Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Għargħur – Sqaq il-Ħofra – xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15027, jista’ l-Ministru jgħid il-perjodu meta hu mistenni li jitlesta l-asfalt fi Sqaq Ħofra l-Għargħur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15027, ħlief li Transport Malta tkun tista’ tkompli bix-xogħlijiet meta l-WSC tlesti bix-xogħlijiet tagħha.

Trasport Pubbliku – Rotta 233 — frekwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza tal-linja bir-rotta numru 233, liema rotta tgħaddi kull siegħa minn Tas-Sliema għal Swieqi (Victoria Gardens) u li tgħaddi kull siegħa, jista’ jgħid jekk hux beħsiebu li tgħaddi aktar frekwenti tal-anqas waqt ix-xhur tas-Sajf fejn jidher li d-domanda għal din ir-rotta tiżdied sostanzjalment?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bl-introduzzjoni tar-rotot il-ġodda huwa ppjanat li tiġi introdotta rotta ġdida li fi triqitha mis-Swieqi lejn il-Belt Valletta tgħaddi minn San Ġiljan u tas-Sliema. Din ir-rotta ser ikollha frekwenza ta’ kull 20 minuta.

Il-Gżira — Triq Ix-Xatt - Survey dwar il-bus lane

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux surveys dwar il-queue and delay li jista' jkun hemm bl-introduzzjoni tal-bus lane fi Triq ix-Xatt il-Gżira? Jekk saru, jista' jgħid meta saru dawn is-surveys, f'liema ġranet u f'liema ħinijiet? Minn min saru?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14248.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni inġaġġati f’position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14114 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14947.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li ngħata xi xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu.

Ħal Qormi — Triq Ġorġ Mifsud Chircop - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbena u tingħata t-tarmak fi Triq Ġorġ Mifsud Chircop f'Ħal Qormi? Jista' jgħid jekk sakem jibda jingħata x-xogħol tat-tarmak huwiex u kif se jindirizza l-preokkupazzjonijiet tar-residenti tat-triq dwar aċċess perikoluż u nuqqas ta’ servizzi għall-familji?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tevalwa s-sitwazzjoni ta’ din it-Triq li għadha qed tiġi żviluppata.

Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata t-tarmak għall-ewwel darba f’parti minn Triq Amleto Spiteri f’Ħal Qormi minn Triq l-20 ta’ Jannar lejn id-direzzjoni tal-Marsa li għadha qatt ma saret bit-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-parti tat-triq imsemmija li taqa’ fl-iskema hija diġà asfaltata.

Il-Għargħur – Triq Zagħruna – problema ta’ għargħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux xi pjanijiet għall-problema tal-għargħar fi Triq Zagħruna fil-Għargħur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li biex tissolva l-problema tal-għargħar fi Triq Zagħruna fil-Għargħur hemm bżonn li jingħata wiċċ ġdid lil parti minn din it-triq biex ikun hemm il-qlib neċessarju għall-ilma tax-xita. Dan ix-xogħol huwa responsabilità tal-Kunsill Lokali.

San Pawl il-Baħar — proġett ta' rijabilitazzjoni tas-Salini

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm sar xogħol bejn Settembru 2014 u Frar 2015 fuq il-proġett tar-rijabilitazzjoni tas-Salini f'inħawi ta' San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Settembru 2014 u Frar 2015 sar b’kemm jiswa € 664,572 net VAT xogħol fuq il-proġett tar-rijabilitazzjoni tas-Salini f'inħawi ta' San Pawl il-Baħar. Ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu fi provista u twaħħil ta’ penstocks, restawr, finishing tal-huts, xogħlijiet elettriċi u mekkaniċi fil-huts, disinjar ta’ Interpretation Panels u xogħlijiet fuq it-trejqa interna fis-salini.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Wileġ, Triq il-Qawra u Triq it-Trunċiera - servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jkun hemm servizz tal-karozza tal-linja li jgħaddi minn Triq il-Wileġ, Triq il-Qawra u Triq it-Trunċiera f'San Pawl il-Baħar, direzzjoni tal-venda biex jinqdew ir-residenti ta' dawk l-inħawi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-introduzzjoni tan-network il-ġdid tas-servizz tat-trasport pubbliku se jsir f’fażijiet differenti u dan sabiex ikun hemm lanqas inkonvenjent possibli lill-persuni li jagħmlu użu mis-servizz. Id-dati ta’ meta ser jiġu introdotti r-rotot ser ikunu qed jiġu imħabbra aktar il’quddiem.

San Pawl il-Baħar — Triq it-Trunċiera - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux pjan biex Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar tingħata wiċċ ġdid? Jekk iva, meta mistenni li jsir ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq msemmija ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta. Madanakollu Transport Malta tgħin skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Toroq residenzjali – finanzjament

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15022, jista’ l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar toroq residenzjali li qed jinbnew għall-ewwel darba peress li dawk jaqgħu taħt ir-responsabilità diretta ta’ Transport Malta kif ġie speċifikat fil-mistoqsija parlamentari inkwistjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li preżentament it-toroq residenzjali li qed jinbnew għall-ewwel darba huma hekk kif ġej :- Triq in-Niġem, Għaxaq Parti minn Triq il-Port Ħieles B, Birżebbuġa Triq ġdida fi / u parti minn Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid Triq l-Ibjar / Arkati, Raħal Ġdid Parti minn Triq Annetto Caruana, San Pawl il-Baħar Triq San Benedettu, Kirkop Triq Jean de la Cassiere, San Pawl il-Baħar Triq ġdida f’ Triq il-Wilġa, Marsaxlokk

Marsaxlokk — skallijiet

Question

Peress li l-iskallijiet kollha li hemm fir-raħal ta’ Marsaxlokk għandhom l-injam miksur u dan qed joħloq inkonvenjent u danni kbar lis-sajjieda Xlukkajri, jista’ l-Ministru jgħid meta dawn l-iskallijiet se jitranġaw u jinbidlilhom l-injam tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura mhux responsabbli mill-manutenzjoni tal-parati li jinsabu f’numru ta’ skallijiet madwar il-kosta. L-uniku drabi meta d-Dipartiment biddel xi parati hu meta jkunu qed jitwettqu xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq xi skall partikolari jew f’każi fejn jinbnew skallijiet ġodda. Madankollu, wieħed jara kif nistgħu nagħtu l-għajnuna tagħna.

Birżebbuġa – Wied il-Buni — irmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra pjanta li turi kemm kien hemm irmiġġi fl-area ta' Wied il-Buni f' Birżebbuġa sas-sena l-oħra, qabel ma l-Gvern iddeċieda li jżid dawn l-irmiġġi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mgħoddija lili minn Transport Malta, is-sena l-oħra huwa stmat li kien hemm madwar 100 irmiġġ fl- area ta’ Wied il-Buni f’Birżebbuġa.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni inġaġġati f’position of trust

Question

B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14947, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex ġew ingaġġati l-persuni fil-positions of trust? Jista' jgħid f'kull każ min għamel ir-rakkmandazzjoni sabiex tintgħażel il-persuna li ġiet ingaġġata u x'raġuni ngħatat biex tiġġustifika dan l-ingaġġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza marbuta ma' dawn il-ħatriet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li ġew ingaġġati fuq bażi ta’ position of trust fil-Ministeru tiegħi, ġew ingaġġati skont il-proċeduri stabbiliti mill-Gvern. F’kull każ ir-rakkomandazzjoni saret miċ- Chairman tal-Awtorità jew mis-Segretarju Permanenti. Dawn il-persuni ġew ingaġġati b’dan il-mod minħabba s-sensittività tal-pożizzjoni tagħhom.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni inġaġġati f’position of trust

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14114, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ persuni li ġew ingaġġati f’position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li jien immexxi, bejn id- 9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Jannar 2015 hija kif ġej :- · CEO - MELP · Chairman & CEO – BICC* · Chairman – GHRC · Co-Ordinator of Works – Cleansing Directorate · Co-Ordinator of Works (Public Convenience) – Cleansing Directorate · Driver to Chairman – BICC* · Personal Assitant to Chairman – BICC* · Head of PDCU / Project Leader – GHRC · Project Draughtsman – GHRC · Co-Ordinator of Works (Northern Region) – Cleansing Directorate · Senior Operating Officer – TM · Acting Chief Information Officer – TM · Executive Assistant to the Chairman – TM · Driver to the Chairman – TM · Manager (Media & Communications) – TM Nota : Preżentament il - BICC m’għadux jagħmel parti mid-dekasteru tal- MTI

Il-Għargħur – Sqaq il-Ħofra – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta hu ppjanat li Transport Malta tagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa fi Sqaq il-Ħofra fil-Għargħur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward ta’ din it-triq, Transport Malta qed tagħmel kordinazzjoni mal-WSC, fejn jirriżulta li din l-entità trid tgħaddi xi servizzi ġodda qabel isir l-asfalt minn Transport Malta fil-parti li qiegħda f’scheme.

Il-Madliena – Triq is-Slielem – one way

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li parti minn Triq is-Slielem ġewwa l-Madliena ssir one way?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li uffiċċjali ta’ Transport Malta ltaqgħu mas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi rigward li parti minn Triq is-Slielem issir one-way. Transport Malta talbet informazzjoni addizzjonali rigward din it-talba u fil-preżent qed tistenna risposta mingħand il-kunsill.

Operatur tat-Trasport Pubbliku — Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' karozzi tal-linja li għaddew mingħand il-kumpanija tal-Gvern għal għand l-operatur il-ġdid? X'tip ta' vetturi kienu dawk li ġew mgħoddija lil dan l-operatur?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox ġew trasferiti 274 karozza tal-linja mingħand il-kumpanija tal-Gvern għal għand l-operatur il-ġdid. It-tip ta’ dawn il-vetturi huma hekk kif ġej: · 186 karozza tal-linja tat-tip King Long, Optare u Volkswagon li kienu jaħdmu fuq is-servizz tat-trasport pubbliku sa mill-2011; · 45 karozza tal-linja tat-tip Optare u Volvo li kienu inkrew mir-Renju Unit fl-2014; · 43 karozza tal-linja tat-tip low floor li kienu jaħdmu fuq is-servizz tat-trasport pubbliku qabel ir-riforma tat-trasport pubbliku f’Lulju tal-2011.

Il-Qajjenza – Lqugħ għall-opri tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbena xi tip ta’ lqugħ għall-opri tal-baħar fin-naħa tal-Qajjenza u ta’ San Ġorġ, sabiex ikun jista’ ji¿diedu l-irmiġġi f’dawk l-inħawi? Jekk iva, jista’ jgħid meta għandu l-ħsieb li jibda l-proġett u meta qed jantiċipa li jitlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li preżentament għad ma hemmx pjan biex isiru xogħlijiet ta’ breakwaters fin-naħa tal-Qajjenza u ta’ San Ġorġ.