Heritage Malta – persuni li attendew għall-esibizzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuna li attendew għall-esibizzjoni ta' Heritage Malta, bl-isem ta' Siege Maps: Keeping Memory Safe? Jista' jgħid kemm ġew ippubblikati leaflets għal din l-esibizzjoni, kemm minnhom tqassmu b'xejn u kemm għad fadal?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn id-29 ta’ Jannar u t-22 ta’ Mejju 2016 kien hemm 21,309 persuni li żaru l-wirja msemmija, minbarra ħafna oħrajn li żaru lilha biss bla ħlas mingħajr ma daħlu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija li madanakollu ma tinżammx statistika tagħhom. Ġew ippubblikati 1,200 leaflet għal din il-wirja, li 162 minnhom tqassmu b’xejn.
Heritage Malta – Principal Curators, Principal Conservators u Senior Executives
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jibda jingħata xi tip ta' kumpens lil dawk il-ħaddiema ta' Heritage Malta prinċipalment lill-Principal Curators, Principal Conservators u Senior Executives, peress li tant kemm huma mgħobbija bix-xogħol u proġetti, qed ikollhom ikomplu jaħdmu b'mod regolari wara l-ħin stipulat kif ukoll fil-weekends?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-gradi msemmija diġa ngħataw allowances speċifiċi kif ukoll performance bonus fl-aħħar tas-sena sabiex ikopri dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il librerija għandha Heritage Malta? Jista' jgħid fejn qegħdin dawn il-libreriji, kemm-il persuna għamlu użu minn dan is-servizz minn Marzu 2013 s’issa, u xi pjanijiet għandha Heritage Malta abbinati għal dawn ir-riżorsi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li wieħed jista’ jgħid li Heritage Malta għandha seba’ ‘libreriji’, li jinsabu fil-Mużew Marittimu, fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, fil-Muzew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, fil-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, fil-Palazz tal-Inkwiżitur, fl-Uffiċċji Ċentrali f’Bighi, u fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali. Dawn jaqdu l-funzjoni ta’ riferenza interna u huma aċċessibbli wkoll għall-istudjuzi u studenti b’appuntament. Ma tinżammx statistika ta’ kemm jintużaw dawn il-libreriji. Wieħed jittama li fil-futur ikunu organizzati aħjar sabiex ikunu jistgħu joffru servizz aktar strutturat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16857, jista' l-Ministru jgħid għaliex, ladarba m’hemm l-ebda diffikultà marbuta ma’ din il-materja, x’inhi r-raġuni li Heritage Malta ma għandhiex l-Equality Mark mogħti mill-NCPE?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta qed tara x’inhu meħtieġ sabiex tapplika għal din il-marka mal-ewwel opportunita'.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dar li kienet tal-Isqof Baldassare Cagliares, li bħalissa tinsab abbandunata u sfortunatament saritilha ħafna ħsara, tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol? Meta din id-dar tkun restawrata, hemm il-ħsieb li tibda tinfetaħ għall-pubbliku biex ikun jista’ jżurha?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex skans kull ekwivoku jispeċifika l-lokalità tad-dar msemmija.
Twelid tat-trabi – liġi biex jibda jiġi rikonoxxut id-DNA
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-pjani li hemm biex tinbidel il-liġi ħalli fit-twelid tat-trabi jibda jiġi rikonoxxut id-DNA bħala evidenza minflok ġuramenti ta’ individwi li ma’ kellhomx x’jaqsmu ma’ xulxin, u li tista’ tkun umiljanti għan-nies involuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-DNA huwa diġa’ aċċettat bħala prova f’kawżi dwar il-paternita’ ta’ trabi. Madanakollu dan ma jistax jelimina l-ħtieġa illi min ikun involut fil-kawża jixhed biex jgħid il-fatti li jaf hu. Fil-każ ta’ xhieda li tista’ tkun umiljanti l-liġi tipprovdi biex is-smiegħ tax-xhud isir mingħajr ma l-pubbliku jkun preżenti. Dan iżda ma jneħħix id-dritt tal-partijiet fil-kawża u tal-Avukati tagħhom li jkunu preżenti meta tingħata x-xhieda.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25659 li oriġinarjament saret lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiġu riveduti l-proċeduri tar-reġistru pubbliku biex jirriflettu l-liġijiet li għaddiet din il-Kamra? Fiċ-ċertifikat tat-twelid se jibqgħu jitniżżlu annotamenti li jumiljaw lill-persuni involuti? Jekk iva, min se jkollu aċċess għall-informazzjoni fuq dawn il-persuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi r-Registru Pubbliku mhux konxju illi hemm xi liġijiet li ma humiex jiġu osservati. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika liema liġijiet m'humiex jiġu osservati mir-Reġistru Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti mir-Reġistratur tal-Qorti (Ċivili) mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Mejju 2016 u possibbilment jiġu indikati xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Mejju 2016 ir-Reġistratur tal-Qorti ta’ Malta (Ċivili) ġabar dawn l-ammonti:-
JannarFrarMarzuAprilMejjuTOTAL
€€€€€€
300,217.01324,054.42358,046.30384,354.76353,365.101,720,037.59
Mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Mejju 2016 ir-Reġistratur tal-Qorti ta’ Għawdex (Ċivili) ġabar dawn l-ammonti:-
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
TOTAL
€
€
€
€
€
€
19,196.11
20,187.52
15,414.58
17,709.42
41,583.61
114,091.24
Il-Marsa – Triq il-Ħaddiema – twaħħil ta’ street lights
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Marsa għandux pjan li jwaħħal lampi (street lights) fi Triq il-Ħaddiema fil-Marsa matul is-sena 2016? Jekk iva, meta?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Kunsilli Lokali joperaw b’mod awtonomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess Kunsilli Lokali. ċId-domanda tal-Onor Interpellant tirrigwardja l-operat ta’ Kunsill Lokali partikolari u mhux tad-dekasteru tiegħi
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn l-2003 u l-2013, ingħata b’kemm jiswew €5,957.91 lid-ditta ta’ avukati msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari.
Ksur ta’ Liġi tal-VAT jew Income Tax – persuni — priġunerija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ntbagħtu sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija fuq ksur tal-Liġi tal-VAT jew Income Tax?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil- Qorti ta’ Malta ma kien hemm l-ebda każ ta’ VAT jew Income Tax fejn persuna ntbagħtet sentenza ta’ ħabs jew detenzjoni matul iż-żmien indikat fil-mistoqsija parlamentari.
Matul l-istess perjodu, fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm persuna waħda li ngħatat sentenza ta’ priġunerija fuq ksur tal-Liġi tal-VAT jew Income Tax, liema sentenza kienet sospiża.
Mellieħa – toroq/sqaqien/passaġġi li saru bil-konkos
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema toroq/sqaqien/passaġġi f’żoni rurali saru bil-konkos mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-lokalità tal-Mellieħa (li tinkludi wkoll il-Manikata) bejn Jannar 2014 u Mejju 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Kunsilli Lokali joperaw b’mod awtonomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess Kunsilli Lokali.
Id-domanda tal-Onor Interpellant tirrigwardja l-operat ta’ Kunsill Lokali partikolari u mhux tad-dekasteru tiegħi.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni – każijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni preżentament, u jista’ jindika wkoll kemm hemm impjegati jaħdmu mal-istess Kummissjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm arbatax (14)-il każ pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti Kontra il-Korruzzjoni filwaqt li huwa biss is-Segretarju tal-istess Kummissjoni li huwa l-uniku impjegat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inġabru flus għad-drittijiet u spejjeż dovuti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mill-bidu ta’ din is-sena sal-aħħar ta’ Mejju 2016 u possibbilment jekk jistgħux jiġu indikati xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-flus li nġabru din is-sena bejn Jannar u l-aħħar ta' Mejju huma ta’ € 40,585.48
Jannar: €8,947.21
Frar: €9,126.76
Marzu: €9,658.42
April: €6,150.11
Mejju: €6,702.98
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa ta' Heritage Malta abbinata maċ-CHOGM li sar fl-2015? Jista' jgħid kif intefqu dawn il-flus?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ma għamlet l-ebda spiża partikolari marbuta maċ-CHOGM. Ix-xogħol li sar f’Sant Anġlu kellu jsir bħala parti mill-proġett ERDF 245 ko-finanzjat mill-UE, filwaqt li fl-uffiċċji ta’ Bighi saret biss manutenzjoni regolari għall-okkazjoni taż-żjara tar-Reġina.
San Pawl il-Baħar — Ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet mil-local wardens, għal kull ġurnata bejn l-1 u l-25 ta’ Mejju, 2016, f'San Pawl il-Baħar, maqsuma siegħa siegħa u triq triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati involuti fit-twettiq tad-disa’ programm tal-Malta Arts Fund, jiġifieri:
a) amministraturi tal-fondi;
b) dawk li jevalwaw il-proċess tal-għażla; u
c)
fund managers
eċċ.?
Jista’ jgħid jekk dawn humiex impjegati full-time jew part-time u kemm hu s-salarju tagħhom għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll jekk għandhomx onorarja u kemm hi l-onorarja għal kull sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Kunsill Malti għall-Arti jamministra dawn il-programmi ta’ fondi pubbliċi.
1. Malta Arts Fund (Riċerka, Żvilupp ta’ Proġetti (sena), Żvilupp ta’ Proġetti (tlett snin)
2. Kreattiv
3. Premju tal-President għall-Kreattivita’(f’isem l-Uffiċju tal-President)
4. Cultural Export Fund (Travel, Touring, Translation)
5. Digital Games Fund
6. Kultura TV
7. Cultural Partnership Agreement
8. Kommunijiet Kreattivi
9. Gozo Cultural Support Programme
It-tim kollu involut fl-amminstrazzjoni u l-immaniġġar tal-fondi huma impjegati full-time tal-Kunsill skont l-istrutturi approvati mill-Gvern u b’salarji skont l-iskali mfassla għall-impjegati fis-servizz pubbliku.
L-amminstrazzjoni tal-programmi titmexxa mill-Kap tal-Fondi u s-servizzi ta’ brokerage. Il-Kap tal-Fondi sservi wkoll ta’ Fund Manager għal numru ta’ programmi ta’ fondi pubbliċi. Il-brokerage hu servizz li l-Kunsill jagħti lill-artisti u lill-origanizazzjonijiet kulturali permezz ta’ informazzjoni u għajnuna fuq applikazzjonijiet u żvilupp ta’ proġetti kreattivi. Għal dan is-servizz il-Kunsill għandu żewg persuni full time. Hemm żewg amminstraturi full-time għall-fondi kollha.
Kull fond huwa abbinat ma’ Associate fid-direttorat tal-istrateġija li jservi wkoll ta’ fund manager. Dan isir bil-għan li kull fondi jitmexxa b’mod strateġiku u l-investiment pubbliku jkun assigurat b’monitoraġġ kontinwu tal-proġetti magħżula. Dan ir-rwol huwa biss parti mid-doveri ta’ Associate li apparti x-xogħol marbut mat-tmexijja ta’ programmi ta’ fondi jinkludi fost oħrajn t-tmexxijja ta’ proġetti differenti li huma inklużi fl-istrateġija pubblika tal-Kunsill. Bħalissa l-Kunsill għandu sitt Associates, b’ħamsa minnhom fi rwol ukoll ta’ fund manager.
Is-salarji ta’ dawn l-uffiċjali huma:
Salarju Bażiku
Head of Funding and Brokerage
€27,774
Creative Brokers
€21,110
Senior Fund Administrator
€25,231
Fund Administrator
€22,575
Associates
€25,231
L-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-fondi pubbliċi, għajr il-Cultural Partnership Agreement, issir minn evalwaturi indipendenti, b’għażla minn pool ta’ esperti li juru interess f’dan l-irwol permezz ta’ sejħa pubblika li ser tibqa miftuħa. Bħalissa il-Kunsill għandu pool ta’ 70 persuna li jistgħu jissejħu għall-evalwazzjoni u jitħallsu skond il-linji gwida li jinstabu hawn. http://www.artscouncilmalta.org/opportunities/2
Ħadd minn dawn l-uffiċjali ma jirċievi xi forma ta’onorarja.
Heritage Malta – Forti Sant Iermu u l-Forti Sant’Anġlu
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta Heritage Malta ħa toħroġ is-sejħa għall-Gallery/Site Officers speċifikament għal ġewwa l-Forti Sant Iermu u l-Forti Sant’Anġlu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dawn is-sejħiet jiġu ppubblikati meta Heritage Malta tħoss li huwa il-mument opportun.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti u l-mużewijiet ta' Heritage Malta li jibbenefikaw mill-iskema tad-dħul tal-gruppi b'€1 kull persuna? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istatistika abbinata man-numru tal-użufrutwarji ta' din l-iskema kif ukoll is-siti/mużewijiet li żaru fis-sena 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-iskema tal-€1 ghall-Kunsilli Lokali u gruppi oħra lokali tapplika għas-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta b’xi eċċezzjonijiet kif spjegat hawn taħt. Matul l-2015 kien hemm 1793 persuna li żaru l-mużewijiet u s-siti permezz ta’ din l-iskema, li kienu maqsumin kif ġej:
Mużew/SitPersuni
Domus Romana75
Forti Sant Anġlu30
Forti St Elmo941
Tempji tal-Ġgantija 296
Ħaġar Qim 29
Palazz tal-Inkwiżitur7
Mużew Marittimu 48
Mużew tal-Istorja Naturali105
Armerija tal-Palazz 47
Katakombi ta’ San Pawl215
Total1,793