Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — problema ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema bil-faċċata tad-dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li din il-persuna ġiet ikkuntattjata, ma jirriżultax li għandha xi talba pendenti quddiem l-Awtorita’ tad-Djar. Fil-fatt hija kkonfermat li għandha kwistjoni privata mas-sid li jabità fir-residenza ta’ fuqha. L-Awtorità tad-Djar ma tidħolx fi kwistjonijiet privati.

Lifts irreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a. Kemm hemm lifts irreġistrati mal-Awtorità responsabbli li jinsabu kemm fi stabbilimenti kummerċjali/postijiet tax-xogħol jew residenzjali; b. Kemm saru spezzjonijiet ta’ lifts matul is-snin 2012, 2013 u din is-sena; u c. Jekk inħarġux ordnijiet biex lifts ma jintużawx għaliex ma kinux compliant skont il-liġi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – Activity Centre

Question

Huwa minnu li hemm il-ħsieb li l-isem tal-Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul se jinbidel għal Dementia Centre? Jekk dan hu l-każ, jikkonferma li dan se jispiċċa jżid l-istigma fil-konfront ta’ dawn il-pazjenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx il-ħsieb li l-isem tal-Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul jinbidel għal Dementia Centre.

Residenza San Vinċenz de Paul –sistema ġdida dwar il-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li bl-introduzzjoni tas-sistema ġdida ta’ protocol dwar ċerti mediċini fir-Residenza San Vinċenz de Paul, fejn ħafna mediċini issa jridu jiffirmaw għalihom konsulenti, qed jikkaġuna li ħafna residenti anzjani qed jispiċċaw bla mediċini jew inkella jdumu ħafna jistennew il-mediċina li jkollhom bżonn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul – hand washing liquid

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji peress li fir-Residenza San Vinċenz de Paul m’hemmx hand washing liquid li jintuża mill-istaff, meta dan hu ferm importanti minħabba cross infections?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paul –customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri ta’ staff allokati fil-customer care tar-Residenza San Vinċenz de Paul u x’inhuma l-gradi tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba’ (4) persuni allokati fil-Customer Care Unit tar-Residenza San Vinċenz u l-grad tagħom huwa: 1 Staff Nurse 1 Nursing Aide 1 Health Assistant 1 Assistant Care worker.

Residenza San Vinċenz de Paul — Każijiet ta’ abbuż fuq anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul tul is-snin 2013 u 2014 sal-lum? X’tip ta’ abbuż kien (psikoloġiku, sesswali, finanzjarju, fiżiku, eċċ.)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Day Centres tal-Anzjani – trasferiment ta’ staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti membri tal-istaff mid-day centres tal-anzjani mill-elezzjoni ’l hawn u fejn intbagħtu? Jista’ jagħti lista tal-membri tal-istaff li ġew trasferiti u f’kull każ kinux huma li talbu li jiġu trasferiti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Persuni li jinsabu waħidhom bil-lejl — wens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi tip ta’ wens għall-persuni li jkunu jinsabu waħidhom bil-lejl?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

Riforma tal-Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta biħsiebu jressaq emendi legali li għandhom x'jaqsmu mar-riforma tal-pensjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu maħsub li sal-aħħar ta' din is-sena l-Gvern ikun iffinalizza l-istrateġija tiegħu tal-pensjonijiet. Emendi legali jitressqu meta jkun il-waqt u jekk ikun meħtieġ.

Riforma tal-pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti ħjiel ta’ x’inhuma l-passi li jmiss fir-riforma tal-pensjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10658.

Djar tal-anzjani – lista ta’ stennija

Question

Jista l-Ministru jgħid x’waiting list hemm sal-lum ta’ anzjani li jridu jidħlu fi djar residenzjali tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa meta saret il-mistoqsija kien hemm 1950 applikant fil-waiting list ta’ anzjani li jridu jidħlu fi djar residenzjali tal-Gvern.

Children Allowance – każ ta’ individwu miż-Żejtun

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu miż-Żejtun li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar każ ta’ children allowance?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. iInterpellant illi l-każ imsemmi minnu hu fil-fatt maħdum u għalhekk iffinalizzat u l-pagament mistenni jitħallas.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u l-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu ma taw l-ebda xogħolijiet lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ngħataw separatament.

KNPD – servizzi mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti sabiex is-servizzi li jingħataw mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) jittieħdu mir-responsabilità ta' din l-istess kummissjoni u jgħaddu taħt entitajiet oħra? Jekk dan hu l-każ, liema entitajiet se jkunu dawn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument tal-Politika Nazzjonali msemmi għadda minn proċess ta’ konsultazzjoni wiesà u bħalissa għaddej il-proċess tal-pubblikazzjoni tad-dokument finali.

KNPD – servizzi mogħtija

Question

F’każ li hemm xi pjanijiet biex il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) ma tibqax responsabbli mis-servizzi li toffri, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet għall-ħaddiema li jieħdu ħsieb dawn is-servizzi? F'każ ta' ċaqliq ta' ħaddiema, sa jkunu ggarantiti l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, fosthom is-seniority u l-promotions li waslu biex jieħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-Gvern huwa li jsaħħaħ il-KNPD u l-irwol tagħha u bħalissa qiegħda ssir l-analiżi opportuna.

Politika Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x-xogħol li sar s’issa fuq il-Politika Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità? X’kienu l-miri u l-oġġettivi li ngħataw lill-kumitat li qiegħed ifassal din il-politika? Kif se tkun qed titwettaq din il-politika nazzjonali f’din il-legiżlatura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument tal-Politika Nazzjonali msemmi għadda minn proċess ta’ konsultazzjoni wiesà u bħalissa għaddej il-proċess tal-pubblikazzjoni tad-dokument finali.

Għajnuna soċjali – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi investigat il-każ ta’ għajnuna soċjali għal tifel bi bżonnijiet soċjali li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ benefiċċju għall-allowance ta’ diżabilità ma jibqax dovut u jiġi tterminat hekk kif it-tifel jew it-tifla li għalihom ikun qiegħed jitħallas il-benefiċċju msemmi jittieħdu taħt il-ħarsien ta’ waħda mill-Aġenziji tal-Gvern.

Awtorità tad-Djar – saqaf perikoluż – każ ta’ individwu mill-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna mill-Marsa li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta’ soqfa perikolużi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar l-applikazzjoni msemmija, il-Perit tal-Awtorità tad-Djar għamel spezzjoni fuq il-post, fejn għamel stima tax-xogħlijiet meħtieġa fil-post li hu proprjetà tal-applikant. L-ammont li se tingħata l-applikanta skont l-istima tal-perit huwa ta’ €6,486.80 imma dan suġġett għal proċess ta’ verifikazzjoni ta’ riċerki u assi.

Residenza San Vinċenz de Paul — Activity Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern dwar l-Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul fejn matul il-ġurnata jmorru pazjenti bid-dementia? Billi l-Gvern fil-bidu tal-leġiżlatura kien qal li għandu l-ħsieb li jagħlaq dan iċ-ċentru jista' jgħid jekk issa dan iċ-ċentru hux se jibqa miftuħ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.