Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #8625 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-GPS fuq ambulanzi

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-ambulanzi li jużaw l-isptarijiet tal-Gvern tkun stallata fihom is-sistema tal-GPS għaliex spiss niltaqa’ ma’ ambulanzi jfittxu xi indirizz u dan ikun qed jikkawża ħela ta’ ħin li jista’ jkun vitali għal dawk li għalihom tkun marret l-istess ambulanza?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ambulanzi tal-emergenza tal-Isptar tal-Mater Dei kollha huma armati bis-sistema tal-GPS.
Leg 12 PQ #8670 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Interim From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet moqdija mid-Dipartiment tal-Emerġenza minn nhar is-Sibt 1 ta’ Marzu 2014 fit-8.00am sal-Ħadd 2 ta’ Marzu 2014 8:00am? Jista’ jaqsam il-persuni li nqdew, skont ir-raħal li ġejjin minnu jekk huma ċittadini Maltin u skont il-pajjiż minn fejn oriġinaw jekk huma ċittadini barranin? Kemm mit-total tal-persuni li nqdew fl-emerġenza dakinhar ġew admitted l-Isptar Mater Dei jew sptar ieħor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #8679 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema fl-Isptar Monte Karmeli fl-aħħar sena u f’liema skali dawn ġew impjegati? Jista’ jgħid x’inhu x-xogħol speċifiku ta’ dawn il-ħaddiema li ġew impjegati fl-aħħar sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm 32persuna li ġew impjegati fl-isptar Monte Karmeli tul din l-aħħar sena, l-iskali u x-xogħol tagħhom huwa : EMPLOYMENT DATE PROFESSION RECRUITMENT SALARY SCALE 04-Mar-13 PHARMACY TECHNICIAN New Recruit 13 12-Mar-13 PHARMACIST New Recruit 9 24-Jun-13 DEPUTY NURSING OFFICER New Recruit 9 01-Jul-13 DEPUTY CHARGE NURSE New Recruit 8 25-Aug-13 STAFF NURSE New Recruit 12 01-Oct-13 ENROLLED NURSE New Recruit 9 01-Oct-13 CHIEF OPERATING OFFICER FMS New Recruit COO 07-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 12 08-Oct-13 CHIEF EXECUTIVE OFFICER FMS New Recruit CEO 21-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 10 23-Oct-13 PSYCHOLOGIST New Recruit 8 28-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 12 28-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 10 28-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 12 28-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 10 28-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 12 28-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 10 28-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 12 28-Oct-13 STAFF NURSE New Recruit 12 01-Nov-13 PSYCHOLOGIST ASSISTANT New Recruit 10 03-Nov-13 STAFF NURSE New Recruit 12 05-Nov-13 STAFF NURSE New Recruit 12 11-Nov-13 PSYCHOLOGIST ASSISTANT New Recruit 9 01-Dec-13 STAFF NURSE New Recruit 12 03-Dec-13 STAFF NURSE New Recruit 12 01-Jan-14 PSYCHOLOGIST ASSISTANT New Recruit 10 06-Jan-14 STAFF NURSE New Recruit 12 06-Jan-14 STAFF NURSE New Recruit 12 08-Jan-14 STAFF NURSE New Recruit 12 27-Jan-14 STAFF NURSE New Recruit 12 25-Feb-14 STAFF NURSE New Recruit 12 01-Mar-14 STAFF NURSE New Recruit 12
Leg 12 PQ #8682 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern għaċ-Ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata? Jista’ jgħid hijiex se ssir l-estensjoni fl-istess ċimiterju kif kienet ippjanata mill-amministrazzjoni preċedenti? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se jkunu n-numru ta’oqbra li se jkun hemm għall-bejgħ u kemm se jkun il-prezz ta’ kull qabar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li qiegħed isir kul sforz sabiex iċ-Ċimiterju ta’ Santa Marja Addolorata li huwa ċ-Ċimiterju ewlieni f’Malta, jinżamm fi stat kif jixraq. L-estenzjoni taċ-Ċimiterju se ssir iżda peress li l-permess maħruġ mill-MEPA PA0556/02 kien ħareġ fis-26 ta' Ġunju 2006 u kellu terminu ta' ħames snin, skada f’Ġunju tal-2011 u ma reġax ġie mġedded, għaldaqstant kellu jinbeda mill-ġdid il-proċess għall-applikazzjoni għall-permess mill-MEPA. Kif dan il-permess jinħareġ mill-MEPA jkun jista` jitkompla l-proġett tat-tkabbir u hemm ippjanat li jimbnew 2656 qabar fl-ewwel fazi. Il-ħlas għall-akkwist ta’qabar huwa ta’ €5000 hekk kif hu stabbilit fl-Avviż Legali 327 tal-2012 - Ordni tal-2012 li jemenda l-Ordni dwar il-prezz li għandu jitħallas għall-Akkwist ta’ Oqbra u Siti għal Oqbra. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-amministrazzjoni preċedenti, ftit qabel l-elezzjoni minkejja li kienet taf li l-permess kien skadut, xorta waħda għamlet ammont ta’ konvenji għal bejgħ ta’ oqbra, liema proċedura twaqqfet minn din l-amministrazzjoni. Dal-Gvern hu kommess li dan il-proġett isir, u se jonora l-konvenji kollha li saru billi bosta diġa’ kienu ħallsu €2500 bħala parti mis-somma globali, liema ħlas dak iż-żmien sar fuq proġett bla permess.
Leg 12 PQ #7295 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti farmaċewtiċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down dettaljata tal-mediċini, apparat u items oħra li nxtraw fis-sena 2013 u kemm swew?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru li x-xirja tagħha hija ta’ € 87, 135, 507 ( seba’w tmenin miljun, mija w ħamsa u tletin elf, ħames mija w seba ewro).
Leg 12 PQ #8047 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT — Stallazzjoni

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid fejn ġiet stallata din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li s-sistema ġiet installata fuq bażi nazzjonali mill-isptarijiet u kliniċi ta’ Malta u Għawdex.
Leg 12 PQ #8048 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – functional specifications

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-functional specifications tas-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #8049 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – systems architecture

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-systems architecture tas-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal mistoqsija tiegħek ġiet imwieġba f’mistoqsija Parlamentari numru 8048.
Leg 12 PQ #8050 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – kuntratt

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li jirregola l-implimentazzjoni ta’ din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda kuntratt, dan għaliex is-sistema ġiet implementata permezz ta’ riżorsi interni minn Mater Dei.
Leg 12 PQ #8051 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – liċenzja

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jikkonferma li din is-sistema hija l-proprjetà esklussiva tal-Gvern ta’ Malta u li ħadd aktar m’għandu kopja u/jew liċenzja li jużaha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Fil-preżent, il-Gvern Malti biss huwa liċenzjat sabiex juża din is-sistema.
Leg 12 PQ #8052 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – maintenance and support agreement

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-maintenance and support agreement marbutin ma’ din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-manutenzjoni u s-support agreement qed jiġi ttrattat esklussivament mill-peronnel ta’ MDH. Is-sistema hija waħda affidabli u ma tirrekjedix ħafna manutenzjoni. Ilha tiffunzjoni sa mill-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru, u minn dakinhar is-sistema ma kienx meħtieġ manutenzjoni.
Leg 12 PQ #8432 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt lill-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #8461 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Tibdil fil-klassifikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-klassifikazzjoni tal-mediċini out of stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-mediċina għas-CPSU tkun ‘out of stock’ jekk ma tkunx disponnibli fl-istores tagħha.Il-mediċina xorta tiġi klassifkata ‘out of stock’, anke jekk l-ispiżeriji u s-swali jkollhom. L-eżerċizzju ta’ monitorraġġ jinkludi klassifikazzjoni iktar dettaljata biex s-servizz ikun iktar effiċjenti. Il-mediċini out of stock fil- POYC hi differenti minn dik tal- CPSU.
Leg 12 PQ #8462 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Kataretti – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex isirilhom l-operazzjoni tal-katarretti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skond l- informazzjoni miġbura permezz tas-Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei, jirri¿ulta li fit-12 ta’ Marzu 2014 kien hemm 3,623 operazzjoni tal-kataretti fuq il-lista ta’ stennija.
Leg 12 PQ #8463 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – laqgħat tal-Advisory Standing Committee

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ltaqa’ l-advisory standing committee tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? F’kull laqgħa, min kien iċ-chairman?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nitlob lill-Onorevoli Membru sabiex ikun speċifiku għal liema sena qed jirreferi fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 12 PQ #8464 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: MICHAEL GONZI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – numru ta’ wards

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ wards li kien hemm fl-Isptar Mater Dei fl-2011, 2012, 2013 u fl-2014? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ sodod f’kull ward fis-sena indikata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ wards li kien hemm fl-Isptar Mater Dei fl-2011, 2012, 2013 u fl-2014 kif ukoll in-numru ta’ sodod f’kull ward huwa kif misjuba fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #8468 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Regolamenti dwar is-Servizz tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti u l-istandards dwar is-servizz tas-saħħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #8609 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għas-Saħħa

Ħaż-Żebbuġ – Ċimiterju – oqbra għall-bejgħ

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8384, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar għaxar kuntratti tal-bejgħ tal-oqbra msemmija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-kuntratti msemmija, kienu saru meta l-Onorevoli Membru kien għadu Ministru tas-saħħa.
Leg 12 PQ #8612 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Studju dwar il-Glyphosate

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8368, billi r-referenza għall-użu tal-Glyphosate f'Malta qed tagħmel ħsara lill-biedja Maltija, u dan meta r-rapporti li qed jiġu ppublikati huma bbażati fuq studji li ċertament ma jistgħux jitqiesu li huma xjentifici, jista' l- Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Ministeru jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji qabel ma tkompli ssir iktar ħsara lis-settur agrikolu Malti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lil-Onorevoli Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil-Ministru koncernat.
Leg 12 PQ #8618 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżeriji – Liċenzji pendenti

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8385, jista' l-Ministru jgħid liema huma s-seba’ lokalitajiet li għalihom qegħdin jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet li hemm referenza għalihom fir-risposta? Billi fl-istess risposta hemm referenza għad-Demographic Review tal-2010, li ġie ppubblikat fit-8 ta' Novembru 2011, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li l-Ministeru jibbaża ruħu fuq din l-informazzjoni meta l-NSO ippubblikat informazzjoni oħra fit-3 ta' Settembru, 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

B'referenza għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 8385, ninsab informat li l-lokalitajiet fejn bħal issa qed jiġu pproċessati applikazzjonijiet ġodda ġew ikkunsidrati qabel it-3 ta' Settembru, 2013. Il-lokalitajiet fejn qed jiġu pproċessati dawn l- applikazzjonijiet huma: Fgura, Kalkara, Bir¿ebbuġia, Marsaxlokk, Naxxar, Għarb, u Ta’Sannat. Skont l-aħħar pubblikazzjoni tal-NSO, ma hemm l-ebda lokalita oħra fejn jistgħu jiġu pproċessati applikazzjonijiet ġodda fuq il-bazi tad-demographic ratio.