Belt Valletta — Plakka tifkira tas-sħubija ta' Malta fl-UE
Question
Jista' jiġi kkunsidrat li tiġi mikxufa plakka fil-Belt li tfakkar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġà kont esprimejt ruħi f’Mistoqsija Parlamentari Numru 5593, il-Gvern qed jesplora l-possibbilità li ssir tifkira tad-dħul ta’ Malta fl-Ewropa. Biss ma naħsibx li din il-għażla għandha tkun ristretta biss għal Belt Valletta.
Dipartiment tal-Gvern — Sistema ta' Enerġija Solari
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dipartimenti tal-gvern li matul dawn l-aħħar ħames snin qalbu għas-sistema ta' dawl u/jew enerġija solari? Liema huma dawn id-dipartimenti u kemm swiet, kull każ separatament, din il-bidla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv kemm għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll għall-Ministeru tal-Finanzi.
Matul is-sena 2004, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda miġbura fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Matul is-sena 2004, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda miġbura fit-tabella li se npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f’xi seduta.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien il-prodott gross domestiku ta' pajjiżna fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 u jispjega xi kkontribwixxa biex kull sena tela' jew niżel? F'liema qasam tela' u niżel? Jista' jagħti mill-1999 sas-sena 2002 x'kien il-GDP ta' Malta meta mqabbel mal-medja ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11362.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10711 u cioe' jgħid x'kien il-prodott gross domestiku ta' pajjiżna fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 u jispjega xi kkontribwixxa biex kull sena tela' jew niżel? F'liema qasam tela' u niżel? Jista' jagħti mill-1999 sas-sena 2002 x'kien il-GDP ta' Malta meta mqabbel mal-medja ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11362.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew eżatt fondi mill-EU matul is-sena 2004? Jista' jagħti breakdown ta' kemm kienu minnhom grants u kemm minnhom kienu project related? Jista' jgħid għal liema proġetti kienu akkwistati u jagħti l-ammont ta' kull proġett? Fl-istess ħin, jista' il-Prim Ministru jinforma kemm flus kellha tibgħat Malta lill-UE bħala own resources u jagħti breakdown tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm pajjiżna ħallas aktar matul is-sena 2004 biex importa mill-UE affarijiet bħal ċereali, zokkor, prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib u prodotti ta' tadam semi proċessat u prodotti oħra? Fl-aħħar, jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li kellna noħorġu aħna biex inkunu nistgħu nieħdu l-flus allokati għall-proġetti li konna ntitolati għalihom mill-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni se titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew eżatt fondi mill-EU matul is-sena 2004? Jista' jagħti breakdown ta' kemm kienu minnhom grants u kemm minnhom kienu project related? Jista' jgħid għal liema proġetti kienu akkwistati u jagħti l-ammont ta' kull proġett? Fl-istess ħin, jista' il-Prim Ministru jinforma kemm flus kellha tibgħat Malta lill-UE bħala own resources u jagħti breakdown tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm pajjiżna ħallas aktar matul is-sena 2004 biex importa mill-UE affarijiet bħal ċereali, zokkor, prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib u prodotti ta' tadam semi proċessat u prodotti oħra? Fl-aħħar, jista' il-Prim Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' flus li kellna noħorġu aħna biex inkunu nistgħu nieħdu l-flus allokati għall-proġetti li konna ntitolati għalihom mill-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se terġa' ssir sejħa għad-dħul ta' rekluti fl-Armata? Kemm hu n-numru totali ta' nies fl-Armata? kemm hemm vakanzi f'kull rank?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fil-21 ta’ Marzu 2005 bdew l-ingaġġ tagħhom 30 suldat ġdid fl-Armata, u għalhekk ma jidhirx li hu possibbli li jsir reklutaġġ ieħor qabel jgħaddi ċertu żmien. In-numru totali ta’ nies fl-Armata bħalissa huwa 1609, fil-waqt li n-numru ta’ vakanzi f’kull rank huwa dan:
Kurunell 1
Logutenent Kurunell 1
Maġġuri 8
Kaptani 1
Logutenenti 23
Warrant Officers 44
Sergeants u Staff Sergeants 102
Bombardiers u Lance Bombardiers 119
Gunners 241
Fid-dawl li l-aħħar statistika ta' l-uffiċċju nazzjonali ta' l-istatistika dwar il-qgħad taw dawn il-figuri:
Nov.2004 Dec.2004 Jan.2005
Part 1 7353 7390 7409
Part 2 772 713 771
Total registering (1 and 2) 8125 8103 8180
New registrands under part 1 during ---- 1342 1741
the month
Kif wieħed jispjega li f'Novembru 2004 kien hemm 8,125 qegħda, kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda 3,083 (1342+1741) bejn Diċembru u Jannar u dawk qegħda jibqgħu 8,180 f'Jannar? Jikkonferma li madwar 3,028 ma baqgħux jirreġistraw? Jistgħu jiġu spjegati dawn il-figuri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-NSO jaħdem l-istatistika tal-qgħad billi mal-figura tal-qgħad tax-xahar n tiżdied il-figura ta’ dawk li bdew jirreġistraw għax-xogħol fix-xahar n + 1 u minn dan it-total jitnaqqas l-ammont ta’ nies li bdew jaħdmu jew li ma baqgħux jirreġistraw fix-xahar n + 1.
Mela biex naħdmu fuq figuri attwali għal nies li kienu qed jirreġistraw f’Part 1, irridu naħdmu hekk:
DIĊEMBRU 2004
Nies qegħda f’Novembru 20047353
Numru li żdied f’Diċembru 20041382
Total8735
Ġew impjegati jew ma baqgħux jirreġistraw f’Diċembru 2004(1345)
Nies qegħda f’Diċembru 20047390
JANNAR 2005
Nies qegħda f’Diċembru 20047390
Numru li żdied f’Jannar 20051741
Total9131
Ġew impjegati jew ma baqgħux jirreġistraw f’Jannar 2005(1722)
Nies qegħda f’Jannar 20057409
Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji — Estimi sussidjarji
Question
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li wara li skada t-terminu tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, ftit snin ilu l-gvern ħareġ estimi sussidjarji konċernanti kumpens li kien ġie rrakomandat mill-istess kummissjoni?
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont u min kienu n-nies li ġew debitament ikkumpensati u jagħti d-dettalji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi wara li skada t-terminu tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji, ingħata kumpens li jammonta għal total ta’ Lm376,039 lill-mija u ħdax-il (111) persuna. Ma nħossx li hija etika li nagħti l-ismijiet ta’ dawn il-persuni u kemm tħallsu kull wieħed.
Nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant li biex tħallas dan l-ammont ma kienx hemm bżonn li jinħarġu estimi sussidjarji.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-ħaddiema li daħlu mal-gvern qabel is-sena 1979 u kienu impjegati mal-public lotto, u allura fis-sena 1984 bdew jitqiesu bħala self-employed, humiex intitolati għas-somma meta jispiċċaw mix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku qatt ma kellu mpjegati li daħlu mal-gvern qabel l-1979 u li bdew jitqiesu bħala self-employed fl-1984.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10450 u cioe' jgħid liema xogħlijiet wettqu f'Kastilja d-ditta tal-periti Architecture Project? Kemm tħallsu feessal-lum dawn il-periti? AP tqabbdu wara sejħa għall-offerti? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandhom il-periti AP?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma li mtieraħ li huma importati minn barra minn Malta mhux qegħdin jiġu miżjuda l-eco-contribution , u dan minkejja l-plastic li jkollhom mdawwar magħhom, filwaqt li dawk manifatturati Malta huma? Jista' jgħid kemm hija l-kontribuzzjoni mitluba mill-Maltin? Kemm s'issa nġabret eco-contribution minn dan is-settur? Jekk dan huwa il-każ, jista' jara li dawn ikunu fuq level playing field?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-EKO Kontribuzzjoni fuq imtieraħ u prodotti tas-sodda taħt HS Codes 940421, 940429, 940430 u 940490 bdiet tkun pagabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005. Din l-EKO Kontribuzzjoni hija dovuta meta l-prodott jitqiegħed fis-suq għall-ewwel darba, kemm jekk jiġi minn stat membru ta’ l-Unjoni Ewropea (UE) kif ukoll jekk ikun impurtat minn barra l-UE.
Il-fatt li dawn il-prodotti huma mgeżwra fil-plastic huwa irrelevanti għax l-EKO Kontribuzzjoni titħallas fuq il-prodott inniffsu u mhux fuq il-materjal li bih ikun ippakkjat il-prodott.
Il-liġi tipprovdi fejn l-EKO Kontribuzzjoni għandha tkun dovuta fuq materjal tal-plastic, bażikament fuq boroż u basktijiet tal-plastic għax-xiri.
Rigward l-ammont ta’ EKO Kontribuzzjoni li nġabret mis-settur imsemmi, peress li l-prospetti ta’ l-EKO Kontribuzzjoni għadhom m’humiex dovuti li jintbagħtu, id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jgħid kemm hu l-ammont miġbur minn dan is-settur.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati fl-Armata, li huma eliġibbli, humiex se jingħataw il-medalji kif soltu kienu jingħataw wara 18-il sena u 25 sena servizz? Jekk le, għaliex u meta din se tingħatalhom fil-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-Gvern mhux marbut li jagħti l-imsemmija medalji kull sena. Fil-fatt kemm fl-1997 u kemm fl-1998 il-Gvern ta’ dak iż-żmien għażel li ma jagħtix dawn il-medalji.
Peress li l-Prim Ministru diġa' stqarr li l-gvern ser jiddeċiedi jekk Malta tidħolx fil-mekkaniżmu ERM biex eventwalment tadotta l-euro, jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra xi rapporti jew studji li huwa seta' ikkummissjona dwar l-impatt ta' addozzjoni kmieni jew aktar tard u kif l-addozzjoni ser jimpatta ekonomikament u soċjalment u x'miżuri qed jippjana l-gvern biex jilqa' kontra l-effetti negattivi li jistgħu jokkorru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern u l-Bank Ċentrali ta’ Malta huma fil-proċess li jiffinalizzaw dokument ta’ strateġija li jħares lejn is-sħubija ta’ Malta fl-Ewro. Id-deċiżjoni li jinħareġ id-dokument sejra tittieħed flimkien mal-Bank Ċentrali ta’ Malta wara konsultazzjonijiet mal-Kumitat Finanzjarju u Ekonomiku ta’ l-Unjoni Ewropea li ser jiltaqa’ fil-ġranet li ġejjin.
Jista' il-Prim Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ ta' werrieta tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qed jiġu mitluba mid-dipartiment tat-taxxi interni biex iħallsu s-somma ta' Lm85 peress li dawn qed jinsistu li din is-somma mhix dovuta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jinforma lill-werrieta tal-persuna indikata biex imorru fit-Taxpayer Service tad-Dipartiment (Blokk 4) waqt il-ħin ta’ l-uffiċċju biex jagħtuhom aktar dettalji.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' taxpayers li għadhom ma rċevewx rendikont tat-taxxa għas-sena ta' stima 2004 mid-dipartiment tat-taxxi interni sa l-aħħar ta' Jannar 2005? Kemm minn dawn għandhom jieħdu refund mid-dipartiment? Kemm hu t-total ta' refunds ta' din ix-xorta li għadu ma tħallasx sa l-aħħar ta' Jannar? X'inhi r-raġuni għad-dewmien, u min kien responsabbli għad-dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għad hemm 1,511-il taxpayer li għadhom ma rċevewx ir-rendikont tat-taxxa għas-sena ta’ stima 2004 li minnhom 1,363 għadhom jieħdu refund mid-dipartiment. L-ebda ammont minn dawn ma kien dovut sa l-aħħar ta’ Jannar.
Jista' il-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra dwar is-servizz ta' konsulenza, mogħti jew mitlub mill-gvern, matul is-sena li għaddiet? Min kienu l-konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti? Lil min irrapportaw? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ? Hemm ħlasijiet li għadhom pendenti u jekk iva, kemm huma dawn il-ħlasijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant ingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10588.
Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.