Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jingħataw tweġiba l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż dwar ħruġ ta' visas fuq bażi regolari lill-persuni ġejjin minn pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea, fosthom l-Asja, bħaċ-Ċiniżi, li jridu jiġu fostna jitgħallmu l-Ingliż?
Response (BORG, TONIO)
Se jittieħdu dalwaqt deċiżjonijiet dwar din il-materja li jiġu komunikati lill-persuni interessati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanta li kienet flimkien mas-sejħa għat-tender 33, immarkata P.D.2005-29 u kopja ta' l-istess tender maħruġ fil-25 ta' Frar?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 25 kopja tat-tender Numru 33 maħruġa mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern fil-25 ta' Frar 2005 flimkien mal-pjanta relattiva, kif ukoll kopja waħda kompluta bil-permess tal-MEPA.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rapportati lill-pulizija f'Santa Venera kull sena mill-2001 sa l-2004, reat, reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-reati kriminali irrapurtati lill-Pulizija fil-limiti ta' Sta Venera matul is-snin 2001-2004, skond l-istatistika miżmuma mill-Pulizija, kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jingħataw permessi mill-pulizija għall-amplified music wara l-11.00 p.m.? Kemm fil-fatt ingħataw matul l-ewwel tliet xhur tas-sena u fejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju msemmija, m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsilli lokali — Parking areas għal persuni b'diżabilita'
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' parking places li għandhom allokati għall-persuni b'diżabilita' il-kunsilli lokali ta' Malta? Tista' tagħtina breakdown tagħhom, lokal lokal?
Response (BORG, TONIO)
Peress illi dawn l-ispazji riservati jingħataw mill-Awtorita' dwar it-Trasport fuq talbiet speċifiċi lill-Awtorita' dwar it-Trasport, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' abbuż kommess minn uffiċjali u membri tal-korp tal-pulizija fuq persuni oħra kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? X'kien l-allegat abbuż? Kemm minn dawn saru fuq membri tal-korp minn membri oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew membri tal-korp tal-pulizija kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għaliex? Kemm telqu minn jeddhom fl-istess żmien u x'rank kellhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 10 membri li tkeċċew mill-Korp tal-Pulizija wara li kienu nstabu ħatja ta' reati kriminali, filwaqt li 6 oħra tneħħew fl-interess pubbliku.
Jista' il-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni għall-mistoqsija parlamentari 11182 u cioe' kemm kien in-numru ta' żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena li tressqu l-qorti matul is-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Kemm minnhom kienu taħt is-16-il sena li tressqu l-qorti fl-istess perjodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kompjuterizzata tat-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, fuq bażi ta' jum partikolari, kemm jammontaw l-ulied dipendenti tal-ħabsin? Jista' jgħid kemm minn dawn id-dipendenti huma minorenni u kemm jinsabu fl-istituti tal-kura għat-tfal?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kunsill lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, Malta għandu l-assi tiegħu ffriżati? Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni ta’ dan? X’passi se jittieħdu kontra l-kunsill?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma huwiex minnu li l-assi tal-Kunsill Lokali Ħaż Żebbuġ huma ffriżati. Għar-rigward it-tieni u t-tielet domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmilhom lill-Kunsill Lokali msemmi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif żviluppatur privat li qiegħed jiżviluppa art li tagħti minn Triq Amleto Spiteri għal Triq San Franġisk, Ħal Qormi se jiżviluppa biċċa art li sal-lum tagħmel parti mit-triq u allura meqjusa bħala proprjeta' pubblika? Dan skond Notice PL0015/15 u petizzjoni mir-residenti ta' Triq San Franġisk li qed jintbagħtu separatament.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hija l-MEPA li tawtorizza ċaqliq fl-alignment ta' toroq. Meta l-MEPA tawtorizza ċaqliq fl-alignment b'tali mod li tittieħed xi parti minn triq li tkun ikkunsidrata bħala tal-Gvern allura l-iżviluppatur ikkonċernat ikun meħtieġ li jagħmel talba lit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern sabiex jixtri l-art in kwistjoni u dan wara sejħa għall-offerti. Ovvjament qabel ma jsir dan l-iżviluppatur ma jkollu l-ebda dritt legali li jaħtaf din l-art anke jekk ikollu l-permess ta' żvilupp mingħand il-MEPA, u jekk jagħmel dan l-istess permess tal-MEPA jirrendi ruħu invalidu. Sal-lum it-Taqsima ma jidhirx li rċeviet xi applikazzjoni biex tiġi akkwistata xi art tal-Gvern fi Triq San Franġisk jew Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk l-art fir-Ramla tal-Bir, fil-Marfa ngħatatx lill-privat jew le sabiex jiżviluppa private beach jew lido? Jista' jgħid lil min ġiet mogħtija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma jirriżultax li xi art tal-Gvern fir-Ramla tal-Bir fil-Marfa ingħatat sabiex jiġi żviluppat private beach jew lido, ħlief għal dik il-parti tal-Gvern li pjanta tagħha qed tiġi mehmuża ma' din it-tweġiba, u li ilha mogħtija għal skop turistiku għal dawn l-aħħar 37 sena.
Billi persuna li ma kellix liċenzja biex tuża arma tan-nar tħalliet mill-pulizija tittrenja u tispara u anke tirrappreżenta lil Malta fi sparar meta din ma kelhiex liċenzja, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex dan tħalla jsir? Billi dan tħalla jispara minn meta kellu għaxar snin, jidhirlu l-gvern li l-eta' ta' l-isparar fuq Range għandha tiġi minn għaxar snin 'il fuq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li l-Pulizija tat xi permess kif indikat mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi fl-Att il-ġdid dwar l-Armi ser ikunu proposti tibdiliet sabiex f'każijiet speċjali tkun tista' tingħata liċenzja lil żgħażagħ taħt it-18-il sena iżda li jkunu għalqu 16-il sena, għal ġarr u pussess ta' armi li jintużaw għall-isparar bħala sports. Ovvjament dan ikun taħt salvagwardji meħtieġa sabiex ma jsirux abbużi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir xi ħaġa sabiex proprjeta' mibnija fuq art bit-titlu ta' possession and use tkun tista' tinxtara mill-inkwilin?
Response (BORG, TONIO)
Il-bejgħ ta' postijiet li jinsabu fuq proprjeta' li ġiet akkwistata bit-titolu ta' possession and use jista' jsir billi t-titolu jinfeda skond l-Emenda tal-Kapitolu 88 tal-Ordinanza dwar Akkwist ta' Proprjeta' għall-Skopijiet Pubbliċi li ġiet fis-seħħ f'Marzu 2003.
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed fil-proċess li jifdi numru ta' proprjetajiet taħt possession and use.
Peress li ftit tas-snin ilu sar xogħol ta' restawr fuq il-mina ta' Sta. Liena Bormla u ngħatat dehra kif jixirqilha, jaħseb il-Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li din tingħalaq u ma tibqax tiġi abbużata peress li saret qisha garaxx fejn jissewwew il-karozzi?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Membru jagħmel id-domanda parlamentari lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jilqa' it-talba tar-residenti ta' Għar Barka fir-Rabat li ffirmaw il-petizzjoni li kopja tagħha qed tintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 995 u Nru 4779.
Jista' jekk jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-kunsilli lokali kollha f'Malta u Għawdex li tinkorpora fiha l-indirizzi, it-telefon, il-fax u l-e-mail address tagħhom, kif ukoll l-ismijiet tas-sindki u s-segretarji esekuttivi?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid u jispjega r-raġuni li ħa d-dipartiment ta' l-artijiet (File L578/70) u dan sabiex jiżgombra lill-persuna li d-dettalji dwarha u dwar il-fond qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fond in kwestjoni mhux qiegħed jiġi użat għall-iskop li ġie mikri għalih u minkejja li d-Dipartiment tal-Artijiet ilu għal żmien twil jikkomunika mal-inkwilin rigward dan, huwa xorta waħda baqa' juża l-fond għall-iskop differenti minn dak li ġie mikri għalih. Fil-bidu ta' din is-sena l-inkwilin ġie infurmat illi l-kirja mhux ser tiġġedded wara l-31 ta' Marzu 2005 u ġie mitlub biex ibattal il-fond u jikkonsenja ċ-ċwievet jew inkella jittieħdu passi legali kontrih inkluż dak ta' żgumbrament.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti matul April 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul April 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 64 każ ta’ serq.
Hold up1
Pick Pocketing25
Snatch & grab12
Serq minn dgħajjes3
Serq ta’ dgħajjes2
Serq ta’ karozzi64
Serq minn karozzi320
Serq minn residenzi94
Serq minn barijiet / lukandi47
Serq minn xtajtiet1
Serq minn fabbriki8
Serq minn ħwienet28
Serq ieħor248