Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'komunikazzjonijiet kellu l-Ministeru, mingħand il-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar, għal dak li jirrigwarda l-kumpless sportiv tal-Qawra, u dwar il-fatt li l-art inkwistjoni ngħatat lura lid-Diviżjoni tal-Artijiet? Jista' fl-istess waqt jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikulari dwar dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-anqas żviluppi partikolari dwar dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma li diġà saru diskussjonijet mal-privat biex l-iskola primarja tal-Gvern ta' San Pawl il-Bahar tgħaddi għand il-privat? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru rċeviex xi rakkmandazzjonijiet partikulari dwar din il-possibilità mingħand is-settur privat u mingħand il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ma saru l-ebda diskussjonijiet biex l-iskola primarja tal-Gvern ta' San Pawl il-Baħar tgħaddi għand il-privat u ma saret l-ebda rakkomandazzjoni mis-settur privat f'dan is-sens.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li rrefera għalih is-Segretarju Parlamentari fl-istqarrija numru 2692 maħruġa mid-DOI?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub mill-Onor. Interpellant.
In-Naxxar — Grawnd tal-Futbol ta’ Naxxar Lions - kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-grawnd tal-futbol ta’ Naxxar Lions wara li dawn kellhom kuntratt iffirmat mal-Kunsill Malti għall-Isport? Huwa minnu li l-Gvern qed jikkunsidra li jbiddel is-sit minn fejn għalih oriġinarjament kienu ġew ippreparati anke l-pjanti u saħansitra kienu tressqu anke quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ta’ fejn kellu jsir dan il-grawnd?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li minħabba l-impatt negattiv li dan is-sit jista' jkollu fuq l-ambjent tal-madwar, għaddejjin laqgħat ħalli wieħed jara jekk jistax jinstab sit alternattiv li jkollu inqas impatt ambjentali negattiv.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li għaddejjin trattattivi ma’ investituri barranin sabiex f’pajjiżna tinbena shooting range ġdida? Jekk iva, jista’ jgħid min huma dawn l-investituri u minn liema pajjiż ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li mhumiex għaddejjin trattativi ma' investituri barranin.
Jista’ l-Ministru jgħid liema siti qed jikkunsidra l-Gvern differenti minn dawk kkunsidrati mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex fuqhom jiżviluppa l-bini ta’ trakka għall-motor sports?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika liema siti kien qed jikkonsidra l-gvern preċedenti.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt mogħti liċ-Chairman il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-lum m'hemm ebda kuntratt iffirmat bejn il-persuna ndikata minnu u l-gvern.
Kunsill Malti għall-Isport – Chairman — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk iċ-Chairman il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport ingħatax konsulent għad-dispożizzjoni tiegħu? Jekk iva, min hu dan l-individwu u kemm hi l-paga tiegħu u ħlasijiet oħra li se jkun qed jingħata?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6362, jista' l-Ministru jgħarraf il-Kamra:
a) min kien eliġibbli taħt din l-iskema;
b) il-kriterji li ntużaw biex issir l-għażla ta' dawn il-persuni;
c) meta ħarġu l-applikazzjonijiet imsemmija fit-tweġiba; u
d) kemm ġew ippustjati persuni taħt din l-iskema minn Malta u minn Għawdex separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:
a) kienu eliġibbli għal din l-iskema persuni b’diżabilita’ li isimhom kien qiegħed fuq ir-reġistru tal- persuni b’ diżabilita’ tal- ETC u li kienu ilhom jirreġistraw fuq l-ewwel jew it-tieni parti tar- reġistru għal tal-anqas sitt xhur;
b) l-għażla saret mill-Kunsilli Lokali nfushom mill-lista li tkun intbagħtet mill-ETC, lilhom;
c) l-applikazzjonijiet għal din l-iskema ħarġu fl-24 ta’ Settembru 2012; u
d) b’kollox 20 persuna b’diżabilita’ ġew ippustjati taħt din l-iskema - 14 f’Malta u 6 f’Għawdex.
Problema ta’ obeżità – ħidma dwar nutrizzjoni fl-iskejjel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4313 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li f’Malta u f’Għawdex għandna problema ta’ obeżità, jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux servizzi professjonali ta’ nutrizzjoni fl-iskejjel? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet dwar tagħrif dwar in-nutrizzjoni fl-iskejjel u jekk jeżistux lezzjonijiet fin-nutrizzjoni għall-istudenti kollha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni għandu diversi ħidmiet li jiffokaw fuq is-saħħa li, bla dubju, jindirizzaw fl-istess waqt il-problema tal-obeżità. Dan id-Direttorat jaħdem id f’id mad-Direttorat tas-Saħħa. Fil-fatt, hemm bordijiet imwaqqfa bejn iż-żewġ Direttorati biex jintlaħaq dan il-għan.
Wieħed minn dawn il-Bordijiet għadu kif għamel rakkomandazzjonijiet għal reviżjoni fuq id-Dokument tal-
Healthy Eating Lifestyle Policy
(HELP). Dan id-dokument, li qiegħed fuq is-sit elettroniku tad-Direttorati tal-Edukazzjoni, jinkludi fost informazzjoni oħra, lista ta’ ikel u xorb li hu permess jew mhux permess li jinbiegħ mit-
tuck shops
li hemm fl-iskejjel. Il-Kapijiet tal-iSkola huma responsabbli li jaraw li dan qed ikun imħares bl-akbar serjeta’ u li l-ikel u x-xorb għall-bejgħ fit-
tuck
shops
ikunu dejjem skont dawn il-parametri stabbiliti.
Fi ħdan l-iskejjel jeżistu wkoll
Healthy Eating Committees
li l-ħidma tagħhom hi li jiffokaw fuq l-istess għan. Dan l-aspett importanti hu wkoll rifless fl-
Staff Development Plans
(SDP) tal-iskejjel.
It-tagħlim ta’ suġġetti bħal
Physical Education
, il-
Home Economics
u l-
Personal Social Development
huma mmirati li jolqtu bl-iżjed mod dirett u effettiv il-ħarsien u ż-żamma tas-saħħa tal-individwu. It-tagħlim tal-
Home Economics
fl-iskejjel sekondarji jipprovdi firxa ta’ esperjenzi ta’ tagħlim wiesgħa, inkluz dawk prattiċi, fuq it-temi ta’ Saħħa, Ikel u Nutriment, dejjem kollox marbut mal-Linji Gwida tad-Dieta Nazzjonali.
Hemm ukoll il-ħidma tal-
Home Economics Seminar Centre
(HESC) li jifforma parti mid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Dan iċ-ċentru jorganizza seminars u esperjenzi oħra ta’ tagħlim prattiku fuq is-saħħa, l-ikel u n-nutriment għat-tfal tal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. Għal xi
seminars
jiġu mistiedna jattendu il-ġenituri tal-istess tfal. Studji u riżultati evalwattivi juru bis-sħiħ l-importanza ta’ ħidma f’dan ir-rigward.
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-
National Curriculum Framework for all 2012
(NCF) qed jinkludu aspetti tal-
Home
Economics
kif ukoll tal-
Physical Education
biex jifformaw parti integrali mis-suġġett ġdid tal-
Physical Health Education
(PHE) li ser jiġi offrut lill-istudenti kollha mis-sena skolastika li jmiss.
L-għan ewlieni hu li kull student jiġi espost għall-esperjenzi ta’ tagħlim prattiku li jenfasizzaw l-importanza tal-eżerċizzju fiżiku u t-tagħlim fuq l-ikel, in-nutriment u s-saħħa.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Whistleblowing Reporting Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-persuna li ġiet appuntata bħala Whistleblowing Reporting Officer fil-Ministeru tiegħi hija l-Legal Advisor fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Dr Charmaine Cristiano.
Università ta’ Malta – Istitut tas-Sistemi Ambjentali – korsijiet mingħajr lecturers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex studenti minn diversi korsijiet tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali (Institute of Earth Systems) tal-Università għadhom mingħajr lecturers għal numru ta’ study units minkejja li l-ewwel semestru wasal f’nofsu? X’qed jistenna l-Kunsill tal-Università biex jaħtar lecturers ġodda f’dan l-istitut wara li l-lecturer li kien hemm ma kellux il-kuntratt tiegħu mġedded?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mhux minnu li korsijiet tal-Istitut tas-Sistemi Ambjentali tħallew bla lecturers. Individwu li kien diġà qed jgħallem erba’ study-units iddeċieda illi jieqaf minkejja li kien diġà leħaq għallem żewġ terzi mis-sigħat dovuti. L-Istitut jassigura u jiggarantixxi li l-istudenti ma ser jitilfu xejn mit-tagħlim li huma intitolati għalih.
Gozo Football Association klabbs tal-futbol Għawdxin — pagamenti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5895, jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-2013 sal-lum sarux pagamenti lill-Gozo Football Association u l-klabbs tal-futbol Għawdxin u jekk saru, kemm kienu dawn il-pagamenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li matul l-2013 sal-lum ma sarux pagamenti. Kif ingħad fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 5895, hekk kif il-Gozo Football Association tressaq l-invoices, jibda l-proċess biex isiru l-pagamenti.
Autistic Spectrum Disorder – allokazzjoni ta’ learning support assistant
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tfal statemented li għandhom l-Autistic Spectrum Disorder humiex kollha allokati learning support assistant?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li sal-25 ta' Novembru 2013 it-tfal statemented li għandhom l-Autistic Spectrum Disorder huma kollha allokati Learning Support Assistant.
L-Istatementing Moderating Panel dejjem jirrakkomanda Learning Support Assistant fil-każ ta' tfal bl-Autistic Spectrum Disorder
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2177, fejn fir-risposta tiegħu l-Ministru kien qal illi l-Gvern għadu kommes li jkompli l-iskema dwar impjieg ta' persuna b'diżabilità,u peress li fid-diskors tal-baġit għas-sena 2014 ma hemmx referenza għal dawn it-tipi ta' impjiegi, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li fir-rigward tal-iskema msemmija, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, li taqa' taħt il-Ministeru tiegħi, laqgħet l-applikazzjonijiet u ppustjat lill-persuni eliġibli. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-politika dwar persuni b'diżabilita` taqa' taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin minn liema programm ġejjin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bħalissa l-Gvern qiegħed f'negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta' Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess li l-Awtorità ta' Ġestjoni tibda toħroġ is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Peress li fil-lokalità tas-Swieqi qed jiġu pprattikati diversi dixxiplini sportivi bħal football, rugby, handball, basketball, u atletika, fid-dawl li din il-lokalità m’għandhiex faċilitajiet sportivi, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-lokalità hux se tingħata faċilitajiet sportivi f’Pembroke? X’faċilitajiet sportivi se jingħataw lid-diversi għaqdiet sportivi ta’ din il-lokalità? Meta hu programmat li dawn il-faċilitajiet sportivi jgħaddu għand dawn l-għaqdiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kuntrarju għal li qed jgħid, il-lokalità tas-Swieqi għadha kif ingħatat grawnd tal-futbol ġdid.
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jgħid għal liema faċilitajiet sportivi f'Pembroke qiegħed jirreferi u li jistgħu jingħataw lill-għaqdiet sportivi tas-Swieqi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — tender/direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tliet tabelli dwar ix-xogħol li ngħata mill-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet diversi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant għall-perjodu msemmi fil-mistoqsija, kif ġej:-
Tabella 'A' Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Tabella 'B' Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Tabella 'C' Kunsill Malti għall-iSport
Jista’ l-Ministru jgħid jekk studenti li jattendu skola tal-Gvern jridux jħallsu huma ghat-trasport meta jkun hemm xi attività organizzata mill-iskola stess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li għall-ħarġiet organizzati mill-iskola normalment iħallsu l-istudenti. Ġieli jkun hemm attivitajiet li t-trasport ikun imħallas. Jekk hemm studenti li għal raġuni valida ma jistgħux iħallsu, is-soltu l-iskola toħroġ il-ħlas hi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern preżenti għadux jirrikonoxxi il-memorandum of understading li l-Gvern preċedenti kien iffirma mal-football club ta’ Birżebbuġa, St. Peters FC dwar l-immaniġjar tal-grawnd tal-futbol li x-xogħol preparatorju fuqu kien sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti u x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq l-istess grawnd se jibda fil-futur qarib?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-memoranda of understanding li ġew iffirmati lejliet l-aħħar elezzjoni qed jiġu studjati każ każ biex wieħed jara x’jagħmel sens u jekk hemmx xi intoppi li ma kienux ġew ikkunsidrati bl-għaġġla biex jiġu ffirmati wegħdiet mingħajr ma ġew allokati fondi finanzjarji.
Fil-każ tal-Klabb tal-Futbol ta' Birzebbuġa, ix-xogħol preparatorju u x-xogħol ta’ kostruzzjoni beda taħt din l-amministrazzjoni u ġew ivvutati flus għall-proġett.