Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korp tal-Pulizija – spetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqu spetturi ġodda fis-sena 2011, 2012 u 2013? Kemm minn dawn l-ispetturi l-ġodda laħqu minn barra l-Korp u kemm laħqu internament minn ġol-Korp stess? Fejn ġew imqassma dawn l-ispetturi ġodda?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninform lill-Onor. Interpellant matul il-perjodu imsemmi mill-Onor. Interpellant kien hemm 31 Spettur li kienu ġew appuntanti fis-27 ta’ Settembru 2011, 8 kienu minn barra l-Korp u 23 kienu membri tal-Korp. Dawn kienu ġew stazzjonati hekk: Msida 1 Sliema 2 Rabat 1 Hamrun 1 San Giljan 2 Qawra 1 Bormla 1 M’scala 1 Valletta 1 Zurrieq 1 Rahal Gdid 1 San Gwann 1 Mosta 1 Balzan 1 Haz Zebbug 1 Mellieha 1 B’Kara 1 Zabbar 1 Qormi 1 CID 1 I.T. 1 Drugs 1 Cyber Crime 1 Mobile 1 Economic Crime 2 Special Branch 1 SAG 1 Quartermaster 1 Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma’ kien hemm l-ebda ‘Call for Applications’ matul is-sena 2012. Għal ‘Call for Application’ li ħarġet f’Awwissu ta’ 2013, ninsab infurmat li dawn għadhom fil-proċess sabiex jintgħażlu.

Korp tal-Pulizija – fixed point duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il fixed point duty qiegħda tagħmel fil-preżent il-Pulizija? Kemm minn dawn isiru matul il-ġurnata kollha? Kemm minn dawn isiru bil-lejl biss?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 26 il-point fejn issir għassa statika mill-Pulizija. Minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, ma nħossx li tagħrif aktar dettaljat għandu jkun ippublikat.

Każijiet ta’ prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet imressqa l-qorti b'akkuża ta' prostituzzjoni matul l-2011, 2012 u sal-lum fl-2013? Kif kienu mqassma dawn xahar b'xahar? Minn liema lokalitajiet kienu ġejjin il-persuni akkużati?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sena Numru ta’ persuni imressqa l-Qorti Numru ta’ kazi 2011 92 634 2012 74 718 2013 (sa 31 Ottubru) 62 279 Dawn kienu minn dawn il-lokalitajiet: Birgu Kalkara Naxxar St.Paul's Bay Birkirkara Kirkop Paola Sta Venera Birzebbugia Luqa Qormi Ta’ Xbiex Bormla Marsa Safi Valletta Fgura Marsakala San Gwann Zabbar Floriana Marsaxlokk Santa Lucia Zebbug Gzira Mellieha Siggiewi Zejtun Hamrun Msida Sliema Zurrieq Isla Nadur St Julian's

Korp tal-Pulizija — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ordnati vetturi għall-Korp tal-Pulizija mill-2011 sal-lum? Kemm minn dawn il-vetturi kienu ġodda u kemm minn dawn kienu second hand? Kif ġew imqassma dawn il-vetturi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-lum il-Korp tal-Pulizija xtara 56 vettura, kollha ġodda, u 15 il-mutur, 5 minnhom ġodda. Dawn jiġu assenjati skont il-ħtiġijiet li jkollhom id-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, minn żmien għall żmien.

Korp tal-Pulizija – policy dwar studju

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'inhi l-policy addatata fil-Korp tal-Pulizija, sabiex membri tal-Korp ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw, sew fl-akkademja tal-Pulizija, kif ukoll f’istituzzjonijiet oħra?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra t-taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija, l-Korp tal-Pulizija qed jagħti l-fakultà ta’ flexi time, lil dawk il-membri tal-Korp li jixtiequ jkomplu bl-istudji tagħhom f’istutuzzjonijiet edukattivi barra l-Korp. Dawk kollha li jkunu qed jattendu jew ser jattendu kors ta’ studju jinformaw li-dipartiment tar-riżorsi umani bid-dettalji tal-kors kif ukoll fuq il-livell li jkunu waslu fieh, fil-każ ta’ uffiċjali li jkunu bdew il-kors. Dan jsir billi jimlew subject form. L-applikazzjoni tingħata lil Kummissarju tal-Pulizija għal approvazzjoni. Hekk kif l-applikazzjoni tiġi approvata, id-dipartiment tar-riżorsi umani jinforma l-applikant biex jiffirma dikjarazzjoni. It-Taħriġ ta’ l-akkademja jinsab sospiż minħabba li ma kienx qed jgħati riżultati mixtieqa flimkien mal-bini tal-akkademja il-ġdida, l-amministrazzjoni tal-Pulizijaqed tħejji ukoll programm ġdid ta’ taħriġ għal Pulizija. Għal dak li jirrigwardja l-Università, għandu jingħad illi l-Ispetturi tal-Pulizija maħtura bi prova, jattendu kors part-time sponsorjat mill-Korp u organizzat mill-Universita’ ta’ Malta li jwassal għal Baċellerat bl-Unuri fix-Xogħol tal-Pulizija.

Korp tal-Pulizija – membri gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm membri tal-Korp tal-Pulizija iggradwaw mill-Università ta' Malta mis-sena 2000 sal-lum, u kif dawn iggradwaw sena b'sena? Kemm minn dawn li ggradwaw għadhom fil-fatt iservu fil-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2000 sal-lum, kien hemm 144 membru tal-Korp tal-Pulizija li gradwa mill-Università ta' Malta. Infurmat ukoll illi 131 minn dawn għadhom qed iservu fil-Korp. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant

Korp tal-Pulizija – membri bir-reduced hours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li qed jaħdmu bir-reduced hours fil-preżent? Fejn huma stazzjonati dawn il-membri tal-Korp tal-Pulizija nisa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 69 membru tal-Korp tal-Pulizija, wieħed minnhom raġel, li qed jaħdmu bir-reduced hours. Dawn kollha jaħdmu f’uffiċċju fid-diversi Taqsimiet tal-Korp, minbarra 3 li jaħdmu fuq il-beat.

Korp tal-Pulizija – cadets gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Korp tal-Pulizija kemm irnexxielu jattira gradwati fir-rank ta' cadet minn barra l-Korp sena b'sena mill-2003 sas-sena 2012? Jista' jgħid kemm minn dawn għadhom iservu fl-istess Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2003 u s-sena 2012 kien hemm żewġ sejħiet għall-applikazjjonijiet għal post ta’ Spettur tal-Pulizija. Waħda kienet fl-2007 u l-oħra fl-2010. F’ta’ l-ewwel kien hemm 4 gradwati u fit-tieni kien hemm 9 gradwati li daħlu fil-Korp bħala Spetturi. Dawn kollha għadhom iservu fil-Korp.

Korp tal-Pulizija – studju full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-Pulizija li ntbagħtu jistudjaw full-time mill-Korp tal-Pulizija f'dawn l-aħħar 15-il sena? X'kienu l-korsijiet li ġew segwiti b'suċċess minn dawn il-membri tal-Korp? Kemm minn dawn għadhom fil-fatt iservu fil-Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1998 sal-lum kien hemm 93 membru li kienu ntbagħtu mill-Korp tal-Pulizija jistudjaw full-time. Minn dawn 46 għadhom iservu fil-Korp tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi l-korsijiet li ġew segwiti kienu s-segwenti: Certificate in Policing Bachelor of Arts in Legal and Humanistic Studies Bachelor of Commerce Bachelor of Psychology Doctor of Laws (LL. D)

Korp tal-Pulizija — banda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tifforma l-banda tal-Pulizija fil-preżent? Kemm hemm persuni fid-Drill Team? Kemm hemm persuni fil-Guard of Honour?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 55 membru tal-Korp li jieħdu sehem fil-banda tal-pulizija, filwaqt li 25 oħra jieħdu sehem fil-precision drill team u 73 fil-gwardja tal-unur. Ta’ min jgħid illi dawn il-membri tal-Korp, jagħmlu xogħol normali ta’ pulizija meta ma jkunux meħtieġa biex jieħdu sehem f’dawn l-iskwadri.

Kontravenzjoni tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kontravenzjoni tat-traffiku saru f’Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti tabella ta’ dan għal kull sena? Kemm minnhom inħarġu mill-pulizija u kemm inħarġu mill-gwardjani lokali, kif ukoll f’liema lokalitajiet kull sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjoni tat-traffiku irrapurtati mill-Pulizija bejn l-ewwel ta’ Jannar 2009 u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena huwa kif gej: 2009 2010 2011 2012 2013 68,017 90,605 102,446 97,353 66,796 Infurmat ukoll, ma tinżammx statistika bil-lokalità, filwaqt għal dak li jikkonċerna lill-Gwardjani Lokali, ġentilment nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi lill Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi – preżenza ta’ pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex pulizija li kien ikun duty mar-roundabout ta' fejn il-Pavi, Ħal Qormi f'ħinijiet peak tat-traffiku m'għadux ikun stazzjonat hemm?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korp tal-Pulizija qiegħed f’eżerċizzju kontinwu biex jagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi tiegħu għal dak li huwa mmaniġjar tat-traffiku speċjalment waqt ir-rush hours. Għaldaqstant dak il-pulizija tat-traffiku li normalment kien ikun wieqaf fil-post imsemmi mill-Onor. Interpellant, issa qed ikun jissorvelja ukoll iż-żewġ roundabouts oħra li hemm viċin dik imsemmija.

Każijiet ta' kaċċa illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' kaċċa illegali (fuq tajr tal-priza) mill-15 ta' Settembru 2013 'il hawn? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji tal-każijiet rrapurtati, bil-ħin u l-post ta' fejn seħħew?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija kienu jiffurmaw is-segwenti sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija fit-8 ta’ Marzu 2013 u fit-3 ta’ Ġunju 2013:- a) sezzjoni tal-IT; b) l-Administrative Law Enforcement; ċ) il- mobile squad ; d) id-DIK (CID); e) l-ECU; f) id- drug squad ; g) il- vice squad ; h) garaxx; i) trade; j) P.C.O.; u k) M.S.S.? Kemm minn dawn il-membri tal-korp huma nisa f'dawn is-sezzjonijiet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija siefer fuq korsijiet barra mill-pajjiż fis-sena 2011, 2012, 2013? Minn liema sezzjonijiet kienu dawn il-membri tal-Korp u xi gradi kellhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 48 membru tal-Korp tal-Pulizija li siefru fuq korsijiet barra mill-pajjiż fis-sena 2011, filwaqt li s-sena l-oħra kien hemm 55 u din is-sena kien hemm 69. Dawn kienu mit-Taqsimiet tad-Droga; tal-Frodi; tal-Vizzji; tal-Klieb; Amministrazzjoni; C.I.D.; Immigrazzjoni; Special Branch; Forensika; Cyber Crime; I.T.S.; I.R.U.; u Distrett. Fost il-gradi ta’ dawk li attendew kien hemm Assistent Kummissarju; Supretendent; Spettur; Maġġur; Surġent u Kuntistabbli.

Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fis-sena 2011, 2012, 2013 fuq l-akkużi ta': a) serq aggravat; b) stupru; ċ) ħsara volontarja; d) feriment gravi; e) attentat ta' omiċidju; u f) omiċidju?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għal din is-sena għadu qed jinġabar, filwaqt dak għas-snin 2011 u 2012 huwa kif ġej: Persun mressqa l-Qorti Sena Serq Stupru Ħsara volontarja Feriti gravi Attentat omiċidju Omiċidju 2011 700 9 170 164 13 1 2012 893 10 289 210 14 5

Hold ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twettqu match and grabs u hold ups fl-2011, 2012, u fl-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Ottubru din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 432 każ ta’ snatch & grab u 90 każ ta’ hold up.

Korp tal-Pulizija – flotta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-flotta tal-Pulizija bejn karozzi, muturi u vetturi oħra u kif hi fil-fatt imqassma din il-flotta ta' vetturi li għandha l-Pulizija? Kif qegħdin imqassmin dawn il-karozzi, muturi u vetturi oħra fid-diversi sezzjonijiet tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minn 269 vettura u 72 mutur. Dawn jiġu assenjati skont il-ħtiġijiet li jkollhom id-diversi Taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, minn żmien għal żmien.

Korp tal-Pulizija – memorandum mal-Università ta’ Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra bil-kontenut tal-memorandum iffirmat mill-Korp tal-Pulizija mal-Università ta' Malta fl-2011 u kemm ibbenefikaw membri tal-Korp tal-Pulizija minn dan il-memorandum bħala taħriġ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Memorandum iffirmat mill-Korp tal-Pulzija mal-Università ta’ Malta f’Diċembru 2010 ikopri fost affarijiet oħra, it-titjib fit-taħriġ u l-prattika tal-membri tal-Korp fejn tidhol ir-riċerka u t-tixrid tal-għerf. Dan il-memorandum, jinkludi wkoll titjib fil-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fejn jidħlu implementazzjonijiet u żviluppi ta’ programmi akkademiċi tal-Pulizija. Il-ftehim jintroduċi wkoll kors li jwassal għall-Baċellerat bl-Unuri fix-Xogħol tal-Pulizija. Kien hemm 29 Spettur tal-Pulizija li attendew dan il-kors fuq bazi part time u li se jiggradwaw b’Diploma in Policing fil-gradwazzjoni li jmiss.

Ħal Far – open centre — tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li voluntiera Maltin li qed jaħdmu mat-tfal tal-immigranti f’Ħal Far mhux qed jitħallew ikomplu bil-ħidma tagħhom? Minnu li f’att ta’ vandaliżmu saret ħsara f’apparat biex jilagħbu t-tfal? Minnu li dawn il-voluntiera tteħdilhom spazju li kienu qed jużaw bħala store għall-materjal li ġie permezz ta’ donazzjonijiet mill-poplu Malti? X’qed jagħmel il-Gvern biex jipproteġi tfal li jinsabu fl-open centres f’pajjiżna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab informat li mhuwiex minnu illi il-grupp imsemmi ma tħalliex ikompli l-operat biex iqassam donazzjonijiet miġbura. Li ġara biss huwa li t-tmexxija taċ-ċentri esiġiet li l-operat tal-volontarji isir fil-qafas tal-operat taċ-ċentru. Għal dan il-għan kienet saret laqgħa mal-volontiera bl-iskop li t-tajjeb ikompli jsir, imma f'kuntest li jirrispetta l-għanijiet tac-centri miftuħa. Ninsab informat ukoll li ma ttieħed l-ebda store tal-volontiera, għax il-volontiera qatt ma kellhom store tagħhom, imma kienu juzaw dak taċ-ċentru. Kull att ta' vandalizmu jiġi rappurtat lill-Pulizija; jekk l-Onor. Interpellant waslitilha xi informazzjoni rilevanti hija mħegga tgħaddiha lill-Pulizija. Il-minuri mhux akkumpanjati fl-open centres huma protetti permezz ta' Ordni ta' Ħarsien, filwaqt li nappoġġjaw lill-ġenituri tat-tfal biex dawn ukoll imorru l-iskola u japprofittaw minn opportuntajiet oħra ta' zvilupp olistiku.