Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl u l-ilma ġie għoli u din ma tużax il-main tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment ġie nvestigat u rriżulta li l-kontijiet tal-persuna kkonċernata ġew immodifikati awtomatikament mis-sistema skont l-aħħar qari attwali.
Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni mis-sezzjoni tad-drenaġġ quddiem l-akkwati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill Onor. Interpellant li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa u rriżulta li kien hemm ħsara f’waħda mis-sistemi tad-drenaġġ. Is-sistema difettuża ġiet isolata biex jiġi assigurat li l-inkonvenjent jieqaf immedjatament. Il-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u fil-pront sar tindif fejn kien irriżulta xi ftit infiltrazzjoni ta’ drenaġġ.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpaniji msemmija ingħataw xogħol wara li ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku. Waħda mill-kumpanija ingħataw xogħol ta’ valur ta’ €1065.50 (elf u ħamsa u sittin Ewro u 50 ċenteżmu) u waqt li t-tieni kumpanija ingħataw xogħol ta’ valur ta’ €590 (ħames mija u disgħin Ewro).
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7290 u ċjoè: B’referenza għall-paġna 21 tal-White Paper dwar il-mediċini out of stock jingħad li hemm ħafna ħela ta’ mediċini mill-pazjenti, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika u/jew l-informazzjoni li fuqhom hija bbażata din l-asserzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Din l-istatiska ma tinġabarx għaliex il-Gvern ma jaċċettax medicina lura wara li tkun ingħatat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7297 u ċjoè: b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċirkularijiet kollha li jagħmel referenza għalihom fit-tweġiba?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ċ-ċirkolarijiet maħruġa mis-sena elfejn (2000) sal-lum.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7298 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kriterji li fuqhom il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jingħataw il-mediċini b’xejn?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa huma ntitolati għall-mediċina b’xejn skont il-grey card. Din tkopri mediċini indikati mill-formolarju tal-gvern bħala pink positive items, li jintużaw għal mard jew korriment relatat max-xogħol.
Ħaddiema li jbagħtu minn mard kroniku li jaqa’ fuq il-lista ta’ skeda ħamsa huma intitolati bħall-pazjenti oħra u jistgħu japplikaw għall-kartuna s-safra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7299 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6505, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ mediċini li tqassmu lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa fl-aħħar tliet snin?
Response (MIZZI, KONRAD)
Is-sistema tal-POYC ma tiddistingwix bejn mediċini maħruġa lill-pubbliku in ġenerali u dawk li jitqassmu lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar problema tal-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill Onor. Interpellant li għalkemm ma nstabet l-ebda notifikazzjoni fuq dan il-każ, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-ilma ħadet ħsieb tirranġa din il-problema minnufih.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema fil-meter tal-ilma li mhux qed jaħdem?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill Onor. Interpellant li wara li ARMS LTD għamlu n-notifikazzjoni dwar dan l-ilment, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppruvat tagħmel l-intervent meħtieġ iżda dan ma setax isir minħabba li l-konsumaturi kellhom jibdlu xi kanen min-naħa tagħhom. Sar kuntatt mal-konsumaturi u l-kanen inbiddlu għalhekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma se tagħmel ix-xogħol meħtieġ fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f' termini finanzjarji ta' enerġija prodotta mill-power station li jmur biex jinxtegħel id-dawl ta' barra fit-toroq u fiż-żoni residenzjali ta' Malta u Għawdex kollu? Hux vijabbli li dan id-dawl jiġix prodott minflok bl-enerġija tal-power station bl-enerġija tad-dawl tax-xemx (enerġija solari - bil-panelli voltaiċi) anke biex Malta tilħaq il-miri tal-enerġija fi 2020? Hemm xi pjan imfassal biex dan iseħħ? X'inhuma t-time lines?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha bżonn il-kartuna r-roża minħabba l-mard li għandha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob biex din il-mistoqsija ssir lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'wassal biex f' San Pawl il-Baħar, fl-20 ta' Mejju 2014, għal numru ta' sigħat jew ma kienx hemm ilma fil-vit jew kien hemm pressjoni baxxa ħafna, f'postijiet differenti tal-lokalità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data msemmija kien hemm ħsara fil-main tal-pied li titma San Pawl il-baħar mil-ġibjun tan-Naxxar. It-tiswijiet saru f’temp ta’ 4 siegħat u l-ilma nfetaħ bil-mod matul il-lejl ħalli ma ssirx aktar ħsara.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9450, liema risposta tagħmel referenza għar-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 9338, 9337, 8891 u 8890, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isir ir-rapport imsemmi fir-risposta, biex b'hekk ikunu jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji biex dan l-inkonvenjent u periklu għas-saħħa, jitneħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Għaddejja komunikazzjoni bejn uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u uffiċċjal inkarigat fi ħdan il-Korp tal-Pulizija biex l-Uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali jkollhom l-assitenza meħtiega mill-Pulizija ħalli jaċċedu fil-fond imsemmi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6528, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull persuna li ġiet ingaġġata f’kull pożizzjoni murija fit-tabella annessa mal-imsemmija mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Chief Operations Officer Sptar Monte Karmeli – Dr. Clifton Grima; Konsulent dwar blood, cell and tissue banking – Dr. George Galea; Direttur Human Resources fid-Dipartiment għall-Kura tas-Saħħa Primarja – Ms. Pauline Saliba; Directtur Human Resources and Administration Sptar Mater Dei – Ms. Emeline Fenech; Migration Co-Ordinator, Ċentru tal-Onkoloġija u Sptar Boffa – Joseph Saliba.
Rapport finali mill-Johns Hopkins Medical International
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6672, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien sar bejn il-Gvern u Johns Hopkins Medical International?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-gvern Nazzjonalista kien laħaq ftehim mal-John Hopkins International li dan ir-rapport jinżamm għall-użu intern biss.
Bord tal-Appelli dwar il-Lista Formularja tal-Gvern – Remunerazzjoni ta’ membri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6665 u jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Appell dwar il-Lista tal-Formularju tal-Gvern u x’inhija r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ic-Chairman Dr. Joseph Mifsud għandu renumerazzjoni ta’ tnejn u tletin ewro, wieħed u sittin ċenteżmu (€32.61) kull seduta ta’ tlitt (3) sigħat u l-membri, l-Professur Anthony Zammit u s-Sur Adrian Meli għandhom renumerazzjoni ta’ sebgħa u għoxrin ewro, ħamsa u disgħin ċenteżmu (€27.95) kull seduta ta’ tlitt (3) sigħat.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet, anki ta’ Segretarju) ? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.