Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rapportati lill-pulizija f'Ħal Kirkop kull sena mill-2001 sa l-2004, reat reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-reati kriminali irrapurtati lill-Pulizija fil-limiti ta' Ħal Kirkop matul is-snin 2001-2004, skond l-istatistika miżmuma mill-Pulizija, kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu r-reati kriminali rapportati lill-pulizija f'Ħal-Luqa kull sena mill-2001 sa l-2004, reat reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-reati kriminali irrapurtati lill-Pulizija fil-limiti ta' Ħal Luqa matul is-snin 2001 - 2004, skond l-istatistika miżmuma mill-Pulizija, kienu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li safa battal huwiex taħt il-kustodja tal-joint office jew le?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-fond li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament huwa amministrat mill-Uffiċċju Konġunt.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12298, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali, Żebbuġ, qattx kellu l-assi tiegħu iffriżati? Jekk iva, tista' tingħata r-raġuni għaliex ġew iffriżati dawn l-assi? Jekk iva, x'passi se jieħu d-dipartiment tal-kunsilli lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm Mandat ta' Sekwestru kontra l-Kunsill Lokali Żebbuġ (Malta) mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni għal xogħlijiet u servizzi pprovduti mill-imsemmi Dipartiment li saru xi snin ilu. Ser isiru taħdidiet bejn uffiċjali ta' l-istess Dipartiment, is-Sindku u d-Direttur Gvern Lokali biex jinstab mezz sabiex titħallas is-somma li hi dovuta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qiegħed jieħu d-dipartiment tal-kunsilli lokali dwar il-fatt li l-kunsill lokali, Żebbuġ ma ġiex imsejjaħ biex jiltaqa' u jiddsikuti agenda li tinkludi t-tiġdid jew mod ieħor tal-kuntratt tas-segretarju esekuttiv, meta s-segretarju esekuttiv kienet uriet ix-xewqa li ġġedded il-kuntratt? Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma illi meta ħarġet l-ittra ta' terminazzjoni lis-segretarju esekuttiv din saret mingħajr ma l-kunsill lokali kien informat uffiċjalment, tant li persentaġġ sostanzjali ta' kunsilliera lanqas biss kienu jafu li l-kuntratt ġie tterminat?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kemm-il darba il-Kunsill ma jiddiskutix it-tiġdid tal-kuntratt ta' Segretarju Eżekuttiv meta dan ikun skada, is-Segretarju Eżekuttiv jiġi meqjus li ntemmlu l-kuntratt ta' servizz ma' l-istess Kunsill.
Ladarba l-kuntratt ta' impjieg tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali Żebbuġ (Malta) ma ġiex imġedded, ma kienx hemm il-ħtieġa li tinħareġ ittra ta' terminazzjoni.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija m'inix f'pożizzjoni nikkonferma dan.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew investigati delitti mill-Economic crimes unit tal-pulizija, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każi nvestigati mill-Economic Crime Unit tal-Pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin, kienu kif jidher hawn taħt:
2001
2002
2003
2004
2005*
558
580
372
491
135
*sat-13 ta' Mejju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija fl-Ecomonic crimes unit tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent l-Economic Crime Unit tal-Pulizija hija komposta kif jidher hawn taħt:
Assistant Kummissarju1
Supretendent1
Spetturi7
Surġenti4
Kuntistabbli18
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-Economic crimes unit tal-pulizija, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuni mressqa l-Qorti mill-Economic Crime Unit tal-Pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin, kienu kif jidher hawn taħt:
2001
2002
2003
2004
2005*
245
327
259
324
83
*sat-13 ta' Mejju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-pulizija ħarġet il-permess biex isir party bil-lejl u bi nhar ġewwa Paradise Bay fiċ-Ċirkewwa fix-xahar ta' Ġunju meta fl-inħawi jkun qed ibejjet il-merill u għasafar oħra protetti peress li huwa illegali li xi ħadd ifixkel dawn l-għasafar milli jbejtu? Billi Ġunju huwa l-aqwa żmien meta l-għasfur nazzjonali ibejjet u billi ħsejjes u dwal u nies jgħajtu u jagħmlu l-istorbju b'mużika qawwija se tfixkel lil dawn l-għasafar milli jbejtu, jidhirlu li għandu jwaqqaf din l-atttivita' u jipposponi l-ħruġ tal-permess għal xhur oħra meta l-għasfur nazzjonali ma jkunx qed ibejjet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija għadha ma ħarġet ebda permess sabiex tinżamm l-attivita' imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Fil-fatt ninsab infurmat ukoll illi kien biss nhar it-2 ta' Mejju 2005, li l-Pulizija rċeviet applikazzjoni sabiex tinżamm attivita' simili fil-lokalita' msemmija nhar il-5 ta' Ġunju. Infurmat ukoll illi din l-applikazzjoni, s'issa, għadha ma ġietx kontestata skond kif stipulat fir-Regolamenti ta' l-1991 dwar Proċeduri rigward Liċenzji tal-Pulizija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm insterqu jew naqsu oġġetti mill-għases tal-pulizija u/jew mid-depot is-sena l-oħra? X'kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm tlett każi fejn ġie irrapurtat li naqsu xi oġġetti minn bini użat mill-Korp tal-Pulizija. Dawn l-oġġetti kienu jikkonsistu f'cellular phone, aċċessorji minn vettura u arma tan-nar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm tressqu nies il-qorti kull sena fuq akkużi ta' krudilta' u moħqrija ta' l-annimali fis-sena 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 s'issa? Minn fejn kienu l-persuni li tressqu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija fuq reati relatati ma’ moħqrija ta’ annimali bejn is-sena 2000 u April 2005 kienu kif jidher hawn taħt:
2000
2001
2002
2003
2004
2005
15
11
30
16
1
5
Infurmat ukoll illi l-lokalitajiet fejn seħħew dawn ir-reati kienu:
Birżebbuġia
Marsaxlokk
Mrieħel
San Ġiljan
Xlendi
Birkirkara
Marsa
Mtarfa
San Pawl il-Baħar
Żabbar
Baħar iċ-Ċaħaq
Mdina
Paola
Sliema
Żebbuġ
Ħamrun
Mellieħa
Pembroke
Valletta
Żejtun
Luqa
Mosta
Qormi
Xewkija
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru referrals lill-Aġenzija Sedqa mill-qorti tal-maġistrati (Malta) f'dawn l-aħħar tliet snin, maġistrat maġistrat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni rikjesta mhux qiegħda għad-disposizzjoni tar-Reġistratur tal-Qrati Kriminali. Qiegħed isir sforz biex l-informazzjoni rikjesta tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11313 mogħtija fl-4 ta' Marzu, 2005 (Seduta 247 - 09/03/05) dwar għotjiet li ngħataw mill-ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu lill-għaqdiet non-governattivi, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-għaqda Mid-Dlam għad-Dawl, li din is-sena tagħlaq għaxar snin mit-twaqqif tagħha, qatt ma ngħatat ebda għotja mill-ministeru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu minkejja l-fatt li l-istess għaqda kemm-il darba għamlet talba f'dan ir-rigward; tippubblika r-rendikont finanzjarju tagħha kull sena; tagħti servizz kontinwu lill-priġunieri; l-ex-priġunieri; il-familji tal-priġunieri u issa wkoll lill-vittmi tal-kriminalita' u xxandar kull sena rendikont tal-ħidmiet kollha li tagħmel fil-ħabs ma' kull kategorija ta' priġunier?
Jista' jgħid ukoll għadx fadal żmien biżżejjed biex din l-għaqda tingħata għotja din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li, ovvjament mhux dejjem ikun possibbli għal dan il-Ministeru li jagħti għotjiet finanzjarji lil kull għaqda non-governattiva li taħdem f’xi qasam li jaqa’ taħtu.
Biss anke b’apprezzament għax-xogħol siewi li din l-għaqda tagħmel, dan il-Ministeru għen b’mod konkret fl-organizzazzjoni ta’ Working Seminar nazzjonali dwar il-Vittmi tal-Kriminalita f’Malta li sar fil-11 ta’ Novembru 2004. Tali għajnuna kienet tikkonsisti fi ħlas għall-passaġġ ta’ Dame Helen Reeves, Chairperson tal-European Forum for Victim Services biex tkun tista tindirizza lill-persuni u parteċipanti f’dan is-seminar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi pendenti għas-sentenza fil-prim'awla tal-qorti ċivili ta' Malta? Jista' jindika wkoll quddiem liema ġudikanti partikolari jinsabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kawżi differiti għas-sentenza fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ġudikant b’ġudikant huma kif ġej:
ĠudikantKawżi differiti għas-sentenza
Imħallef Joseph Azzopardi26
Imħallef Giannino Caruana Demajo96
Imħallef Geoffrey Valenzia45
Imħallef Tonio Mallia23
Imħallef Gino Camilleri265
Imħallef David Scicluna42
Imħallef Alberto J Magri2
Imħallef Lino Farrugia Sacco23
Imħallef Noel Cuschieri75
Imħallef Joseph R Micallef140
Imħallef Philip Sciberras1
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kawżi pendenti sabiex jiġu appuntati fil-prim'awla tal-qorti ċivili ta' Malta? Jista' jindika wkoll quddiem liema ġudikanti partikolari jinsabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kawżi pendenti biex jiġu appuntati fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ġudikant b’ġudikant huma kif ġej:
ĠudikantKawżi pendenti sabiex jiġu appuntati
Imħallef Joseph Azzopardixejn
Imħallef Giannino Caruana Demajo183
Imħallef Geoffrey Valenziaxejn
Imħallef Tonio Mallia56
Imħallef Gino Camillerixejn
Imħallef David Sciclunaxejn
Imħallef Alberto J Magrixejn
Imħallef Lino Farrugia Sacco15
Imħallef Noel Cuschieri7
Imħallef Joseph R Micallefxejn
Imħallef Philip Sciberrasxejn
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-kunsilli lokali ma bagħatx ħaddiema tal-gvern daqskemm mitlub mal-kunsill lokali tal-Gżira?
Response (BORG, TONIO)
Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet li huma assenjati mal-Kunsilli Lokali. Skond l-informazzjoni li għandi, il-Kunsill Lokali Gżira ma għamel l-ebda talba għal xi ħaddiema minn dawn.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistax joħroġ figuri komparattivi ta' kemm ġew viżitaturi Libjani minn Tripli u Benghazi minn qabel ma ġew introdotti l-visas b'paragun ma' minn mindu ġew introdotti dawn il-visas? Dan jista' isir billi wieħed iqabbel l-ewwel erba' xhur tas-snin 2003, 2004 u 2005 kif ukoll is-sena 2003 ma' dik 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istatistika mitluba mill-Onorevoli Interpellant m'hix disponibbli minn naħa tal-Pulizija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħidilna jekk informazzjoni pubblikata fil-"Malta Today" dwar dak li jidher li hu traffikar ta' oġġetti ta' wirt storiku mill-Iraq u minn Malta ġietx investigata mill-pulizija? Jista' jgħidilna jekk l-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġiex imfittex għall-oġġetti li rriklama hu stess fuq l-internet, li jinkludu siġilli mill-Mesapotamja u muniti Maltin ta' żmien il-Konti Ruġġieru? X'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan il-każ għadu qed ikun investigat mill-Pulizija, u għalhekk ma nħossx li jkun opportun li tagħrif dettaljat jiġi pubblikat.