Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-blockage ta' drenaġġ li hemm f'Ras il-Ħobż limiti ta' Għajnsielem, f'Għawdex għadu ma ssewwiex minkejja li issa d-drenaġġ ilu ħiereġ ġol-baħar għal iktar minn ġimgħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol biex jitneħħa l-'blockage' inbeda pero kellu jiġi pospost minħabba l-maltemp li kien qiegħed jikkaġuna periklu kbir għall-ħaddiema.
Ix-xogħol sejjer jitkompla immedjatament meta t-temp ikun jippermetti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk meta persuna tispiċċa minn ambaxxatur iżżommx id-dritt li tuża l-VIP Lounge ta' l-ajruport u li tiġi upgraded fuq il-vjaġġi ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-impjegati ta' l-Air Malta kellhom tnaqqis fis-salarju sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf, mhux l-istess fil-każ ta' barrani li għandu salarju fenomenali - in-nazzjonalita' qed tintbagħat separatament - li għadu fil-kariga mingħajr ma nstabet persuna oħra li tista' tagħmel l-istess xogħol b'anqas spejjeż?
X'ammont ġie mnaqqas mis-salarju jew allowances ta' l-istess persuna sabiex jagħmlu tajjeb għad-diffikultajiet li l-kumpannija għandha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Konsulenti
Question
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji joperaw u kemm kien id-daqs tal-workforce fl-oqsma industrijali ta' Bulebel, Kordin, Marsa, Ħal Far, Imrieħel, San Ġwann, Ħal-Luqa, Mosta u Xewkija f'Diċembru 1999, Diċembru 2000, Diċembru 2001, Diċembru 2002, Diċembru 2003 u Diċembru 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-interpellenza numru 10597, għal Jannar 2005.
Peress illi informazzjoni simili ma tinżammx, mhuwiex prattikabbli li tingħata għas-snin 1999-2004.
Jista' il-Ministru jara fiex wasal il-file dwar drenaġġ li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament u li jinsab il-legal office tal-Water services corporation? Jista' jara jekk hux se jiġi approvat u meta, peress li l-familja li applikat ma tistax tidħol f'din ir-residenza mingħajr dan is-servizz u tinsab fl-aħħar ġranet li jagħlaq il-kuntratt ta' fejn toqgħod?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Wara li jidher li falla kull tentattiv ieħor, jista' il-Ministru jara li arblu tad-dawl li qiegħed f'nofs it-triq b'mod perikoluż, preċiżament quddiem id-dar bl-isem "Madonna ta' Pinu" fi Triq Bubaqra, fiż-Żurrieq jinqala' u jitwaħħal f'post fejn ma jkunx ta' periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħol meħtieġ għandu jsir kif tingħata l-linja tat-triq.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10660 u cioe' jara, stante li l-uffiċjali nkarigati daparti ta' l-Enemalta mhux qegħdin joffru l-ebda spjega suffiċjenti, x'inhi r-raġuni li l-kont tal-persuna anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qiegħed ta' kull darba jkun eżorbitanti avolja m'għandhom l-ebda element li jistgħu jikkontribwixxu għal tali kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10727 u cioe' jista' jagħti konferma li qegħdin jitħarsu strettament l-obbligi tad-Data Protection Act fejn jidħlu e-mails u dokumenti oħra li jintbagħtu jew jaslu fuq l-apparat taħt il-kontroll tal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10657 u cioe' jgħid il-financial statements and reports ta' PBS Ltd. għas-sena 2003 meta mistennija jkunu available mingħand ir-registrar of companies?
Tista' titqiegħed kopja ta' dawn l-accounts fuq il-mejda tal-Kamra flimkien ma' l-accounts għas-sena 2004, jekk dawn ukoll huma lesti u approvati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-financial statements and reports ta' PBS Ltd għas-sena 2003 mistennija jkunu reġistrati għand ir-Registrar of Companies fi żmien gimgħatejn oħra.
L-Accounts għas-sena 2004 għadhom m'humiex auditied.
B'riferenza għad-diversi mistoqsijiet li saru mill-Interpellant dwar tickets tal-Gozo Channel b'xejn u priority boarding lill-morda, in vista tal-fatt li l-Minsitru diversi drabi tenna li talbiet simili jridu jiġu sostnuti b'ċertifikati, jista' jgħid għaliex il-persuna - dettalji dwarha u ċ-ċertifikat tagħha qed jintbagħtu separatament - ġiet rifjutata t-talba tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-aħħar komunikat bil-miktub li l-Kumpannija Gozo Channel kellha mal-persuna ndikata kien fil-5 ta' Novembru 2004 fejn kienet ingħatat biljett ta' karozza u driver tlett darbiet fil-ġimgħa bla ħlas b'effett mill-1 ta' Diċembru 2004 sal-31 ta' Jannar 2005. Kien ingħatalha ukoll priority boarding.
Fl-istess komunikat din il-persuna kienet mitluba tipprovdi ċ-ċertifikati neċessarji mill-isptar sabiex tkun tista' tibqa tingħata din l-l-għajnuna wara l-31 ta' Jannar 2005.
Wara din id-data, l-Kumpannija Gozo Channel ma rċeviet l-ebda talba oħra mingħand din il-persuna.
Jista' il-Ministru jara li arblu tad-dawl li jinsab 'il barra fit-Triq tal-Barrani, limiti taż-Żejtun, wara li saru xogħlijiet marbuta mat-traffic lights ġodda, jitneħħa għaliex huwa ta' periklu u anke għaliex diġa' twaħħal arblu ieħor li jinsab aktar 'il ġewwa kif suppost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta saru l-konsultazzjonijiet mal-bdiewa, il-kunsill u komunitajiet tal-Mellieħa dwar l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ li l-gvern se jiżviluppa fil-Mellieħa?
Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti fejn se jsir dan l-impjant?
Kemm mistenni jdum jinbena sakemm jitlesta kompletament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-konsultazzjonijiet dwar l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ s'issa saru permezz ta' distribuzzjoni ta' studju preliminari ta' impatt ambjentali li kien tlesta f'Ġunju ta' l-2001. L-imsemmi studju tqassam lil diversi korpi kostitwiti fosthom il-kunsill lokali tal-Mellieħa u l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u għall-Ambjent li ġew mitluba jgħaddu il-kummenti tagħhom lill-MEPA.
Wara li sar dan f'Novembru 2003 il-MEPA kienet talbet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tressaq is-sit ta' l-impjant u bħalissa il-Korporazzjoni qegħda fil-proċess li taġġorna ir-rapport oriġinali biex jirrifletti it-tibdil tas-sit fl-inħawi magħrufa bħala iċ-Ċumnija.
Kopji ta'pjanta li turi fejn hu propost li jsir l-impjant qed jiġu mqegħda fuq il-mejda tal-kamra. L-impjant mistenni jitlesta sa Settembru ta' l-2006.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Safar
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10310 u cioe' jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid jeżistix inventarju ta' l-għodod li kienu jappartjenu lill-Medigrain? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 7303.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamnetari 10462 u cioe' jgħid kemm hemm ħaddiema bħalissa fil-PBS skond ir-rank u d-dipartiment tagħhom? Kemm ġie jiswa lill-gvern u lill-PBS il-proċess ta' ristrutturar tal-kumpannija? Kemm hemm kontributuri u part-timers mal-PBS bħalissa? Kemm qed tlaħħaq l-ispiża totali tal-kontributuri bħalissa kif ukoll tal-programmi li qed jiġu farmed out, possibbilment skond il-qasam rispettiv tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.