Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm persuna li għandha mpjieg ieħor u qed tagħmel xogħol part-time (maintenance) mal-Malta Enterprise? Jista' jgħid x'inhu xogħol din il-persuna mal-Malta Enterprise? Jista' jgħid kif u kemm jitħallas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise — Chief Officer corporate services

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta saret is-sejħa għall-impjieg ta' chief officer corporate services mal-Malta Enterprise? Kemm applikaw? Xi kwalifiki u esperjenzi kellu kull applikant? Min ġie magħżul? X'inhu s-salarju u l-pakkett ta' benefiċċji li jġorr miegħu dan l-impjieg?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Birkirkara — Valley Road - ilma tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-ilma tad-drenaġġ ilu jiskula minn diversi bokok ġewwa Valley Road, Birkirkara ħdejn il-bini li kien jokkupa l-istabbiliment tal-Price Club u ħdejn l-istabbiliment tad-Domestica għal diversi snin? Jista' jara li dan l-inkonvenjent, li huwa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, jitneħħa darba għal dejjem għaliex wara ftit żmien li jsiru t-tiswijiet meħtieġa l-problema dejjem terġa' titfaċċa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MIA — Kumpens ordnat mill-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra għalfejn is-sentenzi mogħtija mit-Tribunal ta' l-Inġustizzji fis-17 ta' Lulju 2003 fil-konfront tal-Malta International Airport ma ġewx onorati mill-Malta International Airport u t-tlett persuni - isimhom qed jintbagħat separatament - ma ngħatawx il-kumpens ordnat mill-Qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Maltapost — Tqassim ta' ittri

Question

In vista tal-fatt li nbidlu diversi numri tal-bibien u li dawn f'xi każi għadhom lanqas jidhru fir-reġistru elettorali, jista' il-Ministru jara li jinħarġu struzzjonijiet sabiex ittri li jkunu mingħajr numru tal-bieb jew juru n-numru l-antik, jiġu mqassma xorta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sussidju fuq Telephone

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10805, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u tas-Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jista' jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni għas-sussidju fuq is-servizz tat-telefon tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha tiġi pproċessata minn Settembru li għadda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10660 u 10832 u cioe' jara, stante li l-uffiċjali nkarigati daparti ta' l-Enemalta mhux qegħdin joffru l-ebda spjega suffiċjenti, x'inhi r-raġuni li l-kont tal-persuna anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qiegħed ta' kull darba jkun eżorbitanti avolja m'għandhom l-ebda element li jistgħu jikkontribwixxu għal tali kont?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PBS — Filmat dwar protesta nazzjonali fil-Floriana

Question

Wara d-dikjarazzjoni li kien għamel Fr. Joe Borg, li kien talab lill-awtorita' tax-xandir biex tagħmel inkjesta b iex toħroġ il-verita' dwar dak li kien seħħ fin-news room tal-PBS biex kien ħareġ il-filmat tal-protesta nazzjonali li saret fuq il-Fosos tal-Floriana fit-13 ta' Frar, jista' il-Ministru jgħid: 1) jekk il-membri li se jagħmlu l-inkjesta ġewx innominati; 2) x'inhuma t-terms of reference li ngħataw; 3) kemm huwa maħsub li jdumu biex jagħmlu rapport; 4) jekk għandux il-ħsieb li dan ir-rapport isir pubbliku billi jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

WSC

Question

Jista' il-Ministru, fil-konfront tal-każ - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - wara li fallew il-mezzi ordinarji, jinvestiga l-istess stante illi mill-istess dokumenti annessi jidher li dawn ma jirriflettux l-użu għall-istess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża? Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xemxija — Power cuts

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed ikun hemm power cuts fix-Xemxija fejn waħda minnhom damet sigħat sħaħ u llum kien hemm power cut oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li fix-xahar ta' Frar kien hemm erba' interruzzjonijiet, tnejn kienu kawża ta' ħsarat fuq is-sistama tal-vultaġġ għoli u tnejn kienu kawża ta' xogħol ta' manutenzjoni li kien programmat b'avviż minn qabel.

PBS — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10724 u cioe' jgħid kemm hemm ħaddiema bħalissa fil-PBS skond ir-rank u d-dipartiment tagħhom? Kemm ġie jiswa lill-gvern u lill-PBS il-proċess ta' ristrutturar tal-kumpannija? Kemm hemm kontributuri u part-timers mal-PBS bħalissa? Kemm qed tlaħħaq l-ispiża totali tal-kontributuri bħalissa kif ukoll tal-programmi li qed jiġu farmed out, possibbilment skond il-qasam rispettiv tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.