta Enterprise, jekk hux wara sejħa pubblika jew inkella jekk hux b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill- Onor Interpellant li l-persuna li isima qed jingħata b’mod separat kien maħtur Chairman Eżekuttiv tal-Malta Enterprise u l-MIP fl-1 ta' Frar 2009 b'ittra indirizzata lilu mingħand Permanent Secretary fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Ma nstabu l-ebda dokumenti li juru li dan il-persuna ġie maħtur wara sejħa pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-perjodu li fih il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat dam imexxi l-Malta Enterprise, kienx hemm persuni li ntgħażlu direttament mill-gvern jew minnu stess biex jokkupaw karigi għolja fi ħdan l-istess entità?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat kien Chairman Eżekuttiv tal-Malta Enterprise ntagħżlet direttament persuna oħra li kienet tokkupa il-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-Operazzjonijiet (COO) minn Marzu 2010 sa April 2012.
Kien hemm sejħa pubblika għal Kap Eżekuttiv tal-Operazzjonijiet iżda hadd minn dawk li applikaw ma ntagħzel. Ma nstabet l-ebda evidenza li din il-persuna applikat għal din il-kariga.
F’Mejju ta' 2012 ġiet promossa għal-kariga Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni li baqgħet tokkupa sa Lulju 2013.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitkompla x-xogħol fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija peress li ħafna mit-toroq f’din iż-żona industrijali jinsabu fi stat ħażin ħafna, l-aktar wara li saru t-trinek fihom? Meta hu mistenni li dawn it-toroq fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija jsiru bit-tarmak u jitkompla x-xogħol ta’ tisbiħ f’din iż-żona?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol imsemmi fit-toroq fiż-żona Industrijali tax-Xewkija huwa mistenni li jsir bejn Mejju u Lulju 2016
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persons of trust impjegati mal-MIMCOL bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jekk iva, min kienu u x’kien il-pakkett sħiħ ta’ rimunerazzjoni li kienu jirċievu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-leġiżlatura li għaddiet, is-CEO u ċ-Chairman tal-MIMCOL kenux magħżula wara sejħa pubblika jew jekk hux b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-leġislatura li għaddiet iċ-Chairman kien appuntat mill-Ministru tal-Finanzi. Rigward ic-CEO ma kienx hemm sejħa pubblika jew interna iżda ġie appuntat miċ-Chairman tal-Bord.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persons of trust impjegati mal-Freeport bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jekk iva, min kienu u x’kien il-pakkett sħiħ ta’ rimunerazzjoni li kienu jirċievu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk meta kienu appuntati ċ-Chairman tal-Korporazzjoni Freeport mill-amministrazzjoni preċedenti, kenux magħżula wara sejħa pubblika jew jekk hux b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-amministrazzjoni preċedenti c-Chairmen tal-Korporazzjoni tal-Freeport kienu ġew magħzula b' mod dirett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persons of trust impjegati mal-Awtorità Maltija għal-Logħob (MGA) bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jekk iva, min kienu u x’kien il-pakkett sħiħ ta’ rimunerazzjoni li kienu jirċievu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill- Onor Interpellant li mill-informazzjoni disponnibbli fl-Awtorita, jirrizulta li bejn Marzu 2008 u Marzu 2013 kien hemm ¿ewġ persuni impjegati bħala Persons of Trust:
CEO li kellu Salarju Annwali ta’ €82,265, Allowance għal-Kwalifici ta’ €466 fis-sena, Allowance għal-Karrozza ta’ €2,546 fis-sena u Performance Bonus ta’ €10,849 fis-sena. Total Annwali ta’ €96,126. Barra minn hekk huwa kien jibbenifika minn mowbajl u linja mħallsa mill-Awtorita.
Personal u Executive Assistant li kellha salarju annwali ta’ €29,884 u Performance Bonus ta’ mhux aktar minn €2,988, għal total annwali ta €32,872. Barra minn hekk hija kienet ukoll tibbenefika minn ħlas tas-servizz tal-internet tad-dar
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-leġiżlatura li għaddiet, is-CEO u ċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għal Logħob (MGA) kenux magħżula wara sejħa pubblika jew b’mod dirett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persons of trust impjegati mal-Malta Enterprise bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jekk iva min kienu u x’kien il-pakkett sħiħ ta’ rimunerazzjoni li kienu jirċievu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persons of trust impjegati mal-Malta Enterprise bejn Marzu 2008 u Marzu 2013.