Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27865 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Traffic Impact Assesment

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 27802?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ser inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-Traffic Impact Statement mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #27866 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li uffiċjal għoli fid-dipartiment tad-drenaġġ - partikolaritajiet qed jintbagħtu separtament - qiegħed jiġi investigat mill-pulizija fuq allegat każ ta' korruzzjoni b'konnessjoni ma' xogħol li sar f'San Pawl il-Baħar? Jekk fl-affermattiv, f'liema stadju waslet din l-investigazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija u għaldaqstant m'huwiex opportun li jsiru kummenti f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #27872 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Ambjent

Vulkan Etna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-attivita' tal-Vulkan Etna tistax tkun ta' perikolu għal Malta? Jekk inhu hekk, x'miżuri qed jittieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minħabba l-attivita' tal-Vulkan Etna mhux eskluż li Malta tintlaqat minn sħab u anki depożizzjoni ta' trab fin. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed iżomm sorveljanza kontinwa tas-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #27938 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta Rehabilitation Project

Question

Jista' l-Ministru jgħati breakdown tal-Lm 4 miljuni li ntefqu mill-Valletta Rehabilitation Project mill-1987 'il hawn sena b'sena u proġett b'proġett? Kemm kienu mpjegati nies tul is-snin? Din il-figura tinkludi l-pagi ta' dawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar.
Leg 9 PQ #27808 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Restoration Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'relazzjoni teżisti bejn ir-Restoration Unit tal-Ministru u ċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Ambjent għandu membru jirrappreżentah fuq il-Board of Governors taċ-Ċentru tar-Restawr, liema membru hu mit-Taqsima tar-Restawr. Barra minn dan, it-Taqsima tar-Restawr u ċ-Ċentru tar-Restawr ta' Bighi qegħdin jikkolaboraw ma' xulxin fuq diversi proġetti ta' restawr.
Leg 9 PQ #27831 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għall-Ambjent

Bnadar

Question

Jista' l-Ministru jgħid mingħand min inkrew l-antarjoli tal-Floriana, Triq ir-Repubblika, Valletta u bnadi oħra, biex magħhom ġew imtellgħin il-bandieri ta' Malta u tar-Repubblika taċ-Ċina u kemm kienet l'ispiża?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għaż-żjara tal-President tar-Repubblika taċ-Ċina f'Malta ġew imwaħħla 103 arbli f'roundabouts f'Ħal Luqa, Marsa, Blata l-Bajda u Żebbuġ u fi Triq ir-Repubblika Valletta. Dawn l-arbli huma propjeta' tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent u twaħħlu min-nies tad-Dipartiment stess. Barra minn dawn inkrew 14-il arblu mill-Għaqda ta' l-Armar tal-Birgu, li twaħħlu ħdejn il-monument tal-Gwerra fil-Furjana. Dawn inkrew għas-somma ta' Lm84.
Leg 9 PQ #27776 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra f'liema posizzjoni jinsab x-xogħol ta' drenaġġ proġettat ġewwa Triq il-Farfett tal-Fejġel, Zabbar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' estensjoni tad-drenaġġ fi Triq il-Farfett tal-Fejġel ser jibda fi żmien qasir. Ir-rapport tekniku biex jintgħażel il-kuntrattur għal dan ix-xogħol, qed isir.
Leg 9 PQ #27782 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jsir ix-xogħol biex jitwassal is-servizz tad-drenaġġ fi Triq Gregorio Mifsud ġewwa l-Qrendi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-estensjoni tad-drenaġġ se jibda fi żmien qasir. Il-permessi meħtieġa, bħalissa qed jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #27796 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Storm Water Culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tul ta' storm water culverts u saru fejn matul dawn l-aħħar tnax-il xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-iStorm Water Systems (culverts) li saru matul dawn l-aħħar tnax-il xahar huwa kif jidher hawn taħt: Xogħol Inbeda Lokalita' Tul Awissu 2000 Erba' Mwieżeb, l/o St. Paul's Bay 64 metru Qormi Road, Qormi 297 metru Settembru 2000 B'Kara Road, St. Julians 93 metru Frar 2001 Triq il-Qasam, Swieqi 232 metru Lulju 2001 Valletta Road, Qormi 14 metru B'Kara Road, San Ġwann Xogħol għaddej (227 metru)
Leg 9 PQ #27802 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Traffic Impact Statement

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-Traffic Impact Statement li sar għal proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #27806 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Monitoring

Question

Jista' l-Ministru jgħix x'xogħol sar matul din is-sena dwar monitoring tal-kwalita' ta' l-arja f'pajjiżna? Fejn sar dan il-monitoring? X'irriżulta mill-istħarriġ li sar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul din is-sena (2001) id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent kompla bil-programm ta' monitoraġġ ta' l-arja fi bliet u rħula tal-gżejjer Maltin permezz ta' Mobile Station u permezz ta' diffusion tubes. S'issa, l-Mobile Station ittieħed f'dawn il-lokalitajiet: San Ġwann Floriana B'Buġia Sliema F'dawn il-lokalitajiet il-livelli ta' sulphur dioxide, nitrogen dioxide, carbon monoxide u ozone kienu f'livell aċċettabbli (Standards Ewropej). Ir-riżultati jinsabu ppubblikati fuq il-website tad-dipartiment (www.environment.gov.mt). Ir-riżultati miksuba mid-diffusion tubes għadhom qed jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #27764 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Southern Concrete

Question

Jista' l-Ministru jara li dik il-latrina li hemm barra l-Park Nazzjonali f'Ta' Qali fin-naħa ta' l-impjant ta' Southern Concrete u li tinsab fi stat strutturali perikoluz titranġa jew titneħħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat jinvestiga dan l-ilment.
Leg 9 PQ #27765 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati kollha u l-grad tagħhom li hemm fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-impjegati tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet li hemm fil-Park Nazzjonali f'Ta' Qali huma kif jidher hawn taħt: ISEM GRAD Stephen Farrugia Labourer George Schembri Labourer Raymond Agius General Hand Carmelo Azzopardi General Hand Joseph Azzopardi General Hand Joseph Busuttil General Hand Paul Calleja General Hand Joseph Camilleri General Hand Carmel Farrugia General Hand George Farrugia General Hand Emanuel Fenech General Hand Angelo Gauci General Hand Carmelo Gauci General Hand Raymond Gauci General Hand Oscar Gouder General Hand Carmel Grixti General Hand Emanuel Mallia General Hand Peter Mercieca General Hand Carmelo Mizzi General Hand Victor Refalo General Hand Salvino Sciberras General Hand George Vella General Hand Jane Vella General Hand Tarcizio Zahra General Hand Joseph Calleja Health Att. (Pub. Clean.) Albert Camilleri Health Att. (Pub. Clean.) Michael Cilia Health Att. (Pub. Clean.) Grazio Farrugia Health Att. (Pub. Clean.) Sebastian Giordimaina Health Att. (Pub. Clean.) Anthony Mangani Health Att. (Pub. Clean.) Carmel Sant Health Att. (Pub. Clean.) Carmel Sarcia Health Att. (Pub. Clean.) Anthony Scriha Health Att. (Pub. Clean.) Joseph Spiteri Health Att. (Pub. Clean.) Dominic Vassallo Health Att. (Pub. Clean.) Bridget Cini Casual Data Entry Operator Philip Muscat Ass. Tech. Officer Joseph Camilleri Technical Officer Mario Cilia Senior Tradesman
Leg 9 PQ #27644 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Siġar tal-Prinjol

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu sabiex ikun magħruf x'ikkawża it-tkissir u l-qerda ta' siġar tal-Prinjol li hemm f'Valletta Road, Rabat, fejn qed isiru xogħlijiet estensivi fuq xi trinek?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #27646 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Kennedy Groove

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-fawrar tad-Drenaġġ f'Kennedy Groove? Kemm kienet l-ispiża involuta għat-tiswijiet? X'passi se jieħu d-Dipartiment sabiex barra li jsemmi l-ħsara temporanja jara li din tiġi indirizzata għal-long term?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-fawran tad-drenaġġ f'Kennedy Grove kien minħabba t-tiswijiet li kienu qegħdin isiru f'tax-Xama f'San Pawl il-Baħar u mhux minħabba xi ħsara f'Kennedy Grove.
Leg 9 PQ #27675 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Miżbla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex ma tkomplix tikber il-miżbla li tinsab qrib l-Impjant tar-Riċiklaġġ ġewwa M'Scala?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qed jitħejja pjan biex dan id-depożitu ta' skart jitneħħa u l-wied jiġi riabilitat.
Leg 9 PQ #27684 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Tas-Sliema — Embellishment

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 27247, jista' l-Ministru jgħid kemm hu ikkalkulat li hu l-valur tax-xogħol li ġie allokat lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi għall-proġett ta' tisbiħ f'Tas-Sliema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27486 (Seduta 583).
Leg 9 PQ #27687 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xatt tax-Xgħajra

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għad-domandi parlamentari ta' qabel jinforma lill-Kamra xogħol qiegħed jsir ġewwa x-xatt tax-Xgħajra u kemm dan huwa stmat li ser jiswa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hu propost li jsir xogħol ta' tisbiħ fix-Xatt tax-Xgħajra bħala parti mill-proġett ta' tisbiħ f'areas turistiċi. S'issa sar is-survey tal-post u fi ftit taż-żmien ieħor jinbeda x-xogħol ta' disinn u preparazzjoni ta' pjanti.
Leg 9 PQ #27688 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Proximus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Proximus mhix tagħmel xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat ma' dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #27597 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

VRP

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-VRP (KRBF) kemm nefqet flus sena b'sena mit-twaqqif tagħha, u x'applikazzjonijiet hemm approvati u pendenti quddiem l-Awtorita' tal-Ippjanar dwar xogħlijiet fil-ġonna ta' i) Barakka ta' Fuq 2) Barakka t'Isfel 3) Hastings 4) l-Argotti 5) Il-Moll

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.