Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata l-ebda xoghol lill-Kumpanija msemmija.
Żona Blata l-Għolja l-Mosta – qtugħ ta’ dawl frekwenti
Question
Jista’ l-Ministru jara li jekk hemm xi ħsarat fis-sistema tal-elettriku ġewwa l-Mosta dawn jissewwew sabiex iż-żona magħrufa bħala Tal-Blata l-Għolja ġewwa l-Mosta ma’ jibqax ikollha daqshekk qtugħ tad- dawl frekwenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta nnutat id-diffikultajiet imsemmija u bdiet testijiet meħtieġa biex tinsab soluzzjoni. Instab li hemm bżonn jinbidel xi apparat fis-substation ta' dawn l-inħawi u x-xogħol hu ppjanat li jsir fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ fejn dan l-individwu baqa’ bla dawl minkejja li ilu jċempel u jgħidulu li ser jirranġaw?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta qatt ma kienet irċeviet rapporti dwar din il-ħsara. Wara li żaru l-post imsemmi, l-ħaddiema tal-korporazzjoni bdew il-ħidma biex il-bozza tinxtegħel mill-ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex issirilhom il-proċedura ta' Intrathecal Baclofen u jgħid kemm ilhom jistennew biex isirilhom din il-proċedura?
Response (MIZZI, KONRAD)
M’hemm ebda lista ta’ stennija biex isir dan l-intervent.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Gvern mhux qed jagħti l-mediċina Demeclocyline meta din għandha prezz tant għoli u tintuża biss f’mard rari ħafna bħas-SIDAH?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-mediċina demeclocycline qiegħda fuq il-Formularju tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża biex jitwaqqaf Ċentru ta’ Matul il-Jum għal madwar 30 persuna b’problemi ta’ saħħa mentali? Kemm kienet l-ispiża biex twaqqfu l-ħames ċentri eżistenti? Hemm il-ħsieb li jitwaqqfu aktar ċentri?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-ispiża annwali biex joperaw il-ħames (5) ċentri ta’ matul il-jum li hemm bħalissa hija ta’ miljun ewro fis-sena, (€1,000,000), medja ta’ mitejn elf ewro (€200,000) fis-sena għal kull ċentru.
Il-gvern huwa dejjem kommess biex itejjeb is-sitwazzjoni ta’ pazjenti b’saħħa mentali.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ‘l hekk imsejħa tilqima tal-yellow fever hiex nieqsa, u jekk iva jekk hiex ordnata billi hemm għadd ta’ missjunarji u volontarji li ma jistgħux jitlaqmu?
Jista' l-Ministru jgħid meta l-mediċina Buspirone se terġa' tkun qed titqassam mill-Isptar Mater Dei u jista' jikkonferma li din il-mediċina hija out of stock?
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients? X’għajnuna konkreta qegħdin jirċievu dawn il-persuni sabiex jibqgħu jgħixu fil-komunità?
Jista’ l-Ministru jgħid fejn tista’ tmur tgħix persuna bi bżonnijiet ta’ kura mentali wara li jiġu neqsin il-ġenituri/carers li jkunu qed jieħdu ħsiebha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Persuna bi bżonnijiet ta’ kura mentali li jiġu neqsin il-ġenituri/carers li jkunu qed jieħdu ħsiebha jistgħu jagħmlu użu minn numru ta’ servizzi. Dan jiddependi fuq il-livell ta’ sapport li jkollu bżonn l-indivdwu. Is-servizzi jvarjaw minn servizz ta’ outreach għal minn jgħix waħdu; servizz ta’ sheltered accomodation bhal hostels jew akkomodazzjoni f’apartimenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti jbatu mill-kundizzjoni tas-cerebral palsy u jagħti break down skont l-etajiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Hemm (18) tmintax-il pazjent reġistrat maċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) li jbagħtu mill-kundizzjoni tas-celebral palsy.
Ħamsa (5) huma ta’ anqas minn ħames (5) snin, sebgħa (7) bejn il-ħamsa u l-ħdax-il sena (5-11), u sitta (6) bejn it-tnax u s-sittax-il sena (12-16).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-trattamenti li jingħataw lill-pazjenti li jbatu bil-kundizzjoni tas-cerebral palsy mis-servizz tas-saħħa pubblika?
Response (MIZZI, KONRAD)
Pazjenti li jbagħtu bil-kundizzjoni tas-Celebral Palsy l-ewwel jiġu assessjati fin-Neurology Childrens’ Outpatients fl-Isptar Mater Dei. Wara, l-pazjent jarawh il-konsulenti tas-CDAU (Child Development Assessment Unit) fejn isir pjan long term skont kull kaz speċifiku.
Wara diskussjoni mal-ispeċjalitajiet relevanti, l-ġenituri jirrikorru għand l-Awtoritajiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex il-pazjent jinstablu l-aktar
placement
addattat f’skola.
Il-Konsulent Pedjatra jibqa’ jsegwi l-andament tal-pazjent regolarment.
Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Programm ta’ Ħbiberija f’Servizzi tas-Saħħa Mentali? X’għandha tagħmel persuna b’problemi ta’ saħħa mentali biex tirċievi dan is-servizz? X’inhi l-istennija biex persuna li qiegħda tgħix fil-komunità tinqeda minn dan is-servizz tant importanti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-Programm ta’ Ħbiberija tas-Saħħa Mentali qiegħed jiġi rivedut bħala parti mir-riforma fil-kura mentali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond biex jiġu megħjuna persuna b’problemi ta’ saħħa mentali? X’għajnuna qed joffri l-Ministeru biex din il-Fondazzjoni tkun tista’ tkompli twettaq is-servizzi tagħha b’mod professjonali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Is-servizzi ofruti mill-Fundazzjoni Richmond huma: Villa Chelsea, Servizz ta’ Home Support, Skema ta’ Supportive Housing, Programm ta’ Supported Employment, Programm ta’ Kids in Development, Akkomodazzjoni f’Hostel, Leisure Centre, Self Help Groups u Programm ta’ edukazzjoni għall-pubbliku bħala promozzjoni tas-saħħa mentali.
L-għajnuna moghtija mill-gvern hija wkoll waħda finanzjarja.
Quality Service Charters – persuni bi bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-quality service charters jew linji gwida jew protocols oħra in vigore tas-servizzi mogħtija lill-persuni bi bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa mentali? X’inhuma l-istandards ta’ dawn is-servizzi tant importanti għal dawn il-persuni u l-qraba tagħhom?’
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2009 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.