Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Każ dwar servizzi soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li spiċċat mix-xogħol mhijiex tibbenefika minn servizzi soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Biex persuna tirċievi benefiċċju għad-diżimpjieg trid tkun qed tirreġistra għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru miżmum mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mhiex qed tirreġistra fuq l-Ewwel Parti ta' dan ir-Reġistru.

Single Unmarried Mothers

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single unmarried mothers illum u x'eta' għandhom? F'liema bliet jew irħula joqogħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ebda Dipartiment jew entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'Malta u Għawdex hawn 2,179 ommijiet mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal. Peress li l-eta' tal-benefiċjarji mhix waħda mill-kriterji biex titħallas din l-Allowance id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar l-eta' ta' dawn il-benefiċjarji. Ninsab infurmata li n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal, maqsum skond il-lokalita' fejn joqogħdu, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'Diżabilita' — Użu minn Wheelchairs

Question

Tista' il-Ministru tgħid dwar il-persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu minn wheelchair, kemm hemm vetturi tad-dipartiment li jagħtu servizz lil dawn il-persuni biex jattendu f'dawn il-postijiet, i.e. ATCs, resource centres, etc.? Kemm hemm persuni li jagħmlu użu minn wheelchair u li jagħmlu użu minn dawn il-vetturi tad-dipartiment? Kemm hu l-ammont ta' flus li qed jiswew lid-dipartiment dawn il-vetturi speċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Ċentri għal persuni b'diżabilita'

Question

Kull ċentru li jilqa' fih lill-persuni b'diżabilita', tista' il-Ministru tgħid x'servizz ta' trasport juża biex iwassal lil dawn il-persuni mid-dar għaċ-ċentru u lura? Kemm hu l-ammont ta' flus imħallsa mid-dipartiment lill-mini buses għas-servizz li jagħtu lil dawn il-persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistqosija tagħha lill-Ministru konċernat.

Persuni b'Diżabilita' — Kiri ta' Vetturi

Question

Tista' il-Ministru tgħid dwar is-servizzi l-oħra ta' trasport mikrija mid-dipartiment biex jagħtu servizz lill-persuni b'diżabilita' li jattendu fl-ATCs, resource centres, eċċ., kemm hemm vetturi mikrija mid-dipartiment biex jagħtu servizz lil dawn il-persuni? X'inhu n-numru ta' persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu minn dan is-servizz? Kemm hu l-ammont ta' flus li qed jiswew lid-dipartiment ta' kull sena dawn il-vetturi mikrija? Matul il-jum dan is-servizz jibqa' disponibbli għall-klijenti? Jekk iva, isir aktar ħlas għal dan is-servizz? Jekk le, id-dipartiment jikkonsidra xi sistemi oħra li bihom ikun jista' jiffranka l-flus filwaqt li jkollu dan is-servizz disponibbli l-jum kollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li tgħix f'post privat li huwa kkundannat fil-Wied ta' Birkirkara għadha ma ġietx provduta post alternattiv mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? (Id-dettalji dwar il-każ qed jintbagħtu separatament).

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali milli jipprovdi post alternattiv lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament) li skond il-perit tal-gvern, il-fond li preżentement tgħix fih huwa strutturalment perikoluż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li spiċċat minn fuq il-post tax-xogħol minħabba l-eta' għadha ma rċevietx il-pensjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tindaga jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hix qed tirċievi l-pensjoni kollha li hija ntitolata għaliha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni ta' ex-ħaddiema tal-Enemalta

Question

Tista' il-Ministru tgħarraf lill-Kamra fiex waslu l-aġġustamenti tal-pensjoni ta' l-ex ħaddiema tal-korporazzjoni Enemalta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6412 f'Seduta Nru. 147. F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid ma' dik it-Tweġiba.

Sigurta' Soċjali — Persuni 'il fuq minn 70 sena - żieda fil-pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li hemm xi żidiet fil-pensjoni meta persuna taqbeż is-70 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li ssir reviżjoni fil-pensjoni kontributorja kull sena. Fir-reviżjoni ta' pensjoni ta' persuna fuq it-72 sena li tkun ikkomutat parti minn pensjoni tas-servizz, 50% ta' dik il-parti kommutata ma tiġix iktar ikkalkulata għal-fini tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali. Tali reviżjoni normalment tirriżulta f'żieda fir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali.

Persuni b'Diżabilita' — Support Living Division

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni nħolqot support division għal persuni b'diżabilita' u x'inhu r-rwol tiegħu? Kemm hemm persuni b'diżabilita' li qegħdin jagħmlu użu b'mod permanenti mid-djar residenzjali li jaqgħu taħt is-support division? Fejn jinsabu dawn id-djar u f'kull dar kemm hemm residenti? Tista' il-Ministru tagħti breakdown ta' kemm hemm ħaddiema impjegati mas-support living division u n-nomenklatura ta' kull impjegat, kemm full-time kif ukoll part-time, kif ukoll f'liema postijiet qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom kull wieħed minn dawn l-impjegati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Aġenzija Sapport, taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, twaqqfet bil-għan li tipprovdi servizzi residenzjali u fil-komunita' lill-persuni b'diżabilita'. Dawn is-servizzi jinkludu servizz ta' social work. Ix-xogħol ta' l-Aġenzija jindirizza l-problema tal-ġenituri ta' dawn il-persuni ta' ser jiġri minn uliedhom meta ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom aktar. Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Adult Training Centres

Question

Tista' il-Ministru tgħid kif inhi mibnija l-istruttura amministrattiva ta' l-ATC's? Kif inhi mibnija l-istruttura amministrattiva tas-Support?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istruttura amministrattiva ta' l-Aġenzija Sapport, taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, tikkonsisti minn Operations Director, Corporate Manager, Services Manager u clerk. Rigward l-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal Persuni b'Diżabilita' nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Adult Training Centre — Steering Committee

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-funzjoni ta' l-iSteering Committee? Dan l-iSteering Committee huwa l-policy maker ta' l-ATC's? L-istess Steering Committee huwa wkol il-policy maker tas-Support? Min huma l-membri ta' l-iSteering Committee? Kemm-il darba jiltaqa' dan l-istess Steering Committee?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-funzjoni tal-Kumitat għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal-Persuni b'Diżabilita', twaqqaf fil-Ministeru għall-Politika Soċjali fl-2001. biex jiddiskuti u jagħti pariri dwar it-tmexxija u policies relatati ma' dan is-servizz. Għalkemm l-Aġenzija Sapport hi rappreżentata fuq dan il-kumitat, il-policies ta' din l-Aġenzija huma formulati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Harsien Soċjali, li taħta taqa' l-Aġenzija. Il-membri preżenti ta' dan il-Kumitat huma: Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Id-Direttur Eżekuttiv, Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilita' Id-Direttur, Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' L-Assistent Direttur responsabbli miċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal Persuni b'Diżabilita', Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' Id-Direttur, Implimentazzjoni ta' Programmi, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Il-Kap Eżekuttiv, Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali Il-Kap ta' l-Aġenzija Sapport Il-Kap tas-Segretarjat, Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Ninsab infurmata li din is-sena dan il-Kumitat iltaqa' ħames darbiet.

Persuni b'Diżabilita' — Ċentri

Question

Tista' il-Ministru tgħid kif inhi l-proċedura biex persuna b'diżabilita' tidħol fl-ATCs? X'inhuma l-kriterji u l-policies adotatti mid-dipartiment sabiex il-persuni b'diżabilita' jidħlu f'xi ATC jew post ieħor li għandu d-dipartiment? Min jiddeċiedi f'liema post minn tad-dipartiment (ATC, resource centres, eċċ.) dawn il-persuni b'diżabilita' jibdew jattendu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Persuni b'Diżabilita' — Support Living Division

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-proċeduri wżati mis-support living division sabiex persuni b'diżabilita' jidħlu residenti fid-djar u postijiet oħra tas-support? X'servizzi oħra toffri s-support living division?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-proċedura biex persuna tingħata servizz mill-Aġenzija Sapport hi li kull talba tiġi riferuta lit-taqsima tas-Social Work Services ta' l-Aġenzija biex issir home-visit bil-ħsieb li jsir assessment preliminari li jkopri l-ħtiġiet tal-persuna b'diżabilita' u l-familja tagħha, inkluż jekk il-persuna jkolliex bżonn ta' servizz residenzjali jew fil-komunita'. It-talba u l-assessment mis-social worker jitresqu quddiem Kumitat għall-Allokazzjoni tas-Servizzi (SAC). Dan il-Kumitat hu kompost minn manager li jirrappreżenta l-Aġenzija, professjonista li jaħdem fil-komunita', persuna b'diżabilita', ġenitur ta' persuna b'diżabilita' li jirrappreżenta persuni b'diżabilita' li ma jistgħux jirrappreżentaw lilhom infushom, u professjonista mir-Resource Team ta' l-Aġenzija. Il-funzjoni ta' dan il-Kumitat hu li jevalwa l-bżonnijiet tal-persuna konċernata u tal-familja tagħha u x'servizz għandu jingħata skond ir-riżorsi disponibbli. Il-Kumitat jikkunsidra wkoll il-possibilta' li jingħataw servizzi u jiġu segwiti programmi alternattivi li mhux bilfors huma provduti mill-Aġenzija. Meta persuna b'diżabilita' tidher quddiem il-Kumitat tiġi assistita mis-Social Worker ta' l-Aġenzija. Meta jiġi allokat servizz, il-persuna b'diżabilita' u l-familja tagħha jiltaqgħu ma' membru tar-Resource Services ta' l-Aġenzija biex jitfassal programm għall-għoti tas-servizz. Minbarra servizz residenzjali, l-Aġenzija toffri wkoll servizz ta' social work u sapport fil-komunita' għall-persuni b'diżabilita' u u l-familji tagħhom.

Adult Training Centre — Steering Committee

Question

Tista' il-Ministru tgħid min jirrappreżenta l-ATC's f'dan l-iSteering Committee? F'dan l-iSteering Committee hemm xi impjegati jew kapijiet li huma hands-on fix-xogħol fl-ATC's, Resource Centres, eċċ? Jekk iva, f'liema post minn dawn jaħdmu l-persuni konċernati? Jekk le, għaliex f'dan l-iSteering Committee m'hemm ħadd li huwa hands-on f'dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7789 f'din l-istess Seduta.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li fil-passat kienet xtrat fond tal-gvern tistax tibbenifika minn waħda mill-iskemi ta' l-awtorita' tad-djar meta din tkun diġa' ħadet għajnuna? Liema hi l-iskema li tista' tibbenefika minnha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li tkun ibbenefikat minn xiri ta' proprjeta' mingħand l-Awtorita' tad-Djar ma tkunx tista' tibbenefika minn xi għajnuna oħra mill-istess Awtorita'.

Bormla — Binja tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi se tieħu minħabba li kuntrattur privat li bħalissa qed jibni binja tal-gvern f'Bormla, in-naħa ta' Triq San Ġwann, kisser il-komunikazzjoni tad-drenaġġ tal-Cospicua Rangers F.C.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Bormla — Recreation area

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li r-recreation area li tinsab bejn il-Cospicua Rangers u l-binja l-ġdida tal-gvern jiġi rranġat u integrat bħala parti mill-proġett sħiħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-area ndikata mill-Onor. Interpellant hi nkluża mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-programm ta' tisbieħ ta' ġonna pubbliċi.