Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex isir impjant tal-grading tal- prodotti agrikoli kif imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 1794? Fejn hemm il-ħsieb li jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li saru diskussjonijiet ma’ delegazzjoni Taljana sabiex jiġi deċiż in-numru ta’ ‘grading stations’ u l-lokalitajiet tagħhom. Ir-rapport għandu jittlesta dalwaqt.
Missjoni ta' Malta fi Brussell — Applikazzjoni għas-sejħa MPO Circular 85/2003
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti li wieġbu għas-sejħa MPO Circular 85/2003 għal technical attaches and researchers sabiex iservu fil- Mission ta' Malta fi Brussell fl-oqsma tas-sajd, agrikoltura, veterinarji u ambjent rurali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikanti li wieġbu għas-sejħa MPO Circular 85/2003 għal technical attaches and researchers sabiex iservu fil-Mission ta' Malta fi Brussell fl-oqsma tas-sajd, agrikoltura, veterinarji u ambjent rurali kien ta' tlettax (13).
Jista' il-Ministru jagħtini breakdown tal-produzzjoni tas-siġar tal-frott li tkabbru fiċ-ċentru tal-mikropropogazzjoni din is-sena?
Kemm minn dawn tqassmu u/jew inbiegħu lill-bdiewa?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-lista t’ hawn taħt turi l-produzzjoni ta’ siġar tal-frott li tkabbru fiċ-Ċentru tal-Bijoteknoloġija tal-Pjanti matul is-snin 1999 sa 2003 :
Sena
Total
2003
29,070
2002
19,787
2001
14,870
2000
12,527
1999
900
Jista' il-Ministru jgħid x'investiment sar fiċ-ċentru tal-kmand matul din is-sena u kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-investiment kapitali li sar matul is-sena 2003 fiċ-Ċentru tal-Bijoteknologija tal-Pjanti huwa:
Microbiological safety cabinet Lm 3,144.00
Irrigation system Lm 500.00
Computer u printer Lm 650.00
Fiċ-ċentru tal-mikropropogazzjoni kemm tkabbar xitel u ngħata l-bdiewa din is-sena sabiex ikabbru fuq l-uċuħ tar-raba u fis-serer tagħhom?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999, rispettivament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-lista t’ hawn taħt turi kemm minn dak li tkabbar fiċ-Ċentru tal-Bijoteknoloġija tal-Pjanti ġew ittrasferiti lill-Mixtla ta’ San Vincenz (SVDPN) biex jinbiegħu minn hemm u kemm inbiegħu oħrajn direttament lil bdiewa mill-istess Ċentru, jew mill-istand tal-Ministeru waqt il-fiera tal-Home and Garden Centre u l-International Trade Fair.
Sena
SVDPN
Oħ
rajn
Total
2003
28,244
826
29,070
2002
19,109
678
19,787
2001
9,660
4,310
14,870
2000
10,481
2,046
12,527
1999
700
200
900
Bdiewa — Analisi xjentifiċi tal-ħamrija u ta' l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdiewa li matul din is-sena saritilhom l-analisi xjentifika tal-livelli tal-ħamrija u ta' l-ilma? Minn liema lokali huma dawn il-bdiewa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena ittieħdu 881 kampjun ta’ ħamrija li fuqhom saru 4,732 analiżi. Matul l-istess perjodu ittieħdu 184 kampjun ta’ ilma li fuqhom saru 782 analiżi. Dawn il-kampjuni ttieħdu minn diversi lokalitajiet f’ Malta u Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-safeguard clause li nnegozja l-gvern ma' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-biedja u kif se jitħaddem u f'liema ċirkostanzi huwa maħsub li jitħaddem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-safeguard clause hija maħsuba biex f’ każ ta’ bżonn jittieħdu miżuri protettivi biex jissalvagwardjaw xi settur milqut ħażin minn importazzjoni. Biex titħaddem din is-safeguard clause, irid l-ewwel nett isir monitoraġġ tas-setturi l-aktar importanti u f’ każ li l-importazzjoni jkollha, jew ser ikollha, effetti negattivi li joħolqu żbilanċ qawwi fuq xi settur partikulari, il-Ministru javża lill-Kummissjoni Ewropeja, li wara ħamest ijiem hi obbligata tagħti deċiżjoni dwar liema miżura protettiva tista’ tittieħed biex tagħmel tajjeb għal xi impatt negattiv fuq xi settur.
Mellieħa — Applikazzjoni għall-bini ta' pompa tal-petrol
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni PA 6977/97 għall-bini ta' pompa tal-petrol fil-Mellieħa ħdejn il-ground tal-football li saru ħafna protesti kontra tagħha mill-kunsill lokali, minn għaqdiet sportivi Mellieħin u mir-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 6977/97 għall-iżvilupp ta' Petrol Station fil-Mellieha ġiet approvata mill-Bord ta’ l-Awtorita ta’ l-Ippjanar fit-22 ta’ Frar 2001, u l-permess mibgħut fis-16 ta' April 2001. Sar appell minn terzi persuni kontra l-ħruġ tal-permess, li ġie miċħud mill-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar bid-deċiżjoni tas-26 ta' Settembru 2003, imma skond din l-istess deċiżjoni ġie ordnat il-ħruġ ta' permess ġdid biż-żieda ta' kundizzjoni ma dawk li ġew approvati mill-Awtorita’, li torbot l-applikant biex idaħħal applikazzjoni ġdida għal żieda ta' 'landscaping' madwar is-sit.
Jista’ l-Ministru jinfurmani x'xogħlijiet ta' restawr saru fil-ġonna tal-Buskett minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn u kemm swew flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-aħħar xhur saru xi xogħlijiet fuq ħitan tas-sejjiegħ mill-ħaddiema tal-Environmental Landscape Consortium. Dan ix-xogħol ma jiffurmax parti mill-kuntratt tax-xogħol li ngħata lill-Konsorzju, iżda l-ħaddiema tqabbdu jagħmlu dawn ix-xogħlijiet minflok tħallew jitlajjaw. Dan ix-xogħol sar fil-ħin normali tax-xogħol ta’ dawn l-istess ħaddiema. Bħalissa għaddejjin ukoll xogħlijiet oħra fuq ħitan tas-sejjiegħ.
Separatament mill-ispejjeż ta’ l-overtime, benefiċċji u pagi tal-ħaddiema tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura li marru mal-Konsorzju, jista’ d-Dipartiment jagħtini breakdown tal-flus li ntefqu s’issa mindu twaqqaf il-konsorzju ? Kemm minn dawn l-ispejjeż tħallsu ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż li tħallsu s' issa għal xogħol iċċertifikat lill-kuntrattur imqabbad mill-Gvern, iġifieri lill-Environmental Landscapes Consortium Ltd, ilaħħqu Lm3,445,318 eskluż il-VAT.
Kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 892 L-ispiża totali tinqasam kif ġej :
i. Manutenzjoni
Il ħlas għall-manutenzjoni isir fuq rata ta’ ‘
manday basis
’ li hija ‘
all inclusive
’, jiġifieri tinkludi pagi, salarji, ‘
bonuses
’, ‘
overtime
’ materjal, inġenji, tgħamir, spejjeż oħrajn (
overheads)
u qliegħ (
profit).
S’ issa tħallsu Lm 2,673,402 fuq manutenzjoni.
ii. Proġ
etti
Il-proġetti jitħallsu kemm a bażi ta’ materjal pprovdut, kif ukoll għall-pagi, salarji, ‘
bonuses
’ etc.
S’ issa tħallsu Lm 454,795.68 għal materjal pprovdut u Lm 317,120.32 għall-pagi.
X'upgrading sar minn April ta' din is-sena ’l hawn fil-pixkerija u kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ġie ffinalizzat il-programm elettroniku tal-Fish Marketing Accounting System (FMAS) li jieħu ħsieb ix-xiri u l-bejgħ tal-ħut. Dan il-programm ser jiġi ppruvat proporju fil-gimgħat li ġejjin, u sewa Lm 1,681.80.
Inħarġet ukoll it-tender biex jiġu upgraded żewġ imħażen biswit il-Cold Stores sabiex jiġu mibdula fi Crates Disinfection Depot. Dan it-tender qed jiġi aġġudikat.
X'upgrading sar minn April ta' din is-sena ’l hawn fit-Torri ta' San Luċjan u kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ġiet iffinaliżżata l-Catch & Effort Data Collection System li tinvolvi il-ġbir ta’ informazzjoni fuq il-qabda tal-ħut għad-dgħajjes ta’ taħt l-għaxar (10) metri.
Beda x-xogħol biex jiġi żviluppat pjan ta’ Biological Sampling għar-riżorsi marini kummerċjali. Ġie ffinalizzat pjan ma’ istitut tekniku xjentifiku ta’ Mazzara del Vallo biex, flimkien mad-Dipartiment tal-Bijoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta, isiru is-surveys ta’ tkarkir neċessarji. Minn April sal-llum saru wieħed bil-MEDITS Trawl System u wieħed bil GRUND System. Il-MEDITS hija sistema ewropeja fejn xibka b’ bokka kbira taqbad il-ħut tal-qiegħ, filwaqt li l-GRUND hija xibka aktar baxxa li tkarkar iktar mal-qiegħ biex tissampilja il-ħlejjaq li ma jiċċaqilqgħux minn qiegħ il-baħar.
Il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’ dawn iż-żewġ surveys swiet madwar Lm 5,000 fejn parti minn dawn il-flus intefqu biex inxtraw ix-xbieki standard neċessarji.
L-Istitut Taljan ikkontribwixxa għal parti mill-ispiża li saret, apparti Lm 5,000 li tħallsu minn-baħa Maltija.
X'upgrading sar minn April ta' din is-sena ’l hawn fis-sezzjoni ta’ l-API Kultura u kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-upgrading li sar fis-sezzjoni ta' l-Apikoltura minn April ta' din is-sena 'l hawn jinkludi xiri ta' għamara għall-uffiċċju, xiri u tiswija ta' għodda, xiri ta' kimika għall-kontroll ta' mard, xiri ta' ilbies protettiv, bini u tiswija ta' kaxxi tan-naħal u produzzjoni ta' posters edukattivi għall-wiri f' fieri u esibizzjonijiet.
L-ispiża totali ta' dan l-upgrading hija stmata li tlaħħaq madwar Lm1000.
Sar ukoll upgrading fir-riżorsi umani bl-ingaġġ ta' konsulent fuq bażi part-time u bl-involviment ta' esperti Germaniżi fuq il-mard tal-Varroa u fuq ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropeja dwar l-Apikultura.
Xi pjan ta' riċerka twettaq fuq produzzjoni agrikola organika minn Jannar ta' din is-sena ’l hawn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li twettaq framework contract ta’ l-Unjoni Ewropeja biex titfassal strateġija għall-promozzjoni tal-biedja organika f’ Malta.
Il-valur tal-kuntratt kien ta’ Euros 50,000, li kienu mħallsa kollha mill-Unijoni Ewropeja.
Analiżi xjentifika — Livell organiku tal-produzzjoni agrikola
Question
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji taċ-ċertifikati ta’ l-analiżi xjentifika li saret fil-labaratorji lokali u/jew esteri ta' dawn il-prodotti sabiex ikun magħruf il-livell organiku tal-produzzjoni agrikola li ntlahaq fuq dawn il-prodotti partikolari ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jista’ l-Onor. Membru jispeċifika għall-liema prodotti qed jirreferi.
Pitkalija ċentrali — Importazzjoni ta' ħxejjex u frott
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' u x'varjeta' ta' frott u ħxejjex importati ddaħħlu fil-Pitkalija ċentrali sabiex jinbiegħu waqt l-attivita' ogranizzata mill-Partit Nazzjonalista nhar il-Ħadd, 9 ta' Novembru, 2003?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-bejgħ tal-frott u ħaxix waqt l-attivita’ organizzata mill-Partit Nazzjonalista ma ġiex irrekordjat skond Avviż Legali Nru.360 tal-1952 (Marketing of Agricultural Produce Regulations) peress li din kienet attivita’ privata u dan il-bejgħ ma hux ikkontrollat mill-Avviż Legali numru 24 tal-1975. (Agricultural Marketing Centres Regulations)
X'upgrading sar minn April ta' din is-sena ’l hawn fil-packing station ta' Ta' Qali? Kemm sewa flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-‘upgrading’ tal-packing station f’ Ta’ Qali jifforma parti mill-pjan ta’ grading station li dalwaqt jiġi ppreżentat biex jiġi implimentat mill-fondi tal-Protocol Taljan.