Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7729 u jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li:
- Tlett kuntratti fil-pożizzjonijiet ta’
Chief Medical Officer
,
Director Environmental Health
u
Superintendent of Public Health
ma ġewx imġedda. Dan għaliex ġew appuntati persuni oħra wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
- Wara 9 ta’ Marzu, ġew ingaġġati mill-
Foundation for Medical Services
(FMS) tmien (8) persuni f’
top managmenet positions
. Dawn il-pożizzjonijiet huma f’livell ta’ Kap Eżekuttiv,
Chief Operations Officer
, Direttur u
Co-Ordinator
. Filwaqt li fi ħdan is-servizz pubbliku ġew ingaġġati ħmistax (15) –il persuna f’
top management positions
. Dawn il-pożizzjonijiet huma f’livell ta’ Direttur, Assistent Direttur, Direttur Ġenerali u
Chief Information Officer
. L-iskali tal-pożizzjonijiet imsemmija fl-aħħar ivarjaw minn Skala 5 sa Skala 3 skond l-iskali stabiliti mis-servizz pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u konsulenti (separatament) fuq Contract ‘A’ u fejn huma deployed biex jaqdu dmirijthom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ konsulenti fuq Contract ‘A’ huwa kif misjub fit-tabella hawn taħt għall total ta 50 konsulent.
Numru
Dipartiment
6
Emergency
9
Anaesthesia
3
Cardiac
2
Hyperbaric
1
Infection Control
2
Administration
10
Medical
1
Ophthalmic
4
Paediatrics
10
Pathology
2
Surgical
50
TOTAL
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u konsulenti (separatament) fuq Contract ‘B’ u fejn huma deployed biex jaqdu dmirijthom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ konsulenti fuq Contract ‘B’ huwa kif misjub fit-tabella hawn taħt għat-total ta' 130 konsulent.
Numru
Dipartiment
2
Emergency
17
Anaesthesia
8
Cardiac
3
Dentistry
22
Medical
10
Medical Imaging
3
Neuroscience
9
Obstetrics and Gynaecology
6
Ophthalmic
9
Orthopaedics
10
Paediatrics
8
Pathology
23
Surgical
130
TOTAL
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8322, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni rikjesta billi jinkludi fit-tweġiba d-data tal-manifattura tal-vetturi u dumpers kollha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata hemm żewġ vetturi li qed jintużaw bħalissa dawn huma li ġejjin:
Tip ta’ vettura
Is-sena tal-manifattura
Van – Ford Transit
1989
Van - Subaru Sambar
1997
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji, perkaċċi u salarju tas-Kap Eżekuttiv preżenti tal-Isptar Monte Carmeli u dawk li kellu l-Kap Eżekuttiv preċedenti? Meta inħatar dak preżenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-kariga ta’ CEO hi okkupata mill-konsulent ewlini li hu Chairperson tal-psikjatrija, u ta’ dan ma jitħallasx extra ta’ din il-kariga.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample ta’ kuntratt kif iffirmat mit-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq bażi ta’ Contract ‘A’?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra sample ta’ kuntratt li jiġi iffirmat mit-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq bażi ta’ Contract ‘A
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskali u benefiċċji oħra li japplikaw għat-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq il-bażi ta’ Contract ‘A’?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-Konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq il-bażi ta’ Contract ‘A’ huwa ta’
Skala : 3 / 4
Benefiċċji :
Continious Medical Education
Merit Award
On Call Allowance <1:4
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskali u benefiċċji oħra li japplikaw għat-tobba u konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq il-bażi ta’ Contract ‘B’?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Konsulenti li jagħżlu li jaħdmu fuq il-bażi ta’ Contract ‘B’ huwa ta’
Skala: 3 jew 4
Benefficji :
Post Gradutate Tutot Allowance
Actual Attendance Allowance
On Call Allowance
Continious Medical Education
Merit Award
Have Right to Private Practice
Special Duty Allowance
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskali u benefiċċji oħra li japplikaw għall-infermiera u l-qwiebel?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
L-Onor. Membru għandu jkun jaf li l-iskali tal-gradi tal-Infermieri jinstabu fl-Estimi Finanzjarji maħruġin mill-Ministeru tal-Finanzi u ppublikati fuq is-sit tagħhom. Il-benefiċċji applikabbli għal dawn il-gradi jkunu skont il-Ftehim Settorjali għall-Infermieri u l-Qwiebel.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru jew le li l-food thickener li jintuża minn ħafna pazjenti li jbatu bi stroke u tfal bi problemi li jibilgħu, ilu nieqes għal tliet xhur? Jista' jgħid meta se jkun available dan it-thickener daqshekk essenzjali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li Thickening agent ħareg out of stock mill-POYC fit-3 ta' Marzu 2014. Dan minħabba l-fatt li t-tender ġiet mwaħħla mill-kompetitur b'oġġezzjoni. Saret ordni urġenti u tqassmu 200 il-ġimgħa 7 ta' Marzu.
Ser jasal iktar
stock
fi 17 ta' Marzu u iktar
stock
ġej fl-aħħar tax-xahar. Din il-ġimgħa nsiru nafu l-eżitu tat- tender u jekk kollox immur sew issir ordni oħra minnufiħ
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-OHSA jew xi awtorità oħra li taqa' taħt ir-responsabilità tal-istess Ministeru għamlitx xi studju jew investigazzjoni dwar il-Glyphosate u dan wara li matul is-sena l-oħra ġew rappurtati indikazzjonijiet dwar il-preżenza ta' din is-sustanza fil-bniedem u li reġgħet saret referenza għaliha fil-media lokali llum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma sar l-ebda studju dwar dan il-kemikali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8319, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx oqbra tal-Gvern fiċ-Ċimiterju Qalb ta' Ġesu li hu mmexxi mill-Knisja? Jekk iva, kemm minn dawn huma tal-komun u kemm huma għall-bejgħ? Dawk tal-bejgħ se jiġu offruti skont il-lista ta' stennija ta' 236 applikant f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li meta kienu bdew jintużaw l-oqbra fiċ-Ċimiterju tal-Qalb Ta’ Ġesu, Ħaż-Żebbuġ kienet ittieħdet id-deċiżjoni li ma jkunx hemm oqbra tal-kumun. L-oqbra kienu inbiegħu lill-individwi li kienu fil-lista ta’ stennija u bħalissa m’hemmx oqbra għall-bejgħ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6881, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm liċenzji għall-spiżeriji li bħalissa qegħdin ikomplu jiġu pproċessati għaliex jilħqu l-kriterji li hemm stabbilit fl-avviż legali indikat? Jista’ jgħid liema hi l-aħħar statistika li fuqha qed jaħdem il-Ministeru għas-Saħħa għal dak li jikkonċerna l-popolazzjoni tal-lokalitajiet li fihom hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab informat li bħal issa hemm 7 applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda ta’ spiżeriji f’Malta u Għawdex li qegħdin jiġu pproċessati għaliex jilħqu l-kriterji li hemm stabbilit fl-avviż legali indikat. L-aħħar statistika li tiġi użata għal dak li jikkonċerna l-popolazzjoni tal-lokalitajiet li fihom hemm applikazzjonijiet pendenti hija dik pubblikata mill-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) skont kif mitlub mill-istess avviż legali. L- aħħar demographic review ipplubblikat mill-Ufficcju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO), huwa id- Demographic Review 2010 ippublikat fit-8 ta’ Novembru 2011.