Jista' il-Prim Ministru jgħid matul l-2004 kemm kienet is-somma globali li d-dipartiment tat-taxxi interni ħallas lit-taxpayers bħala refunds tat-taxxa ta' l-income?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul l-2004, tħallsu Lm13,840,436 f’refunds ta’ taxxa.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 10711 u 11175 u cioe' jgħid x'kien il-prodott gross domestiku ta' pajjiżna fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 u jispjega x'ikkontribwixxa biex kull sena tela' jew niżel? F'liema qasam tela' u niżel? Jista' jagħti mill-1999 sas-sena 2002 x'kien il-GDP ta' Malta meta mqabbel mal-medja ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Prodott Gross Domestiku (GDP) ta’ pajjiżna, ibbażat fuq is-sistema Ewropea (ESA95), beda jinħadem mis-sena 2000 ’l hawn. Għaldaqstant figuri ta’ l-1999 b’dis-sistema għad m’hemmx. Għalhekk il-GDP huwa kif ġej (f’miljuni ta’ Liri Maltin):
2000
1,668.1
2001
1,694.3
2002
1,741.6
Iż-żidiet fl-2001 u fl-2002 kienu dovuti l-iktar għaż-żidiet fis-settur ta’ servizzi oħra, inkluż servizzi governattivi, kif ġej (f’miljuni ta’ Liri Maltin):
2000
2001
2002
Agrikoltura u sajd
35.0
39.4
39.8
Industrija, inkluż l-enerġija
393.9
343.8
351.1
Kostruzzjoni
60.1
68.2
70.5
Wholesale/Retail Trade
,
Lukandi u Ristoranti, u
Trasport u Komunikazzjoni
450.5
454.9
440.2
Servizzi finanzjarji
249.2
258.9
262.4
Servizzi oħra
337.7
374.0
398.5
Financial Intermediary Services Indirectly Measured (FISIM)
(51.1)
(54.9)
(54.1)
Value added, gross
1,471.4
1,484.4
1,508.4
Fl-agrikoltura u s-sajd, fil-kostruzzjoni, fis-setturi tas-servizzi finanzjarji, u fis-settur ta’ servizzi oħra, kien hemm żidiet kemm fl-2001 (fuq l-2000) u kemm fl-2002 (fuq l-2001). Fl-industrija (inkluż l-enerġija) kien hemm tnaqqis fl-2001 u żieda fl-2002. Fil-Wholesale and retail trade, lukandi u ristoranti, u transport u komunikazzjoni kien hemm żieda fl-2001 u tnaqqis fl-2002.
Il-GDP mqabbel mal-medja ta’ l-Unjoni Ewropea jinħadem mill-Eurostat, l-Uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea għall-istatistika. Skond il-Eurostat (News Release 13/2005), il-GDP ta’ Malta meta mqabbel mal-medja ta’ l-Unjoni Ewropea, bejn l-2000 u l-2002 huwa ta’ 75.9%.
Jaħseb il-Prim Ministru li wasal iż-żmien li l-gvern jifli sewwa l-istrutturi li għandu pajjiżna biex jevalwaw il-miżuri, proposti, regoli fiskali, ambjentali u ta' saħħa, kondizzjonijiet tax-xogħol, fost l-oħrajn, li ġejjin mill-obbligi tagħna bħala membri fl-Unjoni Ewropea biex jibdew jaraw sew l-impatt tagħhom fuq il-qasam turistiku? Jaħseb li s'issa m'għandhiex dawn l-istrutturi meħtieġa peress li l-Unjoni Ewropea nnifisha nieqsa minn dawn l-istrutturi u aħna kulma għamilna s'issa rreplikajna l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea fix-xogħol ta' skrutinju tagħna fid-delegazzjoni Maltija fi Brussel u fil-working committees tal-parlament u għalhekk it-turiżmu huwa nieqes minnhom, minkejja li hemm dak li joħroġ mill-Unjoni Ewropea spiss jaffettwa l-qasam turistiku, qasam ewlieni għall-impjiegi u l-ġid f'pajjiżna u bħalissa dan l-impatt mhux qed jiġi skrutinizzat b'mod adegwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11174.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet meta persuna titlef id-dritt tal-vot?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kundizzjonijiet meta persuna titlef id-dritt tal-vot huma elenkati f’Artikolu 85 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Minbarra dan, jekk persuna ma jkollhiex il-kwalifiki ta’ ċittadinanza, età u residenza f’Malta kif stipulat f’Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni, din il-persuna ma tkunx kwalifikata biex tkun jew tibqa’ reġistrata bħala elettur.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10525 u cioe' jgħid jekk jaħsibx li wasal iż-żmien li l-gvern jifli sewwa l-istrutturi li għandu pajjiżna biex jevalwaw il-miżuri, proposti, regoli fiskali, ambjentali u ta' saħħa, kundizzjonijiet tax-xogħol, fost l-oħrajn, li ġejjin mill-obbligi tagħna bħala membri fl-Unjoni Ewropea biex jibdew jaraw sew l-impatt tagħhom fuq il-qasam turistiku? Jaħseb li s'issa m'għandhiex dawn l-istrutturi meħtieġa peress li l-Unjoni Ewropea nnifisha nieqsa minn dawn l-istrutturi u aħna kulma għamilna s'issa rreplikajna l-istrutturi ta' l-Unjoni Ewropea fix-xogħol ta' skrutinju tagħna fid-delegazzjoni Maltija fi Brussel u fil-working committees tal-parlament u għalhekk it-turiżmu huwa nieqes minnhom, minkejja li hemm dak li joħroġ mill-Unjoni Ewropea spiss jaffettwa l-qasam turistiku, qasam ewlieni għall-impjiegi u l-ġid f'pajjiżna u bħalissa dan l-impatt mhux qed jiġi skrutinizzat b'mod adegwat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11174.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004, kemm kien il-bilanċ f'ċifra ta' flus tal-bolla ta' l-NI li baqa' ma tħallasx lid-dipartiment tat-taxxi interni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba hija din:
a) L-Ewwel Klassi (Impjegati): Lm11,846,946
Dan l-ammont ikopri s-snin 1998 u 2003. L-informazzjoni għall-2004 tkun magħrufa meta jidħlu dokumenti ta’ l-aħħar tas-sena mingħand l-employers.
b) It-Tieni Klassi (Jaħdmu għal Rashom): Lm13,501,344
Dan l-ammont ikopri s-snin 1998 u 2004 u jinkludi stimi maħruġa mill-Kummissarju. Minn dan l-ammont iridu jitnaqqsu l-
credits
li l-kontributuri kienu ntitolati għalihom skond il-liġi tas-sigurtà soċjali.
Ta’ min isemmi li dawn il-bilanċi jirrappreżentaw medja ta’ 2.82 fil-mija tad-dħul totali mill-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali matul is-snin imsemmija.
Fil-preżent, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huma l-pagamenti pendenti li għandha mad-dipartiment tat-taxxi interni it-Tarzna tal-Marsa?
Kemm minn din iċ-ċifra ta' flus dovuti huma tal-NI u kemm taxxa u VAT separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Għar-rigward tad-Dipartiment tal-VAT, it-Tarzna tal-Marsa m’għandhiex VAT dovuta lil dan id-Dipartiment.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm kien il-bilanċ ta' flus tat-taxxa ta' l-income li baqa' ma tħallsux lid-dipartiment tat-taxxi interni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-bilanċ tat-taxxa fuq l-income huma dawn:
a) Sas-sena ta’ stima 1998: Lm129,311,138
Dan l-ammont jinkludi
assessments
ex-officio
li għadhom qed ikunu kkontestati mit-
taxpayers
. Huwa stmat li ammont ta’ madwar Lm35 miljun se jkun attwalment dovut u li jistgħu jinġabru.
b) Bejn is-snin 1999 u 2004: Lm127,560,897
Dan l-ammont jinkludi Lm113,616,412 taxxa u multi stmati mill-Kummissarju minħabba li ma jkunx intbagħat il-prospett tat-taxxa tas-sena. Huwa stmat li madwar Lm15-il miljun huma attwalment dovuti.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm kien il-bilanċ tal-ħlas tat-taxxa tal-VAT li baqa' ma tħallasx lid-dipartiment tat-taxxi interni mit-taxpayers lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ma kellux ħlasijiet tat-taxxa tal-VAT dovuta fil-2004 għad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul is-sena 2004 kemm kien il-bilanċ tar-refunds lit-taxpayers tat-taxxa ta' l-income li għandu jirrifondi l-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammont totali ta’ refunds li għandu jħallas id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, inkluż l-ammont ta’ madwar Lm9 miljun li għadhom mhux dovuti skond il-liġi, hu ta’ Lm24,645,383.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' minn barranin is-sena l-oħra? Minn liema pajjiż kienu dawn il-barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tagħrif li diġà ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 9106.
Għar-rigward tax-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2004, ingħataw mija u erba’ (104) permessi għal xiri ta’ proprjetà minn barranin. Iċ-ċittadinanza ta’ dawn ix-xerrejja tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern s'issa mill-eco-tax u jagħti breakdown fuq liema oġġetti saret it-taxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-EKO Kontribuzzjoni kien kif ġej:
minn Settembru 2004 sa Diċembru 2004 - Lm370,844.57
Jannar 2005 - Lm 26,741.04
Total - Lm397,585.61
Is-somma ta’ Lm397,585.61 tinkludi EKO Kontribuzzjoni fuq dawk il-prodotti li jidhru f’avviż legali numru 28/2005. Rigward tat-tieni parti tad-domanda, is-sistema preżenti qed tiġi modifikata sabiex fil-futur id-Dipartiment ikollu breakdown tal-HS Codes tal-prodotti li fuqhom tkun tħallset EKO-Kontribuzzjoni.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'refunds il-gvern fuq taxxa tad-dħul għas-sena 2003? Meta se jibdew jirċievu dawn il-flus it-tax payers u jekk humiex se jieħdu l-flus lura bl-imgħax?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammont dovut f’refunds għas-sena 2003 huwa ta’ Lm6,697,333. Skond il-liġi dawn ir-refunds iridu jitħallsu fi żmien 6 xhur jekk il-formola tkun intbagħtet fil-ħin, jew fi żmien sena jekk tintbagħat wara ż-żmien preskritt mil-liġi. Dawn ir-refunds joħorġu regolarment, iżda jekk id-Dipartiment iħallas wara ż-żmien preskritt mil-liġi dawn jitħallsu bl-imgħax.
Jista' il-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm ġew ippreżentati applikazzjonijiet quddiem l-ombudsman, sena b'sena? Jista' jgħid kemm ġew deċiżi lmenti favur l-applikanti, u dan ukoll sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Jista' jgħid kemm ħallas kumpens f'dawn l-aħħar ħames snin fuq rakkmandazzjoni ta' l-ombudsman?
Jista' jgħid kemm applikaw matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, fejn ġie rakkmandat rimedju lill-applikant u baqa' bla sodisfazzjon?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-rigward ta’ l-ewwel u l-aħħar parti tal-mistoqsija, niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija numru 29674, li tweġiba għaliha ngħatat fl-14 ta’ Novembru 2001AM waqt seduta numru 640.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi l-ammont li tħallas f’kumpens f’dawn l-aħħar ħames snin fuq rakkomandazzjoni ta’ l-Ombudsman f’każijiet li kienu jikkonċernaw l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi huwa ta’ Lm13,994.04.
Informazzjoni rigward ammonti li setgħu tħallsu f’kumpens minn Ministeri oħra f’dawn l-aħħar ħames snin fuq rakkomandazzjoni ta’ l-Ombudsman għandha tintalab lill-Ministeri rispettivi.
Jista' il-Prim Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm hu l-ammont totali ta' premiums li tħallsu fuq assikurazzjoni medika privata bejn l-1998 u l-2003? Barra minn hekk, kemm f'dawk il-flus imħallsa kien hemm persuni assikurati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jogħġbu l-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jindika jekk din il-mistoqsija tirreferix għall-impjegati tad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi jew għall-persuni kollha f’Malta li għandhom xi tip ta’ Assikurazzjoni Medika Privata.
Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji — Estimi sussidjarji
Question
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li wara li skada t-terminu tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, ftit snin ilu l-gvern ħareġ estimi sussidjarji konċernanti kumpens li kien ġie rrakomandat mill-istess kummissjoni?
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont u min kienu n-nies li ġew debitament ikkumpensati u jagħti d-dettalji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-ħaddiema li daħlu mal-gvern qabel is-sena 1979 u kienu impjegati mal-public lotto, u allura fis-sena 1984 bdew jitqiesu bħala self-employed, humiex intitolati għas-somma meta jispiċċaw mix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.