Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni tal-qalb jew/u Thoracic Surgery saret minn kardjoloġista Malti, Mr Albert Manche', u t-team Malti tiegħu kemm ilu li nġieb Malta?
Kemm kienet il-medja ta' pazjenti Maltin li kienu jintbagħtu barra minn Malta għal open heart surgery kull sena, qabel ġie Mr. A. Manche' u kemm hi issa l-medja ta' pazjenti li qed jintbagħtu barra għal open heart surgery kemm ilu hawn Malta dan il-kardjoloġista?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi investigazzjonijiet dwar imwiet li seħħew fl-iSptar San Filep tul ix-xahar ta' Ottubru 1999? X'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Isptar San Filippu kien hemm mewta waħda mill-1 ta' Ottubru 1999 sat-13 ta' Ottubru 1999.
Minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ, l-awtoritajiet ta' l-Isptar San Filippu infurmaw lill-puluzija. Issejjaħ il-Maġistrat ta'l-għassa li min-naħa tiegħu ordna awtopsja u fetaħ inkjesta fuq il-każ. L-investigazzjoni għadha ma ġietx konkluża.
Wara l-mistoqsija parlamentari numru 10135, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għamara oħra li ġiet ordnata għas-swali u ma ssemmietx fil-lista għat-tweġiba li ta l-Ministru rigward għamara fil-general stores?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ġejt żgurat li ma kien hemm xejn aktar ordnat mill-General Stores tal-Isptar San Luqa. Jekk l-Onor. Interpellanta għanda xi informazzjoni nitlobha tagħtihieli biex nivverifika.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li tiġi segwita fir-rigward tan-nurses, nursing officers, deputies and staff nurses, meta jiġu biex jakkumpanjaw pazjent li jkun se jittieħed barra minn Malta għall-kura? Jekk f'dan il-każ teżisti l-proċedura tar-roster, jista'l-Ministru jgħid jekk fiż-żmien ta' bejn Settembru 1998 sal-lum kienx hemm nursing officers, deputies jew staff nurses li telgħu jakkumpanjaw pazjent għal drabi wara xulxin? Min kienu dawn imsemmija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-Nurses u t-tobba li jakkumpanjaw il-pazjenti barra minn Malta għall-kura jintbagħtu skond il-ħtieġa tal-pazjent u normalment mill-istess sala fejn ikun qiegħed il-pazjent.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' mediċini u apparat ieħor ta' kura li bħalissa jinstab nieqes mill-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mediċini li bħalissa huma neqsin mill-ispiżeriji huma dawn li ġejjin bir-raġuni kif jidher għall kull grupp hawn taħt.
A. Il-mediċini li hemm problemi fuqhom mal-manifatturi-suppliers:
1: Vitamin B Complex tabs.
2: Calciferol 0.25mg tabs.
3: Streptomycin inj.
4: Neomycin sulphate tabs.
5: Pancreatin tabs.
6: Rifampicin Syrup
7: Metopropol 50mg tabs.
8: Netilmycin 50mg inj.
9: White soft paraffin
10: Propantheline Bromide tabs.
11: Ergotamine compound tabs.
12. Progestimil powder.
13. Ephedrine 0.5% drops.
14: Ephedrine 1% drops.
15: Mesalazine 400mg tabs.
B: Il-mediċini li hemm żieda drastika fil-konsum tagħhom.
1: Bumetanide 1mg tabs.
2: Sucralfate tabs.
3: Digoxim tabs. 0.0625mg
4: Promethazine inj.
5: Digoxin inj.
6: Isoniazid tabs.
7: Ethosuxamide syrup.
8: Cyclophosphamide tabs 50mg.
C: Il-mediċini li bħalissa hemm talba biex jiġu mħarrsa minn fuq il-formularju. Għaldaqstant dawn ma jitqisux bħala mediċini nieqsa, peress illi dawn mhux ħa jibqgħu jinxtraw.
1: GTN Slow release 6.4mgs.
2: DomperidoneSusp.
3: Chlorpropamide 100mg tabs.
4: Methenolone accetate tabs.
5: Hydrocortisone ointment.
6: Tretinoin cream.
7: Rifampicin 150mg tabs.
8: Cotrimoxazole Paed.
D: Il-mediċini li għandhom konsum eratiku.
1: Conjugated Oestragen cream.
E: Mediċini li mistennija li jaslu matul il-ġimgħa li ġejja.
1: Emollient Bath Additiva
2: Hydrocortisone cream
3: Chloromphenicol eye ointment.
4: Bethamethasone scalp application
5: Crotamiton cream
6: Dithranol Cream 1% to be deleted.
7: Cotrimazole pressaries.
F: Jien infurmat li fid-dipartiment ma hemmx apparat ta` kura nieqes mill-ispiżeriji, tal-gvern.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-użu tal-makna tal-bone density li tinsab fil-gynae out-patients ilhiex bil-ħsara għal dawn l-aħħar erba' xhur? Jekk iva, x'kienet ir-raġuni li tħalliet dan iż-żmien kollu mingħajr ma saru t-tiswijiet sabiex din il-makna tkun tista' terġa' tibda taħdem?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nikkonferma li bone densitometer ilu bil-ħsara għal erba` xhur. Id-difetti ġew identifikati u l-ispare parts neċessarji li kien ilhom ordnati mill-Amerika fid-19-10-99. Ninsab infurmat li qed nistennew konferma ta` data fil-futur qrib sabiex il-kumpanija amerikana tibgħat tekniku minn barra biex isiru it-tiswijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10519 dwar jekk jistax jagħti lista tal-ħlasijiet speċjali u/jew allowances oħra mogħtija wara s-6 ta' Settembru, 1998 lill-uffiċjali fil-ministeru/dekasteru tiegħu għal servizzi mogħtija qabel dik id-data u dan b'deċiżjoni speċifika tal-gvern preżenti, skond kull każ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet f'kull każ għall-ħlasijiet li jsiru/jew saru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Ministru tas-Saħħa ma ta` ebda ħlas speċjali jew `allowance` wara s-6 ta` Settembru 1998 għal servizzi mogħtija qabel din id-data.
Jista' l-Ministru jgħid kull anzjan li daħal Zammit Clapp Hospital kemm daħal direttament mill-komunita' u kemm ġew trasferiti minn istituzzjonijiet oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jista l-Onor. Interpellant jgħid għal liema perjodu ta` żmien jixtieq din l-informazzjoni.
Grazzi.
F'kull każ ta' anzjani li ġew trasferiti mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Zammit Clapp dawn l-aħħar disa' xhur, jista' l-Ministru jindika meta saret iż-żjara mill-ispeċjalista ġejatriku fl-Isptar San Luqa meta ġiet trasferita Zammit Clapp u f'kull każ kemm dam jew damet l-anzjana fl-Isptar Zammit Clapp?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tingabar u tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi diskussjonijiet ma' sptarijiet privati biex ċerti operazzjonijiet isiru f'dawn l-isptarijiet ħalli tittaffa l-pressjoni fuq sptarijiet ta' l-Istat? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji dwar liema huma l-operazzjonijiet, finanzjamenti, eċċ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jintnefqu flus fuq il-kampanja tad-Dipartiment tas-Saħħa kontra t-tipjip matul sena waħda? Fiex tikkonsisti din il-kampanja? X'inhi l-politika tad-Dipartiment tas-Saħħa dwar t-trażżin tat-tipjip f'postijiet pubbliċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-nefqa fuq il-kampanja kontra t-tipjip matul din is-sena hija Lm 6880.00, waqt li s-sena l-oħra n-nefqa kienet ta' Lm 2930.00. Din kienet tikonsisti f'riklami li tqassmu f'diversi postijiet, pubblikazzjoni ta' fuljett, klassijiet għal min irid jaqta' t-tipjip u kampanja permezz ta' l-użu tal-biljetti tal-karozzi tal-linja.
Aspetti oħra ta' din il-kampanja kienu:
Edukazzjoni fl-iskejjel u l-komunita' permezz ta' taħdidiet u
fieri
Pareċipazzjoni attiva fil-mezzi tax-Xandir kollha p.eż.
gazzetti, TV, radjijiet u l-internet
Kollaborazzjoni u ġbir ta' Data flimkien mal-Għaqda Dinjija
tas-Saħħa
Rigward policy dwar it-trażżin tat-tipjip f'postijiet pubbliċi, id-Dipartiment tas-Saħħa jemmen li dawn għandhom ikunu ħielsa mit-tipjip.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies minħabba mard konness mat-tipjip fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? Kemm huwa stmat li l-Istat jonfoq fuq mediċini, eċċ. minħabba mard konness mat-tipjip matul sena waħda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Rigward l-ewwel parti nirriferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9692.
B'risposta għall-aħħar parti it-tipjip huwa fattur li jista' jżid ir-riskju ta' ħafna mard bħal kanċer, puplesija, mard konness maċ-ċirkolazzjoni, mard tal-pulmun eċċ.
Għal dan il-mard hemm `risk factors' oħrajn u għalhekk wieħed ma jistax jiddetermina kemm l-istat jonfoq fuq dawn il-mediċini.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ta' nazzjonalita' barranija ingħataw kura ġo l-isptarijiet u health centres is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li ngħataw kura hawn Malta huma kif ġej:
Ċentri tas-Saħħa
____________________
1998 1337
1999 1588 (sa Settembru)
Sptar San Luqa
__________________
1998 Inpatients 2659
Outpatients 2700
1999 Inpatients 2101 (sa Settembru)
Outpatients 2015 (sa Settembru)
Il-figuri għall-1998 ma humiex kompluti għaliex f'xi Ċentri tas-Saħħa bħall-Gżira ma żammewx records sewwa għall-1998. Din is-sena r-records qed jinżammu b'aktar esatezza. Din hi r-raġuni għaliex jidher illi sa disa xhur ta' din is-sena aktar barranin ingħataw kura milli f'1998 kollha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea residenti barranin jew turisti li jkunu Malta jkunux intitolati għal mediċini b'xejn f'każ ta' mard kroniku kif isir għal Maltin illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-għoti tal-mediċini b'xejn jaqa' taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Membru biex jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, pazjenti barranin li jkunu fl-isptarijiet tagħna jingħatawx ukoll kura b'xejn bħal Maltin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Meta Malta tkun membru ta' l-Unjoni Ewropea, persuni li jkunu ċittadini ta' pajjiż tal-Unjoni Ewropea li jahdmu f'Malta, ikollhom dritt għall-istess kura medika bla ħlas bħal ċittadini Maltin. Dan għaliex il-provedimenti ta' sigurta' soċjali dwar kura medika jibdew japplikaw ukoll għal dawn il-persuni.
Persuni li jkunu f'Malta bhala viżitaturi temporanji, per eżempju turisti, ikunu koperti għal dawk is-servizzi mediċi bla ħlas li jkun lest li jhallas għalihom il-pajjiż tagħhom. Il-viżitatur temporanju irid ikollu permess bil-miktub mill-awtorita' ta' pajjiżu qabel jasal Malta, u Malta titħallas lura l-ispejjeż tas-servizz mediku li tkun tat lil dak iċ-ċitadin ta' l-Unjoni Ewropea. Dan kollu huwa bħalissa s-suġġett ta' dibattitu mqanqal fost il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea wara sentenza tal-Qorti Ewropea fuq il-'Kohll and Decker cases' li fetħet beraħ il-kunċetti użati sa issa fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' moviment ħieles ta' pazjenti għall-kura fl-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea.
Naturalment dan kollu japplika bl-istess mod għall-Maltin li jkunu jaħdmu f'pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal sit ta' qabar? Fiex waslu l-pjanijiet għal xogħol ta' estensjoni taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal sit ta' qabar huma kif indikat:
Ċimiterju Applikanti
_______________________________________________
Żebbuġ 94
Mosta 273
Rabat 573
St. Maria Addolorata 1492
Burmarrad 172
Ta' Braxia 48
Mġarr 5
Mellieħa 6
Tal-Ġermaniżi- Kalkara 22
____________________________________________
TOTAL pending applications 2685
____________________________________________
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed ikompli b' konsultazzjonijet mal-Awtorita' tal-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex pazjent jingħata appuntament għal:
1) Surgical out-patients;
2) Medical out-patients;
3) Orthopaedic out-patients;
4) Gynae out-patients;
5) Antenatal clinic;
6) Dermatology out-patients; ui
7) Ophthalmic out-patients?
Response (DEGUARA, LOUIS)
1. Kif jaf l-Onor Interpellant it-tul ta' żmien għal appuntament
ta' każ ġdid ivarja minn konsulent għall-ieħor.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni dwar kif
kienet il-waiting list fil-11 ta' Ottubru 1999 rigward
l-Isptar San Luqa.
2. Fid-Dermatology Outpatients ta' l-Isptar Boffa:
i. Każijiet urġenti jinqdew minnufih;
ii. Każijiet mhux urġenti iżda li xorta waħda jistħoqqilhom
l-attenzjoni meħtieġa fl-aqsar żmien possibli jinqdew wara
ġimgħa, f'dan il-każ il-clinic li ssir darba f' ġimgħa,
jiġifieri kull nhar t' Erbgħa. Il-Clinic li jmiss sejra
ssir nhar l-Erbgħa 20 ta' Ottubru. Din il-clinic ta' kull
ġimgħa ssir minn Konsulent wieħed skond min ikun imissu,
li ġeneralment ikun il-Konsulent ta' l-għassa; u
iii. Felul u każijiet bierda oħra qed jingħataw appuntament
għal Jannar li ġej. Dawn ta' l-aħħar huma kif ġej:
Dr. D. Vella Briffa - 25 ta' Jannar 2000
Dr. L. Scerri - 20 ta' Jannar 2000
Dr. M. Boffa - 21 ta' Jannar 2000
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10068?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li għal dan il-mard ma hemmx mediċini li ġew ippruvati li jfejquhom, ma jidhirx li hemm indikazzjoni li dan il-mard jiġi inkluż fil-Ħames Skeda.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10186, ċioe' jista' jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex out-patient jingħata appuntament għal tip ta' investigazzjoni speċifika f'dawn il-każijiet:
(1) Colonoscopy;
(2) Arthroscopy;
(3) Coronary angiogram;
(4) Echo cardiogram;
(5) CT san; u
(6) Cystoscopy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f`seduta oħra.