Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10454 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10187, ċioe' jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex out-patient jingħata appuntament għall-operazzjoni f'dawn il-każijiet: (a) Tneħħija ta' kataretti; (b) Total abdominal Hysterectomy mhux minħabba kanċer; (ċ) Dilatation and curettage; (d) Pelvic floor repair; (e) Hip replacement; (f) Knee replacement; u (g) Inguinal Herniotomy?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #10456 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kord għal Certificate Nursing Practice

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li bdew il-kors għal Certificate Nursing Practice dan ix-xahar jeħdux xi forma ta' stipendju? Jekk fl-affermattiv, kemm hu f'kull sena tal-kors?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuni li bdew il-kors għal Certificate in Nursing Practice dan ix-xahar ser jieħdu l-istess allowance bħal studenti oħra ta' qabilhom. Din hija Lm2464 fis-sena għall-ewwel sena, Lm2494 fis-sena għat-tieni sena u Lm2524 fis-sena għat-tielet sena.
Leg 9 PQ #10475 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Skimmed Milk

Question

Billi f'ċirkolari numru DH.1285/98 dwar l-iskimmed milk li d-Direttur Ġenerali bagħat fit-12 ta' Ottubru qal li hemm proviżjoni speċjali fis-Social Security Act għal persuni li jenħtieġu dieta speċjali, jista' l-Ministru jispjega min hu ntitolat biex jieħu l-iskimmed milk? X'għandu jagħmel wieħed li jrid l-iskimmed milk għas-saħħa, meta d-dipartiment mhux se jagħti dan l-iskimmed milk?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mgħotija għal mistoqsija parlamentari Nru. 10469. Billi il-mistoqsija tal-Onor. Interpellant tirrigwarda l-att dwar is-Sigurta Soċjali nirreferi l-Onor. Interpellant lil Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #10514 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fit-12 ta' Ottubru, 1999 l-operazzjonijiet tal-cartridge ma sarux lil żewġ pazjenti fl-isptar San Luqa wara li kienu ilhom 'il fuq minn 16-il siegħa sajmin u ntbagħtu d-dar? Jista' l-Ministru jgħid għaliex pazjenta minnhom wara li ħadet l-X rays fis-7 ta' Ottubru, 1999 ġimgħa qabel l-elezzjoni, kellha terġa' tieħu X-rays fit-12 ta' Ottubru għaliex ġiet infurmata li ntilfu? Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istess pazjenta li kienet in-numru tlieta għal din l-operazzjoni ġiet maqbuża minn pazjent ieħor li kien warajha fil-lista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Il-posponiment kellu jsir minħabba komplikazzjonijiet li kienu qed isiru fit-12 ta` Ottubru 1999. Iż-żewġ pazjenti li ma saritilhomx operazzjoni ser jiġu operati fid-19 ta` Ottubru 1999. 2. Dwar it-tieni domanda nitlob lill-Onor Interpellant biex tagħtini aktar dettalji. 3. L-ordni li biha jsiru l-operazzjonijiet tiddependi fuq prijorijiet kliniċi.
Leg 9 PQ #10519 Sitting 159 1999-10-19 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Ħlasijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lil uffiċjali fil-Ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel din id-data, u dan b'deċiżjoni speċifika tal-Gvern preżenti, skond kull każ? Jista' jekk jogħġbu f'kull każ, jagħti r-raġunijiet għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta
Leg 9 PQ #10262 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar San Luqa -Servizzi Awdjoloġiċi

Question

Jista'l-Ministru jgħid min huma l-persuni li huma fil-kumitat imwaqqaf biex jeżamina s-servizzi awdjoloġiċi li jingħataw mill-Isptar San Luqa? X'kien ix-xogħol li għamel s'issa dan il-kumitat u x'passi ttieħdu biex jiġu mplimentati r-rakkmandazzjonijiet li għamel dan il-kumitat dwar is-servizzi awdjoloġiċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-membri tal-kumitat dwar is-servizzi awdjoloġiċi huma: Sur Joseph Camilleri - Chairman KNPD Dr. Anthony Fenech - Dipartiment tas-Saħħa Ms. Carmen Cascun - Dipartiment tal-Edukazzjoni Mr. Chris Ripard - Rappreżentant tal-ġenituri ta' tfal neqsin mis-smiegħ. Il-kumitat iddiskuta s-sitwazzjoni preżenti u għamel sensiela ta' rakkomandazzjonijiet li issa qed jiġu implimentati. Fost dawn kien hemm Il-moulds bdew jiġu ordnati minn aġent lokali u l-pazjenti qed jingħataw il-moulds fi żmien 3 sa 4 ġimgħat. Dawn il-moulds huma manifatturati l-Ingilterra skond il-ħtieġa individwali ta' kull pazjent. Tjiebet sostanzjalment il-ko-operazzjoni bejn is-servizz awdjoloġiku tad-Dipartiment tas-Saħħa u l-iskola speċjali tal-Qrendi. Dan qed iwassal għal attenzjoni aktar individwali lit-tfal. Qed jiġu ppreperati attivitajiet għad-`Deaf Week' li ssir kull sena f'Novembru. Id-Dipartiment tas-Saħħa ser iġib grupp ta' Speech Therapists u Awdjoloġisti minn Manchester. Dawn ser joffru servizz ta' follow-up għal tfal li sarulhom cochlear implants. Fl-istess waqt dawn se jagħmlu laqgħat u jgħaddu informazzjoni kemm lill-għalliema kif ukoll lill-ġenituri ta' tfal neqsin mis-smiegħ.
Leg 9 PQ #10446 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Karen Grech — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10175 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u cioe, jista' jgħid kemm twieldu tfal fl-Isptar Karen Grech taħt "unknown father" għas-snin 1997, 1998 u 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhuwiex dikjarat lill-awtoritajiet ta' l-isptar Karin Grech. Jien infurmat li dan it-tagħrif jinsab fid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku.
Leg 9 PQ #10448 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10173?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dwar l-applikanti fl-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta ta' PQ 10185 fejn jirriżulta li ma hemm ebda dewmien biex pazjent jingħata appuntament bħala każ ġdid ġewwa l-Out-Patients Department dejjem jekk ma jagħżilx xi konsulent partikolari u allura ġieli jkollu jistenna iżjed. L-appuntamenti għad-diversi kliniċi fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha huma fi żmien raġonevoli u ma hemmx dewmien żejed, ħlief il-klinika tal-viżti tal-għajnejn fejn id-dewmien hu kaġunat minn nuqqas ta' staff. Jista' jkun hemm dewmien żejjed ukoll fis-servizz tat-tabib tal-familja (GP) fejn ukoll hemm nuqqas ta' tobba. Id-dipartiment qed jagħmel ħiltu kollha sabiex jinstab l-istaff li hemm bżonn. Fis-servizz tas-Saħħa qed tiġ introdotta sistema ta' komputerizazzjoni tal-appuntamenti (PAS) sabiex ikun hemm aktar effiċjenza. Din diġa' qed titħaddem fil-Mosta u Floriana u f'diversi kliniċi fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa.
Leg 9 PQ #10449 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10169?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa biħsiebha timpjega ħaddiema biex timla l-vakanzi li hemm skond il-Human Resources Plan approvata għas-snin 1998 - 2000 li hi bbażata fuq l-iżviluppi li jsiru fid-Diviżjoni tas-Saħħa u skond il-fondi li jiġu allokati għal dan il-għan fl-Estimi Ġenerali ta' kull sena. Dawn huma kif jidher hawn taħt: Grad Numru _____ ______ Tobba _____ Director/Chairman 5 Consultant 48 Senior Registrar 83 Principal Medical Officer 7 Senior Medical Officer 4 Registrar/Senior House Officer/Medical Officer 45 Dentisti ________ Consultant 1 Senior Registrar 1 Dental Surgeon 4 Spiżjara _________ Principal Pharmacist 2 Senior Pharmacist 7 Pharmacist 26 Scientific Officers 19 ___________________ Inġiniera 2 _________ Health Promotion Officers 3 __________________________ Tekniċi _______ Senior Technical Officer 10 Technical Officer 2 Assistant Technical Officer 11 Security Services __________________ Chief Security Officer 1 Security Guards 16 Midwives ________ Deputy Midwifery Officer 4 Midwives 11 Infermiera __________ Manager Nursing Services 1 Departmental Nurse Manager 7 Deputy Nursing Officer 15 Staff Nurse 188 Enrolled Nurse 52 Paramediċi __________ Dental Hygienist 24 Dental Technologist 10 E.C.G. Technician 10 Assistant Principal Health Inspector 2 Health Inspector 19 Principal Medical Laboratory Technologist 6 Assistant Principal Medical Laboratory Technologist 16 Medical Laboratory Technologist 43 Assistant Principal Occupational Therapist 1 Occupational Therapist 4 Senior Pharmacy Technician 4 Pharmacy Technician 5 Physiotherapist 8 Radiologist 3 Principal Radiographer 1 Assistant Principal Radiographer 1 Radiographer 10 Speech Therapist 21 Minbarra dan jista' jkun hemm il-ħtieġa li jimtlew xi postijiet fi gradi oħra skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #10450 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Casualty Department — Overdose

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10174, jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru totali ta` persuni li ddaħħlu b'overdose fid-Dipartiment ta` l-Isptar San Luqa bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-10 ta` Ottubru 1999 kien ta` 256. Dawn kienu mqassmin f'125 nisa u 131 irġiel. Minn dawn kien hemm 16-il persuna li ħtieġilhom kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva minħabba l-kundizzjoni kritika tagħhom.
Leg 9 PQ #10464 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar San Luqa hux qegħdin jinżammu statistiċi dwar mard speċifiku? Liema huma dawk l-illness li qiegħed jinżamm record tagħhom u jistax il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dettaljat dwar dawn l-istatistiċi? Il-food poisoning qiegħed ikun monitored u x'riżultati kien hemm dwar dan partikolarment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jinżammu rekords kompjuteriżżati fuq l-mard kollu li jiġi dijanjostikat fil-pazjenti ammessi fl-isptar San Luqa u rappurtat lid-Dipartiment tal-Health Information. L-istatistika dettaljata mhiex fid-dominju pubbliku imma tagħrif anonimiżżat jinħareġ mid-database u jingħata skond in-natura tat-talba. Fil-fatt diversi Interpellanzi Parlamentari, fosthom in-numru 9643, ġew imwieġba permezz ta` din is-sistema. Dwar it-tlielet parti tal-mistoqsija kull notifikazzjoni ta li fil-maġġoranza tal-każijiet l-inċidenti tal-avvelenament fl-ikel kien dovut għall-`cross contamination`. Huwa evidenti li dan huwa dovut għall nuqqas ta` tal-ikel.
Leg 9 PQ #10469 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Skimmed milk b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jingħata l-iskimmed milk lill-pazjenti ntitolati li jieħduh b'xejn mill-isptar? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan is-servizz b'xejn huwiex se jieqaf, u jekk iva, għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fil-files tad-diviżżjoni tas-Saħħa ma hemmx data preċiża ta` lill-pazjenti. Jirriżulta wkoll li dan beda jingħata mingħajr ma kien ġie approvat mid-Drugs and Therapeutics Committee. Min stħarriġ li sar jirriżulta li l-iskimmed milk ma għandu l-ebda effett terapewtiku dirett fuq ix-xaħam fid-demm iżda jifforma biss parti min dieta ta` użata f`tali kundizzjoni. Nies li għandhom bżonn dieta speċjali huma intitolati għal benefiċju skond Sezzjoni Nru 23 tal-Att tas-Sigurta Għaldaqstant inħass li l-għoti tal-iskimmed milk fuq riċetta ma huwiex aktar indikat.
Leg 9 PQ #10471 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar San Luqa - Scelerosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li t-tabib, li ismu qed jintbagħat separatament, li kien jieħu ħsieb dawk it-tfal li jbatu bl-iscelerosis u spine problem spiċċax mill-Isptar San Luqa? Jekk hu hekk, min se jagħmel xogħolu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tabib konċernat għamel talba għal sena unpaid leave b`effett mill-1 ta` Novembru 1999 li għada qed tiġi kkonsiderata.
Leg 9 PQ #10488 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli - One Alpha

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli One Alpha mhux qed jingħataw mill-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli One Alpha qed jingħataw mill-Isptar.
Leg 9 PQ #10325 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Foreman fiċ-Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' persuni li applikaw għal grad ta' foreman (Ċimiterju) fid-diviżjoni tas-Saħħa u skond ċirkolari tal-MPO Nru.33/98 tas-26 ta' Ottubru, 1998? Xi kwalifiki u esperjenza għandhom dawn il-persuni? Fuq liema kriterji saret l-għażla finali u kif ġew ikklassifikati l-applikanti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #10348 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli Enalapril

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pilloli Enalapril tal-5mg se jkunu għad-dispożizzjoni ta' min hu taħt il-kura mill-isptar, peress li għadd ta' pazjenti qed jiġu nformati li ilhom ħafna out of stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina Enalapril 5mg tablets qiegħda għad-dispożizzjoni ta' min hu taħt il-kura mill-isptar u stocks huma 'available' fl-ispiżeriji ta' l-isptarijiet tal-gvern.
Leg 9 PQ #10302 Sitting 156 1999-10-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kiri ta' karozzi/mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministru u x'ienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar numru u spiża ta' karozzi u mobile-phones fid-Dikasteru tas-Saħħa hija kif ġej: Karozzi Spiża Mobile Spiża tal-Kiri LM Phones LM ______________________________________________ ___________________ Segretarjat 1 663.30 3 1353.89 Diviżjoni tas-Saħħa 10 29319.70 3 1609.11 Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern 1 1621.60 - - Kumm. Nazzjonali għas-Saħħa Mentali - - - - Fondazzjoni għas- Servizzi Mediċi 8 2294.35 6 1764.98 Sptar Zammit Clapp - - 2 321.72 Nixtieq ngħid lill-Onor. Interpellant li fl-ispiża li tidher taħt id-Diviżjoni tas-Saħħa hemm inkluża n-nefqa għall-kiri ta' tlett lift-vans mingħand il-Garden of Eden. Din l-ispiża kienet ta' Lm22 kull jum kull van li b'kollox swiet Lm19612.20. Il-kuntratt tal-kiri ta' dawn il- vannijiet ġie mitmum fit-28 ta' Mejju 1999 wara li d-Diviżjoni tas-Saħħa xtrat il-lift vans mill-Ingilterra. Nixtieq inżid ukoll li matul l-aħħar sena ta` l-amministrazzjoni preċidenti l-ispiża għall-mobile phones fis-Segretarjat tal-Ministru kienet tlaħħaq għall-LM4503.77.
Leg 9 PQ #10186 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex out-patient jingħata appuntament għal tip ta' investigazzjoni speċifika f'dawn il-każijiet: 1) Colonoscopy; 2) Arthroscopy; 3) Coronary angiogram; 4) Echo cardiogram; 5) CT scan; u 6) Cystoscopy?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10187 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex out-patient jingħata appuntament għall-operazzjoni f'dawn il-każijiet: 1) Tneħħija ta' kataretti; 2) Total abdominal Hysterectomy mhux minħabba kanċer; 3) Dilatation and curettage; 4) Pelvic Floor repair; 5) Hip replacement; 6) Knee replacement; u 7) Inguinal Herniotomy?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #9711 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet privati — Każi ta' mewt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni s-sena l-oħra ġo sptarijiet privati? Kemm mietu din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li mietu ġo sptarijiet privati kien ta' 26 fl-1998 u 25 sa l-aħħar ta' Awissu ta' din is-sena.