Jista' l-Ministru jara li jsir iċċekkjar u reviżjoni tal-kont ta' l-ilma li l-account number tiegħu qed jintbagħat separatament u dan peress li l-ammont li rċeviet u qed tirċievi din il-familja huwa esaġerat u għoli ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-Grand Harbour Regeneration Corporation? Min huma l-membri tagħha? Jista' jgħid x'inhuma t-terms of reference tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kumpanija Grand Harbour Regeneration Corporation twaqqfet fl-10 t'Awwissu 2007.
Il-membri tal-Bord huma: Mark Portelli, Marc Bonello, Ivan Falzon, Alec Mizzi, Emanuel Delia, Carmelo Formosa, Franco Azzopardi, Joseph Caruana.
It-Terms of Reference tal-Kumpanija huma li tmexxi l-proċess ta' konsultazzjoni pubblika fir-rigward ta' l-20 proġett propost mill-Gvern u biex wara li l-proċess ta' konsultazzjoni jkun lest, jimplimentaw il-proġetti taħt id-direzzjoni tal-gvern.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kontijiet tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
L'Onor Interpellant jifhem li hu difficli tispjega l-għala jkun hemm avariji fil-konitijiet. Zgur hu li fejn ittieħdu mizuri ta' 'energy saving' allura dan, ovvjament, kellu mpatt pozittiv.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Bozoz energy savers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu hux qed isir użu minn bozoz energy savers? Jista' jgħid kemm qed isir użu minnhom bejn wieħed u ieħor bħala persentaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva il-bozoz energy savers jiġu wżati fil-Ministeru tiegħi, anki jekk il-persentaġġ huwa zgħir imħabba l-fatt li l-uffiċjini huma kważi kollha mgħammra bit-tubi u mhux bil-bozoz.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27115 u jindika jekk jistgħux isiru claims lill-Enemalta għall-ħruq ta' apparat elettroniku u ta' l-informatika kkawżat minn surges regolari tad-dawl f'postijiet, bħall-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, aktar u aktar billi dawn is-surges qed jiġru f'dan il-block ta' appartamenti bi frekwenza aktar qawwija minn postijiet oħra fl-istess inħawi ta' Ta' Xbiex? Jekk fl-affermattiv, lil min għandhom jiġu ndirizzati dawn it-talbiet? Fil-każ imsemmi l-familja ndikata garrbet ħsara ta' Lm600 fl-apparat ta' l-IT kif jista jixhed l-equipment maħruq li għadu għandhom.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li jistgħu jsiru claims kontra l-Enemalta għal ħruq jew ħsarat f’apparat elettroniku kkawżat minn surges’ fil-kurrent tad-dawl. Il-konsumatur affetwat għandu jagħmel il-claim tiegħu fis-Sezzjoni tal-Customer Care Section tal-Korporazzjoni Enemalta. Naturalment il-Korporazzjoni tinvestiga u tivverifika kull każ li jaslilha u jekk jiirriżulta li l-Enemalta hija responsabbli fit-termini ta Artiklu 14 (2) ta l- Att dwar l-Enemalta, il-konsumatur jirċievi il-kumpens dovut.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta' hemm li l-post ġewwa Hal Far fl-akwati fejn jinżammu t-tlielaq tal-kwart ta' mil tal-karozzi sa ħdejn il-fabbrika Brandt tiġi mdawla aktar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proviżjoni tal-elettriku fl-area msemmija ma taqax taħt ir-responsabbilta ta' l-Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex biex tneħħa arblu fi Triq Qrejten, kantuniera ma' Triq John Borg fl-Imsida, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tkissret parti mill-bankina u ma ġietx irranġata kif kienet preċedentement u b'hekk qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti u għall-pubbliku in ġenerali li jkun għaddej minn fuqha? Jista' jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' rranġar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex tiġi rranġata l-bankina tlesta lejn nofs Settembru.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Kiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u lease ta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanniji li jinsabu joperaw fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija Għawdex? X'tip ta' prodotti jimmanifatturaw u kemm hemm impjegati f'kull fabbrika?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Rigward l-impjegati nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn fabbriki li waqqfu l-operat tagħhom f'Malta matul is-sena 2006? Minn liema settur kienu ġejjin? Kemm kienu jimpjegaw nies? Kemm kienet ilha topera f'pajjiżna kull waħda minnhom? Jista' jgħid liema huma dawn il-fabbriki?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24954. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant illi l-operat ta' dawn il-fabbriki kien ivarja bejn l-1973 u s-sena 2006.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu mpjegati fuq bażi part time jew bil-kuntratt matul x-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu, 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu, li m'humiex uffiċjali pubbliċi, min huma, x'pożizzjoni għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu? Jista' jgħid, jekk il-kuntratt ta' dawn l-impjegati hux definit u għal kemm perjodu f'każ li fl-affermattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Industrial Parks matul is-sena 2006? F'liema grad kienu? Kif saret is-sejħa għal kull impjieg? Kemm applikaw f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa l-bini li jaqa' taħt il-ministeru tiegħu li fil-preżent jitħaddem fuq sistemi ta' enerġija elettrika/ect solari u jew ta' xorta oħra sabiex ikun imħares aħjar l-aspett ambjentali?
X'inhu l-pjan tal-ministeru għas-sitt xhur li ġejjin u cioe' liema dipartimenti eċċ se jkun bbażati fuq dawn is-sistemi sostenibbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'rimunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu c-Chief Executive Officer tal-Malta Enterprise? Jista' jgħid fhiex kien jikkonsisti l-istess pakkett tas-CEO preċedenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta għall-PQ 25670 dwar l-ewwel parti tad-domanda. Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hi LM 29,800.
Peress li ilna nisimgħu fuq investimenti, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-Foreign Direct Investment li rnexxilha ġġib il-Malta Enterprise matul is-sena 2007?
Response (GATT, AUSTIN)
L-investiment barrani mhuwiex biss dak li ġġib il-Malta Enterprise, imma l-investiment kollu li jġib il-gvern inkluż per eżempju, l-investiment ta ' Smart City, l-investimenti fis-settur finanzjarju u f'dak tal-Gaming. Minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena, Il-Malta Enterprise biss approvat 3 proġetti ġodda ta oriġini barranija li sat-tielet sena t'operat mistennija jinvestu Lm 10,591,542 (Euro 24,671,656) u jħaddmu 96 ħaddiem. Malta Enterprise approvat ukoll 5 proġetti ta' espansjoni ta' oriġini barranija li mistennija jinvestu Lm 5,151,320 (Euro 11,999,348) u jħaddmu 449 sat-tielet sena t'operat.
Peress li r-residenti ta' St Mary Street, Sliema ilhom għal 99 ġurnata bla rqad, kawża ta' tappieri li qegħdin jagħmlu ħoss kbir minħabba xogħol ħażin li sar minn kuntrattur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ħadem it-triq u li l-pedamenti ta' dawn it-tappieri sar ħażin jew ma sarx, jista' l-Ministru jara li l-ħsarat jitranġaw minnufih mill-istess kuntrattur u forsi jekk hemm xi retention money dan jintuża biex ix-xogħol isir sew? F'każ negattiv, min hu responsabbli għal dan ix-xogħol u min allura suppost jirranġa dawn in-nuqqasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tikkonferma illi l-problema fit-tappiera inkwestjoni kienet ikkawżata mill-fatt li kienet ċediet l-manhole chamber.
Il-Korporazzjoni talbet verbalment lill-kuntrattur li għamel ix-xogħol oriġinali biex jagħmel it-tiswijiet neċessarji u din it-talba ġiet ikkonfermata bil-miktub filwaqt li l-kuntrattur ingħata sas-17 ta' Lulju 2007 biex jagħmel ix-xogħol rimedjali.
Il-kuntrattur naqas milli jagħmel dan u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet dan ix-xogħol meħtieġ permezz ta' kuntrattur ieħor u ser tnaqqas il-valur ta’ dan ix-xogħol mir-retention money dovut lill-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum kemm kien hemm każi ta' qtugħ ta' dawl f'Malta u f'Għawdex, bid-dati, bit-tul ta' ħin u lokalita' b'lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.