Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha għal żmien twil tapplika għal-lift?
Għaliex ir-raġuni li qed iġib il-gvern sabiex ma jsegwix dan ix-xogħol hu li m'hemmx spazju sabiex jiġi kkreat lift meta dan huwa kontradett mis-soċjeta' Euro Lifts Michael Vella Limited li tgħid li dan il-lift jista' isir? Tista' il-Ministru tieħu ħsieb u tinvestiga din il-kwestjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li skond l-inġinier ta' l-Awtorita' tad-Djar, biex jiġi stallat il-lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant ikun meħtieġ li t-taraġ jidjieq tant li ma jibqax konformi mal-qies minimu stabbilit bil-liġi.
Ninsab infurmata wkoll li fil-fatt dan hu kkonfermat mid-ditta li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7472 li oriġinarjament saru lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' il-Ministru tgħid jekk fil-każ tal-part-time clerks fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni ma jħallsux il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali f'dan il-perjodu msemmi jiġux ikkonsidrati li mhux qed ikollhom kontinwita' fil-ħlas ta' din il-kontribuzzjoni għall-fini tal-pensjoni li jistgħu jingħataw fil-futur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fost kundizzjonijiet oħra, ir-rata ta' pensjoni kontributorja mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tiddependi mill-medja ta' kontribuzzjonijiet imħallsa minn sena għal sena. Għalhekk, perijodi skoperti minn kontribuzzjonijiet jistgħu jaffettwaw ir-rata tal-pensjoni li persuna jkollha dritta għaliha fil-futur.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hux veru li ċ-ċaqlieq tal-ħaddiema fl-ATC's (adult training centres) għandu jsir din is-sena? Jekk iva, għaliex dawn l-impjegati għadhom fl-għama u ma qed jiġu nformati b'xejn?
Dawn il-ħaddiema jew rappreżentanti tagħhom se jiġu nvoluti minn qabel f'dan il-proċess?
Dawn il-ħaddiema se jingħataw l-opportunita' li jagħżlu jekk għandhomx il-pjaċir li jidħlu fis-sistema l-ġdida jew jagħżlux li jibqgħu kif inhuma, jiġifieri ħaddiema taċ-ċivil?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tikkonferma li l-Adult training centres (ATC's), cioe' l-impjegati li ġew ingaġġati maċ-ċivil bil-proċeduri kollha, se jgħaddu mas-Sapport taħt l-aġenzija Appoġġ? Jekk iva, dawn il-ħaddiema se jiġu kkonsultati qabel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.
Il-ftehim li sar bejn il-gvern u ż-żewġ unions, i.e. GWU u UĦM, għall-ħaddiema ta' l-Adult training centres għadu fis-seħħ?
X'inhi l-proċedura li qegħda tiġi attwata għall-ingaġġ ta' l-impjegati u kemm ilha fis-seħħ din il-proċedura?
L-impjegati li jissejħu support care workers kif ukoll gradi oħra bħal dawk ta' professjonisti li jaħdmu fl-ATC's jonoraw il-ftehim imsemmi hawn fuq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.
Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-kontribuzzjonijiet totali ta' l-anzjani fix-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru ta' din is-sena? X'ammont ta' flus id-dipartiment tas-sigurta' soċjali għadda lill-welfare committee matul dawn it-tliet xhur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jitqassmu l-flats li hemm ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin, l-Imsida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-appartamenti ndikati mill-Onor. Interpellant jonqoshom il-provista tas-servizz tad-dawl u l-ilma u komunikazzjoni mad-dranaġġ. Irid ukoll jogħla l-livell tat-triq ta' quddiemhom. Ix-xogħol fuq l-ilma u d-dranaġġ jiddependu mix-xogħol fuq it-triq.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' Maltija tat-Trasport irreferiet id-dokumenti tat-tender dwar it-triq lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-pubblikazzjoni.
Tista' il-Ministru tgħid f'Malta u f'Għawdex kemm hawn adult training centres, resource centres kif ukoll ċentri oħra relatati mal-persuni b'diżabilita'? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri?
Fuq bażi individwali, x'inhi l-funzjoni ta' kull post minn dawn? F'kull wieħed minn dawn il-postijiet kemm jattendu persuni b'diżabilita'? Kemm hemm ħaddiema f'kull post minn dawn? Tista' il-Ministru tagħti lista (breakdown) ta' kemm hemm ħaddiema f'kull post minn dawn u n-nomenklaturi tagħhom, per eżempju, ċentru ta' (jissemma l-post) - numru ta' care workers, numru ta support workers, eċċ., inkluż min qed imexxi dawn il-postijiet, professjonisti u seniors oħrajn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.
Din is-sena skolastika 2004/2005 studenti li spiċċaw mill-iskejjel jew persuni oħra b'diżabilita' se jiġu mdaħħla fl-ATC's? Jekk iva, tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u fejn se jibdew jattendu? Jekk le, x'inhi r-raġuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7608 f'din l-istess Seduta.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-vot allokat għall-ATC's u l-vot allokat għas-Support?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond l-Estimi Finanzjarji għas-sena kurrenti, il-Voti rikkurrenti għall-ATCs u għall-Aġenzija Sapport jammontaw għal Lm1,227,150 u Lm270,000 rispettivament. Il-Voti Kapitali ta' l-ATCs huma Lm40,000 u dawk ta' l-Aġenzija Sapport huma Lm30,000.
Tista' il-Ministru tara li l-faċċata ta' dar tal-gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fi stat ta' deterjorament tiġi rranġata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li m'għandhiex saqaf fuq rasha, tieħu post li jinsab vojt li s-sid tiegħu huwa l-gvern u li d-dettalji dwaru qed ngħaddihom ukoll separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni mill-persuna ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Ninsab infurmata wkoll li mir-rekords tad-Dipartiment ma jirriżultax li din il-persuna m'għandiex saqaf fuq rasha.
Sta. Venera — Appartament tal-gvern - tiswija ta' lift
Question
Tista il-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex it-talba li qed jagħmlu residenti minn Sta. Venera tiġi milqugħa? (id-dettalji qed jintbagħtu separatament).
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-manutenzjoni tal-partijiet komuni u ta' l-lifts stallati fi blokki tal-Gvern hi responsabbilita' ta' l-inkwilini.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li raġel separat ta' madwar 40 sena li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix ma' missieru f'kamra waħda ġewwa Bormla, xi darba jieħu post tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Awtorita' tad-djar — Każ dwar post fi stat perikoluż
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħaditx post tal-gvern riċentement, peress li din l-applikanta, apparti li tbati minn diversi mard psikoloġiku u mentali, għandha l-bintha tgħix magħha li għadha kif ħarġet mill-isptar Monte Carmeli u t-tnejn li huma jgħixu f'post li ġie ċċertifikat mill-awtorita' tad-djar mhux tajjeb għall-abitazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, nqatagħlha r-relief għal sitt xhur meta din ma rċeviet xejn mill-ETC bil-posta u meta l-ETC qed tgħid li l-persuna msemmija irrifjutat xi lezzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqatagħtilha is-somma ta' Lm800 mir-relief u dan meta dejjem ingħata relief ta' persuna single minkejja li kellu t-tifel tiegħu jgħix miegħu? Dan qed tinqatagħlu l-pensjoni minħabba li t-tifel tiegħu ħadem ftit part-time u qalgħa Lm800 s-sena l-oħra.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li żewġ ġenituri aħwa li huma single parents u li applikaw għal post tal-gvern quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jieħdu flimkien post wieħed tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.