Legislature:
Category:
Reset
Active:

Relief

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' persuni li qegħdin fuq ir-relief illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni li qegħdin fuq ir-relief sa l-aħħar ta' April 2001 huwa ta' 10,104 benefiċjarji, komposti kif ġej:- Għajnuna Soċjali 6322 benefiċjarji Għajnuna Soċjali Għad-Disimpjieg 3782 benefiċjarji

Rubbish Dump

Question

Jistgħa l-Ministru jieħu passi biex il-passaġġ żgħir li hemm fuq wara ta' A2, Triq il-Hawha, San Ġwann ma jibqax jintuża bħala rubbish dump b'inkonvenjenza għall-inkwilini indikati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-area li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant hija passaġġ pubbliku, allura ma jaqax taħt ir-responsabilita' ta' xi dipartiment tad-djar.

Housing Authority

Question

Jista' l-Ministru jara li minħabba l-eta' ta' l-inkwilini ta' A 15, Triq il-Ħawħa, San Ġwann, jistgħu jiġu ikkunsidrati għall-appartament ieħor tal-Gvern preferibbilment ġewwa San Ġwann li jkun bla taraġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, f'Novembru 2000, d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ġie nfurmat li l-inkwilini li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ma kienux interessati f'akkomodazzjoni alternattiva.

Intervisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex meta persuni bla xogħol jintbagħtu għal-intervisti mas-settur privat, tinqata' d-drawwa ta' wħud li jitolbuhom jibgħatu CV flok jagħmlulhom intervista jew inkella li jinjorawhom minkejja li jgħidulhom li jkunu ser jikkuntattjawhom meta tkun lura f'postha il-persuna li kellha tintervisthom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant japprezza li mhux faċli li tirregola dwarhom permezz ta' miżuri leġislattivi.

Vacation Leave

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie kkanċellat vacation leave ta' nurses, nursing aids, health assistants u hospital auxiliaries li jaħdmu fir-Residenza San Vincenż De Paule mill-1 ta' Jannar 2001 sal-25 ta' Mejju 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' leave kkanċellat mill-1 ta' Jannar sal-25 ta' Mejju hu kif ġej: Jannar - 76 Frar - 88 Marzu - 145 April - 236 Mejju - 226

Djar — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra r-raġuni għalfejn l-applikazzjoni lill-awtorita' tad-djar HAV50/99, li ilha li saret aktar minn sena u li l-okkupanti qegħdin isofru fiżikament, f'liema stadju waslet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qiegħda fl-istadju biex isiru pjanti aktar dettaljati. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita' m'għandha ebda indikazzjoni li turi li hemm involuti persuni morda jew b'diżabilita'. Jekk dan hu l-każ, l-Awtorita' għandha tiġi nfurmata bid-dettalji.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ta' missier b'żewġt itfal, li nqata' mir-reġistru u jinsab fl-appell, jitmexxa b'mod urġenti peress li ma għandu l-ebda dħul ieħor? Il-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna minnu ndikata ser jiġi mistħarreġ mill-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol, fuq appell imressaq quddiem l-istess Awtorita' mill-persuna nnifisha minħabba li ġiet maqtugħha mill-ewwel parti tar-reġistru għar-raġuni li rrifjutat talba ta' xogħol. Ninforma lill-istess Onor. Interpellant li peress li l-persuna msemmija qegħda tirreġistra taħt it-tieni parti tar-reġistru, il-mara tiegħu applikat għall-Għajnuna Soċjali f'isimha u għal bintha. L-applikazzjoni tal-mara ser tiġi eżaminata mill-Bord ta' l-Għajnuna Soċjali nhar il-15 ta' Ġunju, 2001.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li omm armla żagħżugħa li mietilha żewġha ftit tal-ġimgħat ilu tibda tirċievi l-pensjoni tar-romol u mhux ta' min jirtira? Il-partikolaritajiet tas-sinjura qed jintbagħtu separatament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ.

Benefiċċji Soċjali — Pensjoni

Question

Peress li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament twaqqfitilha l-pensjoni ta' l-eta' għax qed ikun allegat mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali li għandha valur kapitali aktar minn Lm4,000, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm investigazzjoni aktar dettaljata peress li hi qed tallega li għandha ħafna anqas dħul?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ fil-kwistjoni ġie rivedut favorevolment u l-pensjonanta ġiet infurmata bid-deċiżjoni.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna għaliex persuni li jbatu minn depression u claustrophobia u ma jissaportux ġewwa, tant li għandhom ċertifikati f'dan is-sens, l-ETC ma tagħmel xejn dwarhom, u dawn it-tip ta' nies lanqas biss jiġu wżati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għandha sezzjoni apposta biex tieħu ħsieb persuni żvantaġġjati. L-Korporazzjoni għandha skemi apposta għal dawn it-tip ta' klijenti bħal Bridging The Gap u l-Employment Training Placement Scheme (ETPS). Il-Korporazzjoni ilha għal diversi snin tħares lejn diversi kategoriji ta' klijenti li huma żvantaġġjati bħal per eżempju nies bi hxuna eċċessiva (obesity) u problemi soċjali, barra nies b'xi mard partikulari. Propju bħal issa qed tiġi studjata l-possibilta' li jiġi introdott programm ġdid imsejjaħ Psycho-Social Education Prevention Group Sessions li għandu jgħin persuni b'kundizzjonijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant. Jekk l-Onor. Interpellant irid jindika lill-Korporazzjoni b'mod kunfidenzjali xi persuna li jaf biha u li tinħtieġ l-għajnuna, hu jista' jagħmel dan billi jikkuntattja lic-CEO, għax mhux dejjem il-Korporazzjoni tkun taf bil-kundizzjoni tal-individwu.

Djar — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament l-applikazzjoni li kellu ma' l-awtorita' tad-djar komplitx tiġi proċessata jew jekk ġietx abbandunata? Għal liema raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni mingħand il-persuna indikata.

Anzjana — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li applikazzjoni ta' anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija tingħata attenzjon peress li ilha li applikat mingħajr ebda risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dwar x'hiex saret l-applikazzjoni li rrefera għaliha.

Servizzi Soċjali — Children Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi opportuni sabiex jinbidel is-ceiling għar-rigward taċ-children allowance li ilu ma jiġi rivedut sa mis-sena 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dħul massimu biex persuna tikkwalifika għall-Allowance tat-Tfal hu ta' Lm10,270 fis-sena, liema ammont hu preżentement ikkunsidrat adekwat.

Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni sabiex tinqata' l-inġustizzja li qiegħda tiġi kommessa meta tinħadem ir-rata ta' l-allowance mid-dħul billi tinqata' biss l-NI filwaqt li t-taxxa mħallsa tibqa' konsidrata bħala dħul?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fit-test tal-mezzi għall-għoti ta' benefiċċji soċjali, f'ebda każ ma' tiġi mnaqqsa Taxxa fuq id-Dħul. Kieku kellu jsir dan it-tnaqqis ikun ifisser li l-ammont li jitħallas f'taxxa jew parti minnu jkun qed jingħata lura bħala benefiċċju soċjali, li m'għandux ikun. Għalhekk m'hemm ebda nġustizzja li l-ammont ta' taxxa mħallsa jew dovuta ma titnaqqasx fit-test għall-għoti tal-benefiċċji soċjali.

Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma minfuqa għall-bini tad-Dar ta' l-Anzjani fl-Imtarfa ?Jista' jgħid kemm kienet is-somma mħallsa lill-Perit inkarigat mix-xogħol tal-bini ta' din id-dar? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' residenti f'din id-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni meħtieġa għal din il-Mistoqsija Parlamentari għada qiegħda tiġi miġbura u tingħata f'xi Seduta oħra.

Kera

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga dwar jekk hux il-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jiġu mgħoddija separatament ikollha l-kera gravanti l-fond li hi tiddetjeni riveduta issa li miet żewġha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi r-reviżjoni tas-sussidju tal-kera tal-persuna indikata jmissu jinħadem din is-sena. Il-persuna se tkun mitluba tipproduċi dokumenti li juru d-dħul matul is-sena 2000 biex jinħadem.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif il-kera ta' żewġ pensjonanti fi block 5B, Fl.6 Misraħ Lewża, San Ġwann xi żmien ilu telgħet minn Lm 90 pa għal Lm 162 pa kif wkoll li meta is-sinjura Aguis ta' l-istess indirizz dan l-aħħar beda isirilha tnaqqis tat-taxxa mir-ras il-għajn min pensjoni li ilha tirċievi is-snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi s-sussidju tal-kera tal-inkwilin indikat fil-Mistoqsija inħadem is-sena l-oħra (1999) fuq id-dħul tiegħu matul l-1998 skond il-ftehim tal-kirja ffirmata minnu fl-14 ta' Diċembru 1987 u skond l-Avviż tal-Gvern numru 523 tas-7 ta' Lulju 1998.