Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7198 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

istituzzjonijiet finanzjarji — liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kemm għolew il-liċenzji għall-istituzzjonijiet finanzjarji u dawk ta' assigurazzjoni mill-1 ta' Jannar 2014? Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu lmenti jew ittri/emails ta' korrispondenza għand l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) minn meta tħabbru dawn il-prezzijiet il-ġodda sas-17 ta’ Jannar 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #6551 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni viz. is-somma tal-pensjoni (ta’ dawk li kienu jaħdmu mal-Gvern qabel l-1979) tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li oriġinarjament kienet daħlet mal-Gvern permezz tal-Korp Dirgħajn il-Maltin fl-1972 u li kienet għaddiet biex tinqaleb mal-Gvern l-1979?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawk kollha li ġew impjegati formalment mas-Servizz Pubbliku wara l-14 ta’ Jannar 1979 mhumiex intitolati għall-pensjoni u somma mit-Teżor. Dan skond artiku 21 tal-Ordinanza tal-Pensjonijiet Kap 93.
Leg 12 PQ #7553 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Budget 2014 – kampanja pubbliċitarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet b’mod komplessiv il-kampanja pubbliċitarja tal-Gvern dwar il-budget għas-sena 2014? Jista’ jgħid kif kienet maqsuma din in-nefqa? Min kienu l-kumpaniji li ngħataw l-inkarigu biex imexxu din il-kampanja? Kif ntgħażlu u kemm tħallsu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija ser tingħata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 12 PQ #7570 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Peress li l-Bank Ċentrali mhux parti mill-Ministeru għall-Finanzi u ma jissemmiex direttament fil-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba mhijiex relevanti għall-Bank Ċentrali. Nirreferu għall-ittra tal-Gvernatur indirizzata lill-Ministeru għall-Finanzi, iddatata 17 ta’ Settembru 2013.
Leg 12 PQ #7771 Sitting 119 2014-02-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jinfroma lill-Kamra bil-lista dettaljata kemm il-Ministeru awtorizza li jinxtraw karozzi ġodda tul l-aħħar sena u kemmil-kuntratt ġdid għall-kirjiet ta' vetturi tul l-istess sena mill-Gvern u kemm kien hemm każijiet ta' xiri u kiri ta' vetturi li ma kienx awtorizzat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #7175 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jekk jogħġbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #7586 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Finanzi

Kuntratturi – ammont dovut lid-Dipartiment tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibli li kuntratturi li jkunu taw servizz lill-Gvern, u huma jkollhom ammonti dovut lid-Dipartiment tal-VAT u/jew tat-Taxxa, dawn l-ammonti jkunu jistgħux jinqatgħu mill-ammonti dovuti mill-Gvern lil dawn il-kuntratturi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li fir-rigward tat-taxxa tal-VAT u l-Income Tax, fil-preżent ma hemm ebda’ mekkaniżmu li permezz tiegħu ammonti dovuti minn kuntrattuti lid-Dipartiment tal-VAT jinqatgħu minn ammonti dovuti lilhom mill-Gvern.
Leg 12 PQ #7644 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Servizz postali — tariffi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew reveduti t-tariffi tas-servizz postali bejn 2008 u s-sena 2013, kemm dawk lokali kif ukoll dawk internazzjonali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tariffi postali jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' kumpanija privata, u għaldaqstant il-Ministeru għall-Finanzi mhuwiex f’posizzjoni biex ikun jista’ jirrispondi għal din il-mistoqsija.
Leg 12 PQ #7706 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mid-Dipartiment tat-Taxxi sena b’sena mis-sena 2008 ‘l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7404 Sitting 117 2014-02-05 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-Kawżi Ġusti — pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4811 u jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord il-ġdid tal-Fond għall-Kawżi Ġusti minn April 2013 sal-lum? Liema kienu dawk l-għaqdiet li sarilhom il-pagament dovut lilhom fl-istess żmien, u liema huma l-għaqdiet li qed jistennew pagamenti mill-istess bord?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 7406.
Leg 12 PQ #7499 Sitting 117 2014-02-05 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — top management positions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema management positions qed jagħmel referenza għalihom.
Leg 12 PQ #7376 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7053 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar għax hija estensiva ħafna.
Leg 12 PQ #7457 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Problema bil-VAT – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu xi problemi fuq multi tal-VAT?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT għamel kuntatt mal-individwu msemmi sabiex jara dwar il-problemi li għandu.
Leg 12 PQ #7486 Sitting 116 2014-02-04 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Importazzjoni ta’ genetically modified food products

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jiġux impurtati genetically modified food products? Jekk iva, liema prodotti, kemm ġie ikkunsmat f’dawn l-aħħar ħames snin u jekk il-konsumatur ikunx jaf li qed jagħmel użu minn dawn il-prodotti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi it-Tariffa li tikklassifika l-affarijiet li jgħaddu mid-Dwana ma għandiex kodiċi speċifiċi għall-GMO’s. Dan it-tip ta’ kontrolli jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-uffiċċju tat-tabib tal-port li taqa taħt dekasteru ieħor.
Leg 12 PQ #6524 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Sistema ta’ e-procurement

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5659 u jgħid liema huma dawk id-dipartimenti u entitajiet li jużaw is-sistema ta’ e-procurement, u għal kull dipartiment/entità jagħti dawn id-dettalji: meta beda juża din is-sistema; kemm ħareġ sejħiet b’din is-sistema; kemm aġġudika sejħiet b’din is-sistema; u x’inhu l-valur kumplessiv tas-sejħiet aġġudikati permezz ta’ din is-sistema?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7456 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

kontijiet tal-VAT – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li rċieva li jrid iħallas xi kontijiet tal-VAT?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu kkonċernat ġie kkuntattjat mid-Dipartiment tal-Vat u ġie ggwidat fuq x’għandu jagħmel.
Leg 12 PQ #7467 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Deheb depositat fil-Monte di Pietà

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depositat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u jistax jinforma lill-Kamra liema hu l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u li ma nġabarax sal-aħħar tas-sena li għaddiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li sa l-aħħar tal-2013 kien hemm 3,463 depositu ta’ deheb taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietaˋ u l-aktar depositu ta’ rahan li ngħata u li għadu veljanti u li ma nġabarx ilu minn 1981.
Leg 12 PQ #7468 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu l-ambaxxaturi li ltaqa’ magħhomtul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika x’ġie diskuss? Jekk kienx mistieden għand dawn l-ambaxxaturi u jekk iva, min akkumpanjah?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant illi l- Ministru ltaqa ma l-ambaxxaturi ta’ dawn il–pajjizi li magħhom ġew diskussi affarijiet ta’ natura bilaterali. USA Ambassador British High Commissioner Austrian Ambassador Ambassador of the Kingdom of the Netherlands Ambassador of the Kingdom of Spain The Ambassador of the People’s Republic of China High Commissioner of the Commonwealth of Australia Charge d’Affairs –Libya Ambassador of the Federal Republic of Germany Ambassador of the Republic of Sudan Ambassador of the Republic of Poland Dawn l–Ambaxxaturi ltaqghu mal–Ministru għall-Finanzi fl – uffiċċju tieghu fil Belt Valletta. Minnbarra stediniet regolari li jsiru fl- Ambaxxati residenti f’Malta fil Jum Nazzjonali ta pajji¿hom il- Ministru ukoll kien taha Pre¿entazzjoni lil Ambaxxaturi residenti f ‘Malta fl Ambassador Circle Working Breakfast fl- Ambaxxata Taljana fit 18 ta Lulju.
Leg 12 PQ #6930 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #7068 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.