Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Għargħur Malta?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Għargħur matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General Theft 7
Pick-pocketing 1
Theft from residence 3
Theft from retail outlets 1
Theft from vehicle 6
Theft of vehicle 4
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm2,960. S`issa għadu ma tressaq ħadd il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fir-Rabat, Malta?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tar-Rabat (Malta) matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 66
Pick-pocketing 18
Snatch and grab 1
Theft from bars/hotels 11
Theft from factories 3
Theft from residence 24
Theft from retail outlets 4
Theft from vehicle 103
Theft of vehicle 19
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm46,187. S`issa tressqu 23 persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fl-Imtarfa?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Imtarfa matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 6
Theft from residence 4
Theft from retail outlets 1
Theft from vehicle 8
Theft of vehicle 2
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm2,096. S`issa tressqu 6 persuni l-Qorti in konnessjoni ma dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3611 li ġiet riferuta lilu mill-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dik il-parti tal-Palazz Vilhena fl-Imdina magħrufa bħala l-'Mdina Dungeons' ġiet mikrija lill-MDE Limited għal 16-il sena b`effett mid-29 ta` Mejju 1991 bil-kera ta` Lm6,255.00 fis-sena. Skond il-kundizzjonijiet tal-ftehim tal-kirja, l-kera kellha tiżdied wara l-ewwel 8 snin skond indiċi tal-għoli tal-ħajja u għalhekk b`effett mid-29 ta` Mejju 1999 l-kera żdiedet għal Lm7,922.00 fis-sena.
Il-kirja ġiet imġedda għal 16-il sena oħra b`effett mit-8 ta` April 2003 taħt l-istess kundizzjonijiet imma bil-kera ta` Lm8,700.00 fis-sena.
Dipartiment ta' l-artijiet — Anzjani li huma kerrejja ta' fond tal-gvern
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern fir-rigward ta' dawk l-anzjani li huma kerrejja ta' fond tal-gvern iżda huma residenti f'home għall-anzjani? Għaliex fżċerti każi qed ikun hemm stop payment tal-kera? X'jiġri f'każ ta' anzjan li jqatta' il-perjodu matul il-ġurnata fir-residenza tiegħu u l-gvern jiddeċiedi li jagħmel stop payment tal-kera? Kif jiġi deċiż li jsir hekk?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-każ ta` proprjeta` tal-Gvern mikrija bħala residenzi, l-istop payment tal-kera jsir fuq talba tad-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali.
L-Onorevoli Membru, hu mitlub jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm inqabdu nies ipejjpu f' postijiet ipprojbiti u dan fl-2003? Jista’ jelenka kemm-il persuna tressqet il-qorti u f'liema postijiet inqabdu jpejjpu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, kien hemm erba` persuni li nqabdu u tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli pejpu f`post fejn it-tipjip huwa projbit. Tlieta kienu qed ipejpu fl-isptar San Luqa u l-persuna l-oħra kienet qed tpejjep fil-Qorti.
Jista' il-Ministru jinfurmani jekk il-car park fix-xatt tas-Sliema hux se joħroġ bl-offerta u jekk fl-affermattiv meta? Il-car park attendants li hemm fil-post għandhom preferenza? L-offerta se toħroġ mill-Kunsill Lokali jew mill-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali Tas-Sliema wera x-xewqa li jkollu 3 postijiet għall-pparkeġġjar tal-vetturi (fosthom dak tax-Xatt) taħt l-iskema u l-proċedura ta` devoluzzjoni. Dawn qegħdin fl-istadji inizjali għalhekk huwa pre-matur sabiex jikkonsidra l-bqija tal-punti tad-domanda.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' postijiet li nfdew fl-iskema ta' l-2001, mill-Uffiċċju konġunt bejn l-1 ta' Jannar 2003 u it-12 ta' Aprtil 2003? Min kienu l-persuni kkonċernati u x'kienu l-indirizzi tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li l-postijiet li nfdew bl-iskema tal-2001 mill-Uffiċċju Konġunt bejn l-1 ta` Jannar 2003 u t-12 t`April 2003 jammontaw għal 65 proprjeta`.
Ma jidhirlix li għandi nagħti informazzjoni dwar min kienu dawn il-persuni li użaw dawn l-iskemi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-data u informazzjoni oħra li għandu l-Uffiċċju Konġunt humiex updated jew le?
Response (BORG, TONIO)
Wieħed mill-għanijiet li għalihom twaqqaf l-Uffiċċju Konġunt huwa biex jivverifika d-data u l-informazzjoni kollha dwar il-proprjetajiet li l-Entijiet Ekklesjastiċi ttrasferew lill-Gvern. Dan il-proċess ta` verifika huwa wieħed kontinwu peress li l-Annessi (listi ta` proprjeta`) li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra tal-ftehim magħmul bejn is-Santa Sede u Malta jeħtieġu eluf ta` korrezzjonijiet, li jikkonsistu wkoll f`żidiet jew tnaqqis fil-listi.
Wara li jiġu approvati minn Kumitat ta` Kontroll kif provdut f`Sezzjoni 4 (2) ta` Cap. 358, kopja ta` dawn il-korrezzjonijiet jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kull tlett xhur.
Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterju qed jingħata l-overtime fl-ufiċċju konġunt? Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-persuni li jaħdmu fl-Uffiċċju Konġunt li bbenefikaw mill-overtime? Kermm kienu l-ammonti li ngħataw? Min kienu l-persuni / skrivani li ma bbenefikawx mill-istess overtime?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li l-overtime fl-Uffiċċju Konġunt ġie awtorizzat u jingħata a bażi tal-esiġenzi, tal-urġenza u prioritajiet tax-xogħol, dejjem fil-limiti ta` fondi ivvutati għal dan l-iskop għad-Dipartimenti li jaqgħu taħt it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid għar-rigward l-iskemi ta' l-1996, 1998 u 2001 kemm baqa' applikazzjonijiet sabiex jiġu pproċessati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-qagħda tal-applikazzjonijiet sottomessi taħt l-iskema tas-snin 1996, 1998 u 2001 hija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Miżżewġin Maltin
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li huma miżżweġin Maltin u li għandhom passaport Malti?
Response (BORG, TONIO)
In-numru ta` persuni barranin miżżewġin Maltin u li mill-1964 sa llum akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija ( u allura seta` jkollhom passaport Malti) huwa 4,377. Din il-figura li tkopri l-aħħar 38 sena tinkludi dawk li mietu wara li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija; jista` jkun ukoll li wħud ma applikawx għall-passaport Malti.
Jidhirlux il-Minstru li x-xogħol ta' medjatur, u kwindi uffiċjali tal-Qorti, hu inkompatibbli max-xogħol ta' Nutar Pubbliku, li huwa meqjus bħala uffiċjali pubbliku u dan mil-aspett etiku tal-professjoni notarili? Jafx il-Ministru li hemm persuna indikata fl-elenku tal-medjaturi approvati mill-Gvern li għaddiet proċedutri kriminali serji quddiem il-Qrati? Jista' jgħid il-Ministru x'kien l-eżitu ta' dawn il-miżuri?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tad-domanda il-medjaturi m`humiex uffiċjali pubbliċi iżda esperti nominati mill-Qorti u għalhekk ma hemmx kwistjoni fuq dan.
Rigward it-tieni parti tad-domanda jista` l-Onor. Membru jkun aktar speċifiku u jindika liema mill-erba` u tletin (34) medjatur qiegħed jirreferi għalih.
Jista' il-Ministru jgħid, mir-rikors u ittra ppreżentati fis-Sekond'Awla tal-qorti ċivili u llum fil-qorti tal-familja, matul dawn l-aħħar erba' xhur kemm kien hemm notifiki li ma sarux?
Jidhirlu li dan hu ammont inspjegabbli u li hemm xi ħaġa ħażina fil-proċeduri adoperta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rikorsi ppreżentati fis-Sekond`Awla tal-Qorti Ċivili kien hemm 56 notifika negattiva minn total ta` 348 matul dawn l-aħħar 4 xhur.
Fir-rigward ta` ittri ppreżentati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) mis-16 ta` Diċembru 2003, ninsab infurmat illi s`issa m`hemmx notifiki li rriżutaw negattivi.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm priġunieri residenti fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija? Mit-total, kemm huma nisa u kemm minn dawn huma barranin? Jista' jgħid kemm mit-total huma sentenzjati u kemm hemm li qegħdin jistennew proċess ġudizzjarju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fid-19 ta` Jannar 2004 il-popolazzjoni tal-ħabs kienet mitejn u ħamsa u sittin (265).
Dawn huma mqassma kif ġej:-
Total
Irġiel
Nisa
Taħt arrest preventiv
Sentenzjati
Maltin
173
166
7
32
141
Barranin
92
82
10
32
60
Dipartiment ta' l-artijiet — Każ dwar twaqqigħ ta' bini
Question
Jista' il-Ministru jgħid xi dritt għandu sid li jrid iwaqqa' blokk ta' bini li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament,iżur lill-ġirien anzjani u jgħidilhom li meta jiġi biex iwaqqa' biex ma jkunux fil-periklu għandhom joħorġu mid-dar u jmorru x-Xatt ta' Tas-Sliema sakemm iwaqqa' dan il-bini? X'obbligu għandu s-sid lejn dawn il-ġirien biex la jpoġġihom fil-periklu u lanqas jitfagħhom barra t-triq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha rapport fil-15 ta` Jannar 2004 minn persuna li toqgħod f`dar adjaċenti mal-bini imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, li wera l-biża` li d-dar tiegħu tista` ġġarrab xi ħsara waqt it-twaqqigħ u talab lill-Pulizija sabiex tinforma lis-sid sabiex jipprovdilu residenza alternattiva. Peress illi din hija materja ta` natura ċivili, huwa intalab li jieħu parir mingħand konsulent legali.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk fil-lokal ta' Tas-Sliema twaħħlux cameras fit-toroq minn kumpannija li isimha se jibqa' mistur għalissa, sabiex tinforma lill-gwardjani fuq parking inkorrett?
Fl-eventwalita' li dan huwa minnu, jista' jgħid kif din il-kumpannija ħadet dan it-tender mingħajr ebda notifikazzjoni fil-gazzetta tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija direttament lill-Kunsill Lokali ta` Tas-Sliema.
Jista' il-Ministru jgħid jekk għadhomx isiru breathalyser tests? Kemm saru matul is-sena li għaddiet? Kemm saru din is-sena? X'kien l-eżitu ta' dawn it-tests?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 108 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta` l-alkoħol. Minn dawn 54 irriżultaw fil-pożittiv, 5 irriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 49 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut.
Infurmat ukoll illi bejn l-1 u t-23 ta` Jannar ta` din is-sena, kien hemm 4 sewwieqa li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta` l-alkoħol. Minn dawn 3 irriżultaw fil-pożittiv, filwaqt li 1 irrifjuta jew it-test ma kienx komplut.
Fid-dawl tal-fatt li l-Prim Ministru fil-qorti ammetta li żbalja dwar l-allegazzjoni infondata li Dr. Alfred Sant kien żamm lill-ibnu milli jidħol fl-Universita', jistax jgħid jekk humiex se jittieħdu passi kontra l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li issa rriżulta li xehed falz fil-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kawża msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha mhix deċiża. L-Onorevoli Interpellant jifhem li m`għandu jingħad xejn li jista` jippreġudika proċeduri fil-Qorti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti ġiex inċitat jippreżenta nominazzjonijiet (prim'istanza u l-appell) fil-qorti tal-ġustizzja Ewropea u jgħid min huma n-nominazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-Gvern jagħmel in-nomina meta jkun il-waqt.