Affarijiet Rurali u Ambjent — Ħaddiema li għalqu l-61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'xi entita' li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu li għalqu l-61 sena? Minn liema entita' ġejjin? Kemm għandhom eta'? Għal kemm żmien ingħataw extension u għal liema raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) persuna waħda għalqet il-61 sena fl-1 ta' Marzu 2007 u ingħatat estensjoni ta' 6 xhur biex ma’ jkunx imfixkel il-ħruġ ta’ permessi sakemm issir il-handover.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' impact assessments saru fuq l-area fejn qed tiġi żviluppata binja li minn dak li qed jintqal se takkomoda madwar 400 housing unit, fi Triq Ħal Tarxien f'Ħal Luqa? Jekk saru dawn l-impact assessments f'liema oqsma saru? Jekk saru, jista' jqiegħedhom fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li żvilupp fit-triq imsemmija faċċata fuq Triq Tarxien, Triq Mikelanġ Sapiano u Triq Patri Indri Schembri hu kopert b'permess għal żvilupp ta' 150 residenza, 201 garaxxijiet u 29 spazju għall-parkeġġ. Sar studju dwar l-impatt tat-traffiku fiż-żona liema dokument huwa diġà aċċessibbli pubblikament mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-siġar taż-żebbuġ li jinsabu f'Wied Dalam, Has-Saptan, Haz-Zabbar, Fgura u Mġarr Malta huma totalment abbandunati? Jista' jgħid meta se jitnaddaf madwarhom qabel jinħarqu u jmutu għax ikun aħjar nieħdu ħsieb dawn is-siġar li jrid snin twal biex jimmaturaw, qabel ma nikkonċentraw biex inħawlu oħrajn ġodda? Id-dipartiment x'inhu jagħmel biex jaħseb għal ilqugħ aħjar ta' l-ilma tax-xita sabiex inkunu nistgħu insaqqu dawn is-siġar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li twaqqaf kumitat sabiex janalizza applikazzjonijiet li saru għal sejħa pubblika sabiex l-immaniġġar ta’ dawn l-imsaġar jgħaddi f’idejn il-privat ħalli jisfrutta aħjar il-potenzjal li għandhom dawn l-imsaġar taż-żebbuġ.
Ir-risponsabbiltà ta’ ilqugħ ta’ ilma taqa’ taħt Ministeru ieħor. Meta l-immaniġġar ta’ l-imsaġar jgħaddi f’idejn il-privat dan jista’ jinvesti fil-ħażna ta’ l-ilma għat-tisqija.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sussidji li tħallsu lill-bdiewa, raħħala u sajjieda separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sussidji li tħallsu lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2007 huma hekk:
Sussidju
Ammont
(Lm)
Pig Meat
481,979.22
Poultry
123,513.67
Eggs
318,169.54
Poultry Gozo
34,352.12
Eggs Gozo
28,154.98
Fruit & Vegetables (Pitkali)
582,561.23
Milk
333,621.15
Tomatoes (EU and SMPPMA)
675,593.17
Technical Assistance
54,724.20
Ad Hoc
56,252.26
Aid For Deprived (incl. Lm 6,205.03 transport costs)
56,727.03
Rubble Walls
153,311.56
Less Favoured Areas (LFA)
904,265.29
Potatoes
59,342.06
Arable
53,080.79
Viticulture (EU and SMPPMA)
489,391.58
Dairy Premium and Additional Payment
250,793.04
Livestock Payments
145,326.22
TOTAL
Lm4,801,159.11
Din iċ-ċifra ma tinkludix xi għajnuniet finanzjarji li tħallsu lis-sajjieda u lill-bdiewa taħt skemi ta’ għajnuna.
Jista' l-Ministru jinfurmani meta se jibda jopera l-Inċineratur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-inċineratur ser jibda jopera iktar tard din is-sena hekk kif il-permessi ta’ l-operat ikunu kollha pproċessati u maħruġin mill-awtoritajiet konċernati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26895 u jgħid meta se ssir it-tiswija meħtieġa tal-binja magħrufa bħala "Il-Kamra tas-Sajjieda" fl-Għadira fil-Mellieħa għax se tkompli ssirilha ħsara kbira u b'periklu li taqa'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tiswija meħtieġ fuq “Il-Kamra tas-Sajjieda” fl-Għadira fil-Mellieħa ser jibda dalwaqt mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsiijiet parlamentari 26387 u 26490 u 26688 cioe' : Għandi rapporti li fi Triq is-Siegħ, l-Ibraġġ hemm għalqa li tinfed għal Triq il-Miżieb li qed tintuża bħala rubbish dump u li minkejja li skond il-mapep tal-MEPA hija pproġettata li trid issir Triq il-Wejba, għandha bini fuq art li n-nies ingħataw x'tifhem li hi art tal-gvern. Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hiex se ssir din it-triq kif indikat fil-website tal-MEPA? U jekk iva, jista' jikkonferma wkoll jekk xi bini mbarrat li hemm fl-inħawi ħdejn Triq il-Miżieb li jinfed għal Triq is-Siegħ inbeniex bil-permessi meħtieġa?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26379, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' pent house hux kopert bil-permess imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija msemmija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-penthouse li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru hija koperta bil-permess PA 5884/05.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskema li għandha l-MEPA magħrufa bħala Timber Replacement Scheme, ma tapplikax għal raħal antik bħal Hal Qormi u meta l-istess MEPA tidentifika ħafna mill-area f'dan ir-raħal bħala urban conservation area? X'inhi r-raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Sal-lum l-iskema kienet limitata għall-Belt Valletta, għall-Floriana u għall-ibliet tal-Kottonera għal raġunijiet ta’ limitazzjonijiet ta’ fondi.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-kontribuzzjonijiet ( u l-kontributuri) li saru s'issa biex jitħawlu mill-ġdid siġar li ġew vandalizzati ħdejn it-Torri l-Aħmar tal-Għadira, Mellieħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din hija l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant:
Actavis
1,000
Atlas Insurance
1,500
Dingli & Dingli
500
Gasan Group Limited
2,500
HSBC
7,000
Italian Ambassador
150
Lighthouse Communications
500
Local Councils Associations
210
Louis Deguara MP
250
Malta Enterprise
200
Maltacom
3,000
Mater Boni Consiglii - Paola
300
Melita Cable Plc
2,500
Mellieha Local Council
1,500
Methode Electronics
154.05
MFIN
3,000
Middle Sea Insurance
2,000
Edible Oil
1,000
Playmobil
100
PN
1,500
PN Mellieha
2,000
Public to HSBC/BOV Fund
2,188
Donazzjonijiet mill-pubbliku permezz ta’ SMSs*
147
Strickland Foundation
600
Tumas Group
5,000
Uniblue Systems
1,000
Vodafone Foundation
3,000
Wasteserv
500
Lm
43,299
Ingħataw ukoll dawn is-siġar:
ELC
500
Italian Government
1,000
Gaia Foundation
350
1,850
* Donazzjonijiet ta’ inqas minn Lm50 minn entitajiet ġew magħduda ma’ donazzjonijiet mill-pubbliku.
Hemm Lm2,000 minn dan l-ammont li ġew imwegħda (pledged) iżda għadhom ma daħlux fil-kont. L-istess jista’ jingħad għas-siġar li ġew imwegħda iżda għadhom ma waslux.
Affarijiet Rurali u Ambjent — Salajri u Benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra tac-chief executive officer ta' kull awtorita', fondazzjoni, korporazzjoni, kummissjoni, aġenzija, istitut u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jkun għoli l-ilqugħ proviżorju waqt li jkun qed issir xogħol f'postijiet minn fejn wieħed jista' jaqa' minn għoli ta' aktar minn 2 metri? Din il-mistoqsija qed issir b'referenza għal bjut, travi, slielem, bini għoli, baċiri, bridges, eċċ waqt li jkun qed isir ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema ħlejjaq ta' l-art huma fil-periklu li jinqerdu (extinction) mill-gżejjer Maltin? X'qed jagħmel il-Ministru biex jilqa' għal dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm diversi speċi ta' l-art li huma rari jew mhedda, u li l-għixien tagħhom huwa rregolat biex ma jkunux fil-periklu li jinqerdu. Għaldaqstant hemm diversi liġijiet li jħarsu dawn il-ħlejjaq. L-aħħar liġijiet kbar inħarġu fl-2003 u l-2006 permezz tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, l-Fawna u l-Ambjenti Naturali. Dawn fihom lista ta’ pjanti u annimali mhedda fil-Gżejjer Maltin, u li għalhekk huma mħarsa.
Tagħrif dwar dawn l-ispeċi jinsab ukoll fir-
Red Data Book of the Maltese Islands
, (ippubblikat fl-1989 u li bħalissa qiegħed ikun rivedut b'tagħrif aktar reċenti) u fis-sit elettroniku ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha tkun għolja l-opramorta fuq galleriji, bjut, u postijiet oħra minn fejn wieħed jista' jaqa' għoli ta' aktar minn żewġ metri? Jista' jikkonferma jekk l-opramorta tridx tkun waħda permanenti?
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament kif ukoll jara li jingħata kumpens xieraq lis-sajjied in kwestjoni? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
It-Taqsima għall-Affarijiet Veterinarji, l-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd qatt ma ħarġet kumpensi lil sajjieda għal ħsarat li huma jkunu ġarrbu minn terzi persuni.
F’kull każ li jiġi rrapurtat lil din it-Taqsima, din tfittex il-parti li tkun ikkawżat id-dannu u titlobha biex tersaq għal soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet. Hekk ukoll għamlet fil-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Madankollu, ir-responsabbilità ta’ kif ser jimxi l-proċess u jekk hux ser tkompli tieħu azzjonijiet skond id-drittijiet li tagħtiha l-liġi huma f’idejn il-parti li tkun sofriet id-danni.
Bl-ebda mod ma tista’ t-Taqsima għall-Affarijiet Veterinarji, l-Konservazzjoni u l-Kontroll tas-Sajd tieħu l-post tal-mekkaniżmu legali u ġudizzjarju jew ta’ xi soċjetà assiguratriċi.
Jista' l-Ministru jgħid mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu, kemm hemm minnhom li jokkupaw kariga fil-PN, fil-kumitati tal-PN jew jaħdmu ma' xi kumpanija tal-PN? Għandhom permess li jagħmlu dan mill-Kap tas-Servizz Ċivili? Dawn ma jistax ikollhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskemi fis-seħħ biex jinkoraġixxu lill-pubbliku jagħmel użu minn enerġija alternattiva jew biex inaqqas mill-elettriku? Meta kienet introdotta kull skema u x'inhu l-ammont ta' sussidju li jingħata għar-rigward ta' kull skema? Kemm saru applikazzjonijiet fir-rigward ta' kull skema u x'kienu l-ammonti mħallsa għal kull skema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-kontribuzzjonijiet ( u l-kontributuri) li saru s'issa biex jitħawlu mill-ġdid siġar li ġew vandalizzati ħdejn it-Torri l-Aħmar tal-Għadira, Mellieħa?
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tiswija meħtieġa tal-binja magħrufa bħala "Il-Kamra tas-Sajjieda" fl-Għadira fil-Mellieħa għax se tkompli ssirilha ħsara kbira u b'periklu li taqa'?