Residenza San Vinċenz de Paul — residenti membri fil-bord
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fuq il-Bord tat-Tmexxija tar-Residenza San Vinċenz de Paul li twaqqaf wara l-elezzjoni hemmx residenti bħala membri tal-bord?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk anzjani li għandhom is-servizz tat-telecare u li tilfu il-pendent issa hux qed ikollhom bil-fors ibiddlu s-sett tat-telecare għall-telecare plus li introduċa dan il-Gvern dan l-aħħar allura jkollhom iħallsu kera ferm aktar għolja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10381 u jgħid x'passi se jieħu dwar il-każ ta' żewġ subien Ġermaniżi taħt ordni ta’ ħarsien li telqu minn pajjiżna mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa tal-awtoritajiet Maltin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija mressqa hija s-suġġett ta’ Inkjesta mill-Imħallef Emeritus Dr Philip Sciberras u li r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-inkjesta se jkunu evalwati u jittieħdu l-passi meħtieġa. Ir-rapport tal-Inkjesta ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjin.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 3353 li tpoġġa fis-Seduta 186 ta' nhar it-Tlieta, 14 ta' Ottubru 2014)
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi — awtorizzazzjoni tal-Ministru
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10382 u jgħid meta huwa ġie infurmat li ż-żewġ subien Ġermaniżi taħt ordni tal-ħarsien kienu ħallew pajjiżna mingħajr l-awtorizzazzjoni tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – rapport lill-Pulizija mill-Aġenzija Appoġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10383 u jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ kienet infurmata li t-tfal kienu nieqsa? Jista' jgħid meta l-Aġenzija Appoġġ għamlet rapport lill-Pulizija li dawn iż-żewġt itfal Ġermaniżi taħt ordni tal-ħarsien kienu nieqsa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – Korrispondenza bejn l-Aġenzija Appoġġ u l-awtoritajiet soċjali Ġermaniżi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10384 u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm bejn l-Aġenzija Appoġġ u l-awtoritajiet soċjali Ġermaniżi dwar iż-żjara minn żewġ social workers Ġermaniżi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jista’ jara l-korrispondenza b’mod kunfidenzjali minħabba kawżi pendenti fil-qorti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10385 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference tal-investigazzjoni li qed tagħmel il-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali? Jista' jgħid jekk twaqqafx bord ta' investigazzjoni, u jekk iva, min hemm fuq dan il-bord? Jekk ma twaqqafx Bord, jista' jgħid min qed jagħmel l-investigazzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi apparti investigazzjonijiet minn persuni minn Dipartimenti differenti, saret inkjesta mmexxija minn ex-Imħallef.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – Dipartiment tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10386 u jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali kienx beda proċeduri fil-Qrati Maltin dwar il-każ taż-żewġ subien Ġermaniżi li huma taħt ordni tal-ħarsien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif id-DSWS irċieva l-applikazzjoni mill-Awtorità Ċentrali tal-Ġermanja, id-Dipartiment, bħala l-Awtorità Ċentrali ta’ Malta beda l-proċeduri billi, wara li l-Awtorità Ċentrali tal-Ġermanja effettivament bagħtet id-dokumenti kollha necessarji skont il-Konvenzjoni ta’ l-Ajja dwar l-Aspetti Ċivili fis-Sekwestru Internazzjonali ta’ Minuri, ħa l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jinkiseb ir-ritorn volontarju tal-minuri skont kif jeżiġi l-artikolu 7(c) u artikolu 10 tal-istess Konvenzjoni. Il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju 2014, l-omm iddikjarat li kienet qed tirrifjuta r-ritorn volontarju ta’ wliedha. Sa dan it-tant id-Dipartiment kellu kollox lest sabiex jippreżenta r-rikors ġenerali quddiem il-Qorti t’Għawdex għar-ritorn tal-minuri fil-jum tax-xogħol li kien imiss, jiġifieri it-Tnejn 7 ta’ Lulju 2014. L-aħwa Albrecht ittieħdu minn Malta matul il-weekend.
B’referenza għal mistoqsija parlamentari 10378 u wara d-dikjarazzjoni tassew iebsa tal-Qorti dwar il-każ u n-nuqqas tal-aġenzija governattiva li hu responsabbli minnha, jista’ l-Ministru jgħid jekk issa jħossx li għandu jsejjaħ għal inkjesta tassew indipendenti ħalli jiġu stabbiliti l-fatti kollha ta’ dan il-każ bl-aktar mod trasparenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienet twaqqfet inkjesta biex tistabbilixxi l-fatti u r-responsabilitajiet.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal ta’ The Hague – Pariri Legali
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tfal ħallewx il-pajjiż mingħajr ma ġew segwiti l-proċeduri stabbiliti skont il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal ta’ The Hague? Jista’ jgħid jekk staqsiex għal pariri legali dwar dan? Jekk fl-affermattiv jista’ jqiegħed il-pariri legali li għandu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid jekk għandux ħsieb li jitlob pariri legali dwar dan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid kif, meta t-tfal kienu fdati taħt il-kura tal-Aġenzija Appoġġ, tħallew waħedhom ma’ żewġ social workers barranin li t-tfal ma kinux fdati f’idejhom mill-qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – dokumenti tal-ivvjaġġar tat-tfal
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid x’kienu d-dokumenti li ġew użati mit-tfal akkumpanjati miż-żewġ social workers biex ħallew Malta mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-qrati Maltin skont l-Att tal-Protezzjoni tat-Tfal (Konvenzjoni ta’ The Hague)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – dokumenti tal-ivvjaġġar tat-tfal
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dokumenti tal-ivvjaġġar tat-tfal kinux f’idejn l-Aġenzija Appoġġ waqt li l-istess tfal kienu taħt il-kura tal-istess Aġenzija? Jekk le, għand min kienu u għaliex ma talbithomx l-Aġenzija Appoġġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10378 jista’ l-Ministru jgħid meta fi ħsiebu jlesti u jippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni ta’ loopholes fis-sistemi dwar ħruġ u dħul minn pajjiżna minn minorenni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li loopholes fis-sistemi ġew diskussi mal-Awtoritajiet konċernati. Dispost li nitkellem mal-Onor. Membru fuq bażi kunfidenzjali.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – komunikazzjoni mall-Ambaxxata Ġermaniża
Question
Fil-każ taż-żewġ itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10380 jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ komunikazzjoni saret mall-Ambaxxata Ġermaniża qabel inħatfu t-itfal u wara li nħatfu t-itfal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.
Każ ta’ żewġt itfal Ġermaniżi – protesti mal-Gvern Ġermaniż
Question
Fil-każ taż-żewġt itfal Ġermaniżi u b’referenza għall-mistoqsija 10380 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ġiex involut dwar il-ħtif taż-żewġt itfal? Jista’ jgħid kienx informat jekk il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ipprotestax dwar il-każ mal-Gvern Ġermaniż? X’tip ta’ protesti saru u x’talab il-Gvern Malti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W234.