Response (VELLA, GEORGE)
Mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura sal-lum, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħa diversi inizjattivi fil-qasam tad-diplomazija kummerċjali. Dawn kienu jinkludu l-inizjattivi li ġejjin:
- F’nofs l-2013, ġie mwaqqaf il-Joint Stakeholders Working Council (JSWC) li jlaqqa’ flimkien entitajiet Maltin involuti fil-kummerċ u n-negozju. Dawn huma l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, il-Ministeru għat-Turiżmu, il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi Żgħar, il-Ministeru għall-Finanzi, il-Malta Enterprise, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta, it-Trade Malta, Finance Malta, il-GRTU u l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Għawdex. Il-JSWC jikkordina l-isforzi tal-membri fi ħdanu biex jippruvaw isaħħu l-esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi lokali, kif ukoll iżidu l-investiment dirett barrani. Dan il-Kunsill jiltaqa’ darba fix-xahar.
- Saret enfażi kbira biex l-Ambaxxati, il-Konsolati Maltin kif ukoll il-Konsli Onorarji ta’ Malta madwar id-dinja jieħdu iktar inizjattivi ta’ natura kummerċjali.
- Matul l-2014, diplomatiċi Maltin ngħataw taħriġ dwar kif jistgħu jippromwovu lil Malta fil-qasam kummerċjali lil hinn minn xtutna.
- Ambaxxaturi ġodda jiltaqgħu mal-entitajiet responsabbli mill-kummerċ biex isiru jafu aktar dwar il-potenzzjal kummerċjali ta’ Malta
- It-Taqsima tad-Diplomazija Kummerċjali bdiet tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsilli tal-Kummerċ fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta, bħal laqgħat tas-Sotto-Kumitat tal-Ġappun. Dawn il-laqgħat isiru b’mod regolari fl-istess Kamra tal-Kummerċ.
- L-istess Taqsima, flimkien mal-Ambaxxati Maltin f’bosta pajjiżi madwar id-dinja, għenet ukoll fl-organizzazzjoni ta’ diversi inizjattivi ta’ promozzjoni kummerċjali f’pajjiżi bħall-Polonja, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, il-Kuwajt, l-Oman, l-Ingilterra u oħrajn.
- Sa mill-bidu tal-2014, il-Ministeru kellu rwol fundamentali fin-negozjati u l-preparamenti li wasslu biex f’Awwissu 2014 ġie ffirmat Ftehim bejn Malta u t-Turkija għalJoint Economic and Trade Commission (JETCO). Dan sar waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi Żgħar, l-Onorevoli Dott. Chris Cardona. Dan il-Ftehim mistenni jagħti spinta lir-relazzjoni kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi, li huma determinati li jesploraw kif jistgħu jikkoperaw biex isaħħu dan il-qasam.
- It-Taqsima kienet ukoll strumentali matul l-aħħar xhur tal-2014 u l-bidu tal-2015 sabiex ġiet organizzata it-Tieni Sessjoni tal-Kummissjoni Konġunta Ekonomika bejn Malta u l-Għarabja Sawdita f’Marzu 2015, immexxija mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi Żgħar, l-Onorevoli Dott. Chris Cardona, bl-għajnuna tal-Ambaxxatur Malti f’Riyadh u s-sehem ta’ Malta Enterprise. Din is-Sessjoni iddiskutiet diversi oqsma ta’ interess kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi, fosthom l-Investiment, il-kummerċ, l-edukazzjoni, il-protezzjoni tal-wirt kulturali u t-turiżmu .
- It-Taqsima qed taħdem iktar mill-qrib mal-Ambaxxaturi Maltin mhux residenti biex jorganizzaw attivitajiet relatati ma’ kummerċ u negozju. Xi eżempji huma dawn:
a. Għenet fit-tħejjija tal-preparamenti għal żjara ta’ Delegazzjoni Kummerċjali Għolja mill-Oman f’Jannar tal-2015.
b. Għenet fl-organizzazzjoni ta’ Doing Business with Japan Event organizzat f’Novembru 2015 mill-Kamra tal-Kummerċ, bħala parti mill-attivitajiet li orgasnizzati biex ifakkru l-50 anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Ġappun. Dan il-Forum , kien indirizzat kemm mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intraprizi Żgħar.
c. F’Lulju 2015 assistiet lill-Kamra tal-Kummerċ biex torganizza l-Business in the MENA Region Seminar. Għal din l-attivitaà, li kienet indirizzata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, attendew bosta Ambaxxaturi Maltin, fosthom Ambaxxaturi mhux residenti għall-Marokk, l-Oman, l-Ambaxxatur Malti għal-Libja, kif ukoll il-Konsli ta’ Malta f’Dubaj u l-Alġerija rispettivament.
d. F’Lulju 2015 għenet fl-organizzazzjoni ta’ Business Forum organizzat mill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Korea t’Isfel b’kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise, bħala parti mill-attivitajiet li fakkru l-50 anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Korea t’Isfel.
e. Tassisti lill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Isvizzera fil-laqgħat tiegħu mal-President tal-Malta Swiss Chamber of Commerce. Dawn il-laqgħat ilhom isiru b’mod regolari sa minn Marzu 2013.
f. Tat sehem importanti fil-kuntatti sabiex jittella’ programm ta’ prezentazzjonijiet kummerċjali waqt il-Laqgħa Annwali tal-Ambaxxaturi f’Malta u dik Bijennali tal-Konslijiet Onorarji li saru f’Lulju 2015.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin assista u kkordina diversi żjarat ta’ delegazzjonijiet kummerċjali u business seminars barra minn Malta. F’bosta okkażjonijiet, il-Ministeru pparteċipa permezz tar-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi jew saħansitra f’uħud minnhom bil-preżenza tal-Ministru stess. Lista ta’ żjarat ta’ delegazzjonijiet kummerċjali u business seminars barra minn Malta minn Marzu tal-2013 sal-aħħar tal-2015 huma kif ġej:
L-Italja
- Business Seminar f’Livorno, fid-19 ta’ Marzu 2015
- Business Seminar f’Pisa, fil-21 t’April 2015
- Business Seminar f’Viterbo, fit-28 t’April 2015
- Business Seminars f’Ġenoa, Turin, u Firenze bejn il-11 u l-14 ta’ Mejju 2015
- Business Seminar f’Milan, fis-16 ta’ Lulju 2015
- Business Seminar f’Milan, fit-23 ta’ Settembru 2015
- Business Seminar f’Firenze, fil-21 ta’ Mejju 2014
- Business Seminar f’Milan, fit-23 t’Ottubru 2013
L-Ingilterra
- Business Seminar organizzat minn-Finance Malta u Malta Enterprise fl-14 ta’ Marzu 2013
- Delegazzjoni Kummerċjali (Food and Beverage) bejn l-14 u l-20 ta’ Marzu 2013
- Business Seminar li tratta l-Investiment Promozzjonali, fl-20 u l-21 ta’ Ġunju 2013
- Business Seminar ‘Doing Business in Malta’ li kien organizzat min Crimsonwing u KPMG fid-29 ta’ Lulju 2013
- Delegazzjoni Kummerċjali li kellha bħala is-suġġett ewlieni t-Turiżmu. Din seħħet bejn l-4 u s-7 ta’ Novembru 2013
- Business Seminar organizzat minn-Finance Malta fir-Royal Garden Hotel, Londra fil-21 ta’ Novembru 2013
- Business Seminar mill-Malta Enterprize f’Manchester fil-25 u s-26 ta’ Novembru 2013
- Delegazzjoni Kummerċjali attendiet il-World Travel Market bejn it-3 u s-6 ta’ Novembru 2014. Il-Kummissarju Għoli akkompanja din id-Delegazzjoni Kummerċjali għal dan l-istess avveniment.
- Delegazzjoni Kummerċjali mill-Malta Gaming Authority fl-4 ta’ Frar 2015
- Business Seminar fuq il-Kompetittività ta’ Malta li ġiet organizzata minn Ernst and Young fl-24 ta’ Frar 2015
- Business Breakfast organizzat mill-Finance Malta fit-8 ta’Ottubru 2015
- Delegazzjoni Kummerċjali flimkien mal-Kummissarju Għoli attendew il-World Travel Market fit-2 ta’ Novembru 2015.
- Business Seminar Breakfast organizzat mill-Malta Stock Exchange fl-4 ta’ Novembru 2015
- Minn Marzu 2013, il-laqgħat tal-Malta Business Network isiru kull nhar ta’ tlieta fl-aħħar ġimgħa tax-xahar. Dawn il-laqgħat ikunu segwiti minn networking receptions li għalihom jattendu l-membri tal-Malta Business Network u investituri minn Malta.
Il-Ġermanja
- Business Seminar li kien ospitat ġol-facilitajiet tal-Ambaxxata f’Berlin fl-4 ta’ Marzu 2015
- Delegazzjoni Kummerċjali attendiet għal Seminar fi Frankfurt organizzajt mill-Kamra tal-Industrja u l-Kummerċ ta’ Frankfurt fil-11 ta’ Mejju 2015
- Delegazzjoni Kummerċjali li akkumpanjat il-President Emeritus George Abela waqt Żjara Statali bejn l-10 u l-14 ta’ Marzu 2014
Franza
- Business Seminar f’Montpellier fis-16 u s-17 t’Ottubru 2014
Spanja
- Business Seminar f’Zaragoza fl-20 ta’ Mejju 2014
Ir-Repubblika Ċeka
- Business Seminar bejn id-9 u l-10 ta’ Novembru 2015
L-Awstrija
- Delegazzjoni Kummerċjali akkumpanjat il-President Emeritus George Abela waqt Żjara Statali bejn l-21 u 22 ta’ Jannar 2014
- Delegazzjoni Kummerċjali organizzata minn Malta Enterprise bejn il-11 u 12 ta’ Frar 2015
L-Isvizzera
- Żewġ round tables organizzati minn Finance Malta u s-Swiss Maltese Chamber of Commerce f'Zurich u Ġeneva bil-parteċipazzjoni tiegħi
- Business Seminar bejn l-4 u l-5 ta’ Novembru 2015
L-Isvezja
- Business Seminar fl-24 ta’ Settembru 2013
- Busienss Seminar fis-26 ta’ Settembru 2013
It-Turkija
- Business Seminar ġewwa Istanbul fis-27 ta’ Marzu 2014
- Delegazzjoni Kummerċjali organizzata minn Trade Malta bejn it-30 ta’ Settembru u l-1 t’Ottubru 2015
L-Alġerija
- Delegazzjoni Kummerċjali bejn it-18 u d-19 ta’ Novembru 2015 u bejn id-19 u l-21 ta’ Jannar 2016
L-Iżrael u l-Palestina
- Delegazzjoni Kummerċjali bejn il-15 u s-17 t’Ottubru 2013
Ir-Russja
- Business Seminar fil-25 ta’ Ġunju 2013
- Business Seminar fit-18 ta’ Settembru 2014
L-Emirati Għarab Magħquda
- Delegazzjoni Kummerċjali organizzata mill-Kamra tal-Kummerċ li żaret ukoll il-Qatar bejn is-16 u d-19 ta’ Marzu 2014
- Delegazzjoni Kummerċjali mmexxijja mill-Onorevoli Ministru għall-Ekonomija, Dr. Chris Cardona, li żaret il-Kuwait bejn it-22 u s-26 ta’ Settembru 2014
L-Oman
- Delegazzjoni Kummerċjali mmexxijja mill-Onorevoli Ministru għall-Ekonomija, Dr. Chris Cardona, bejn l-20 u t-22 t’April 2015
- Delegazzjoni Kummerċjali organizzata mill-Kamra tal-Kummerċ li pparteċipat fl-Oman Business Opportunities Forum bejn is-16 u s-17 ta’ Novembru 2015
Iċ-Ċina
- Delegazzjoni Kummerċjali mill-Malta Enterprise u l-Malta Communications Authority bejn l-20 u l-25 ta’ Lulju 2014 f’Beijing.