Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Bank Ċentrali ta’ Malta mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fl-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara jekk tistax issir reviżjoni tal-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu xi problemi fuq it-taxxi interni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna ndikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar materja bħal din ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta. Inħeġġeġ biex kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bil-mod kif qed nispjega f’din it-tweġiba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8243 u jgħid kemm swew il-kampanji pubbliċitarji dwar il-Budget bejn is-snin 2004 u 2012, sena b’sena b’mod separat ? Jista’ jagħti break down ta’ kif intefaq kull ammont sena b’sena u fuq xiex saret kull nefqa sena b’sena? Għal kull spiża li saret, jista’ jgħid jekk inħarġitx tender jew jekk ingħatatx b’direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Jista’ l-Ministru jispjega x’kalkoli jintużaw biex jitfasslu l-miżati ġodda tal-Awtorità ta’ Malta dwar is-Servizzi Finanzjarji fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji li wħud minnhom imponew żieda ta’ 50%?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-miżati tal-Malta Financial Services Authority għall-persuni jew kumpaniji regolati mill-istess awtorita fis-settur tas-servizzi finanzjarji, sa mill-2003 kienu riveduti kull ħames snin. Bħal ma sar fl-2013 kull meta jsiru l-kalkoli tal-miżati l-MFSA tħares lejn l-ispejjeż kollha relatati mas-superviżjoni ta’ kull settur u tuża l-esperjenza passata flimkien ma’ informazzjoni ekonomika fis-suq sabiex tagħmel l-estimi ta’ l-ispejjeż ghall-ħames snin futuri. Meta jsiru dawn il-kalkoli l-MFSA tqassam parti minn dawn l-ispejjeż fuq l-operaturi kurrenti u futuri sabiex tasal ghal-miżata dovuta. Iż-żieda fil-licenzji kienet bejn l-14% u l-35% fuq il-licenzji principali filwaqt li fejn il-licenzji kienu inqas minn €200 dawn żdiedu b’medja ta’ €65.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7678 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji konċernati.
Bank Ċentrali ta’ Malta – xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji konċernati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7678 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi ma ingħata l-ebda xogħol lill-kumpanijia kkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew il-kampanji pubbliċitarji dwar il-Budget bejn is-snin 2004 u 2012, sena b’sena b’mod separat ? Jista’ jagħti break down ta’ kif intefaq kull ammont sena b’sena u fuq xiex saret kull nefqa sena b’sena? Għal kull spiża li saret, jista’ jgħid jekk inħarġitx tender jew jekk ingħatatx b’direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-każ ta’ l-FIAU, Treasury, Lotto, Stock Exchange, EPD, NSO, Contracts, Commissioner for Revenue u MFSA ir-risposta hija fin-negattiv.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
B'referenza għall-miżura li ġiet imħabbra riċentament dwar rifużjoni tal-VAT ta' karozzi mixtrija bejn l-2004 u l-2008, jista’ l-Ministru jgħid f'każ li karozza ġiet mixtrija mingħand dealer, min xtara l-karozza hu intitolat għal din ir-rifużjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ,kif ġie mħabbar ftit ġimgħat ilu, nieda skema li tipprovdi għotja ta’ darba għal vetturi reġistrati u liċenzji għall-użu personali bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2008. L-iskema tapplika għall-ewwel sid reġistrat tal-vettura li jkun xtara l-vettura matul il-perjodu effettiv u għaldaqstant il-persuna li tkun xtrat il-vettura mingħand id-dealer se tkun eliġibbli għall-iskema.
B’referenza għall-mistoqsija parliamentari 6190, jista’ l-Ministru jindika min hu – skont hu – l-Ministru kkonċernat u jgħid għaliex iqis li l-ministeru tiegħu mhux ikkonċernat fuq nefqa li titħallas mill-fondi pubbliċi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża li qed jirreferi għaliha ma titħallasx mill-Ministeru għall-Finanzi.
Pensjonanti tas-Servizz – żieda tal-għoli tal-ħajja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-pensjonanti li kienu jaħdmu fis-servizz u li għadhom m’għalqux il-61 sena iżda ma jaħdmux, tibda tingħatalhom iż-żieda ta’ €3.49 tal-għoli tal-ħajja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Bank of Valletta nieda proċess ta’ grievance għall-impjegati tiegħu? Jekk huwa minnu jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom lill-bank? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa? Kemm se jiswa lill-bank dan il-proċess fi ħlasijiet globali kemm għall-promozzjonijiet b’lura u żidiet fil-pagi marbuta mal-istess promozzjonijiet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5554, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-punti ewlenin li ħarġu mir-rapport taċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy dwar it-transizzjoni għall-accrual accounting?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħolijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.