Jista’ l-Ministru jgħid min hu s-Supritendent fil-Korp tal-Pulizija li fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza hu responsabbli mill-Administrative Law Enforcement (ALE) u s-Sezzjoni tat-Traffiku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi is-Supretendent Marco Mallia hu responsabbli għat-Taqsimiet tal-Administrative Law Enforcement u tat-Traffiku mid-data li ġiet mistoqsa din il-mistoqsija, sal-lum.
Jista' l-Ministru jiddikjara x'inhi l-pożizzjoni ta' third country national li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għal ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kienu t-third country nationals xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fil-qrati ta’ Malta relatati mal-hacking u l-online fraud f’dawn l-aħħar tmien snin? X’inhuma l-pieni massimi relatati ma’ dan ir-reat? Liema setturi ta’ xogħol jew servizzi relatati ġew attakkati minn hacking online jew proċeduri simili?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tmien snin kien hemm sittax (16) il-każ ta’ aċċess mhux leġittimu għall-informazzjoni jew użu tagħha (computer misuse-hacking) bi ksur tal-Artiklu 337Ċ tal-Kodiċi Kriminali, u 4 każijiet ta’ frodi b’egħmil qarrieqi jew qliegħ b’qerq (online fraud) bi ksur tal-Artikli 308 u 309 tal-Kodiċi Kriminali, li tresqu quddiem il-Qorti ta’ Malta, kif jidher hawn taħt:
2006
2007
2008
2009
2010
2011
2012
2013
Ottubru
Hacking
nil
6
(private)
1
(private)
1
(private)
1
(private)
2
(private)
4
(private)
1
(private)
On-line Fraud
nil
1
(San Antonio Hotel
network)
nil
nil
nil
nil
nil
3
(private)
Il-piena massima relatata ma dawn ir-reati hija kif ġej:
Aċċess mhux leġittimu għall-informazzjoni jew użu tagħha (computer misuse - hacking)
Min jinstab ħati ta’ dan ir-reat jista’ jeħel multa ta’ mhux iżjed minn tlieta u għoxrin elf mitejn u tlieta u disgħin euro u tlieta u sebħin ċenteżmu (23,293.73) jew priġunerija għal żmien mhux iktar minn erba’ snin, jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien.
Meta dan ir-reat ikun jikkonstitwixxi att li b’xi mod ikun ta’ ħsara għal xi funzjoni jew attivita’ tal-Gvern, il-penali għandha tiżdied għal multa ta’ mhux inqas minn mitejn u tnejn u tletin euro u erbgħa u disgħin ċenteżmu (232.94) u mhux iktar minn mija u sittax-il elf erba’ mija u tmienja u sittin euro u sebgħa u sittin ċenteżmu (116,468.67) jew għal priġunerija għal żmien minn tliet xhur sa għaxar snin, jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien.
Dan skond kif provdut fl-Artiklu 337F (1)(2) tal-Kodiċi Kriminali.
Frodi b’egħmil qarrieqi jew qliegħ b’qerq (online fraud)
Meta l-ammont tal-ħsara magħmula mill-ħati huwa aktar minn elfejn tliet mija u disgħa u għoxrin euro u sebgħa u tletin ċenteżmu (2329.37), il-piena tkun ta’ priġunerija minn tlettax-il xahar sa seba’ snin. Dan kif provdut fl-Artiklu 310 (1)(a) tal-Kodiċi Kriminali.
Attakkati minn hacking online jew proċeduri simili
Fil-parti l-kbira, kienu persuni privati li ġew attakkati b’dawn ir-reati, iżda kif jidher mit-tabella hawn fuq, kien hemm każ fejn ġiet attakkata s-sistema komputerizzata ta’ lukanda f’Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5430 peress li l-mistoqsija parlamentari 4340 li rreferini għaliha titkellem fuq maskri tal-imnifsejn u mhux fuq ilbies prottettiv?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maskri tal-imnifsejn huma ukoll ilbies prottettiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew segwiti persuni taħt sentenza ta' Community Service Orders u/jew Combination Orders sena b'sena minn meta ġiet introdotta din is-sezzjoni fis-sena 2003?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2003 ma’ kien hemm l-ebda każ.
Matul sena 2004 kien hemm 6 każi ta’ Combination Order u 3 każi ta’ Community Service Order.
Sena 2005 ma’ kien hemm l-ebda każ ta’ Combination Order u 5 każi ta’ Community Service Order
Sena 2006 ma’ kien hemm l-ebda każ ta’ Combination Order u 3 każi ta’ Community Service Order
Matul is-sena 2007 kien hemm 2 każi ta’ Combination Order u każ wieħed ta’ Community Service Order
Sena 2008 kien hemm 6 każi ta’ Combination Order u żewġ każi ta’ Community Service Order
Fis-sena 2009, ma’ kien hemm l-ebda każ ta’ Combination Order u 3 każi ta’ Community Service Order
Matul is-sena 2010 kien hemm tmien każi ta’ Combination Order u seba’ każi ta’ Community Servce Order
Sena 2011, tmien każi ta Combination Order u erba’ każi ta’ Community Service Order
Sena 2012, ħdax il-każ ta Combination Order u seba’ każi ta’ Community Service Order
Matul din is-sena 2013, sa l-aħħar ta’ Ottubru saru tmintax il-każ ta’ Combination Order u sit każi ta’ Community Service Order
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna saritilha l-breathalyser test fis-sena 2011, 2012 u 2013? Kemm minn dawn is-sewwieqa kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Kemm minnhom irri¿ultaw li kienu qab¿u l-limitu ta' alkoħol stabbilit mil-Liġi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
2011
2012
2013*
Numru ta’ persuni li fuqhom sar breathalyzer test
Irgiel
173
109
76
Nisa
11
12
7
Perusni li qabzu l-limitu permess mil-ligi
106
70
53
* sal-aħħar ta’ Ottubru
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew re-instated Pulizija mit-12 ta’ Marzu 2013 ’l hawn? F'liema grad huma dawn il-Pulizija? Kemm minn dawn il-Pulizija re-instated kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi mit-12 ta’ Marzu sal-llum, kien hemm 23 membru tal-Korp tal-Pulizija li ġew re-instated, f’dawn il-gradi -
Supretendenti 1;
Surġent Maġġur 1;
Surġenti 5;
Kuntistabbli 16
Minn dawn 19 huma rġiel u 4 huma nisa
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm persuni fil-ħabs ta' Kordin li kienu qed jistennew biex imorru l-programm għall-kura mill-vizzju tad-droga fl-1 ta’ Ġunju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Fl-1 ta’ Ġunju 2013 kien hemm 34 applikazzjoni minn priġunieri sabiex isegwu l-programm għall-kura ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jinħadem l-isplit shift tal-ispetturi tal-Pulizija fid-distretti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li fost l-Ispetturi stazzjonati fid-Distrett hemm roster li fih Spettur jaħdem split shift meta jmissu, u ċjoè mill-5.00pm sad-9.00pm. Wara d-9.00pm id-Distretti jkollhom ukoll is-servizz ta’ Spettur li jkun fl-Għases fuq bażi ta’ Distrett. B’dan il-mod, il-Korp iħoss li qed jagħti servizz aħjar. Din il-proċedura ma tiġix applikata meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu mod ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-popolazzjoni tal-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sal-jum li tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienu qed iservu sentenza effettiva ta' priġunerija u kemm kienu taħt arrest preventiv?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa nhar Ħamis 7 ta’ Novembru 2013 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien hemm total ta’ 622 priġunier imqasmin kif ġej:
Nisa: 30 ssentenzjati u 12 detenuti.
Irġiel: 429 ssentenzjati u 151 detenuti.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm priġunieri tal-Ħabs Ċivili, inqabdu jagħmlu użu mhux awtorizzat minn mobile phone mill-1 ta’ Jannar 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-11 ta’ Novembru ta’ din is-sena inqabdu 26 mobile phone mhux awtorizzat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ġej:
Jannar 2
Frar 1
Marzu 9
April 2
Mejju 2
Ġunju 1
Lulju 4
Awwissu xejn
Settembru 1
Ottubru 3
Novembru 1 (sal-11 tax-xahar)
Jista' l-Ministru għall-Intern jgħid x'kienet l-average population tal-ħabs kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2012?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-average population fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin full sena mis-sena 2008 sas-sena 2012 kienet kif ġej:
Sena
Average population
2008
423
2009
492
2010
582
2011
591
2012
596
Dipartiment tal-Probation u l-Parole — Ordnijiet ta' Superviżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt diversi ordnijiet ta' superviżjoni li qegħdin jiġu segwiti minn uffiċjali tal-probation fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole? Kemm minn dawn huma taħt ordni tal-probation? Kemm minn dawn huma taħt sentenza sospiża bis-superviżjoni? Kemm minn dawn huma taħt Ordni ta' Superviżjoni Proviżorja?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar statistika li għandu d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, li tkopri sat-30 ta’ Settembru 2013 tidika li l-każijiet li qed jiġu segwiti mill-Uffiċjali tal-Probation huma kif ġej:
1.
Probation Orders
– 609 każijiet
2. Suspended Sentence Supervision Orders – 111 każijiet
3. Provisional Orders of Supervision – 67 każijiet
Total – 787 każijiet
Ta’ min jirrimarka li minbarra l-ka¿ijiet imsemmija hawn fuq, hemm diversi każijiet oħra li qed jiġu segwiti mill-uffiċjali tal-Probation, li huma:
4. Community Service Orders – 10
5. Combination Orders - 35
6. Rapporti tal-Parole Officers għall-Parole Board – 28
7. Superviżjoni ta’ Parolees – 2
8. Pre-Sentencing/Social Inquiry Reports – 37
9. Rapporti mill-Victim Support Officers għall-Parole Board – 9
Dan ifisser li t-total ta’ każijiet li sal-aħħar ta’ Settembru 2013 kienu qed jiġu segwiti mill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole kienu jammontaw għal 908.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa l-Qorti nies b'konnessjoni ma' traffikar ta’ persuni dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom nstabu ħatja u x'pieni rċevew?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li fis-snin 2009 u l-2010 ma kienx hemm każijiet ta’ traffikar ta’ persuni li tressqu quddiem.
Matul is-sena 2011 kien hemm erba' persuni, filwaqt li s-sena l-oħra, 2012, kien hemm persuna waħda. Din is-sena tressqu żewġ persuni. Dawn kollha għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fil-preżent klieb fis-sezzjoni tal-klieb tal-Korp tal-Pulizija? Għal liema xogħol huma mħarrġa dawn il-klieb?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li fil-preżent it-Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija għandha 16-il kelb. Minn dawn hemm dawk li huma mħarrġa fuq tfittix ta’ splussiv, oħrajn armi, oħrajn droga u oħrajn fuq xogħol ta’ protezzjoni. Hemm ukoll 3 li jintużaw għall-wirjiet wara li ma baqgħux tajbin għal xogħol polizjesk, 11 li għadhom fil-fażi ta’ taħriġ u 2 li huma rtirati.