Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar tal-gvern — Ħlas ta' kera

Question

Tista' il-Ministru tara x'jista' isir biex persuni jgħixu f'postijiet tal-gvern u huma bla xogħol jew paga baxxa, ma jibqax ikollhom kera taqbeż it-Lm350 fis-sena? Jista' jivverifika l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.

Djar — Rikonoxximenti ta' kera

Question

B'riferenza għas-sena 2003 u għal perjodu Jannar sa Awissu 2004, tista' il-Ministru tkun daqstant ġentili u tgħid għal kull xahar kemm saru rikonoxximenti ta' kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva li saret mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Siġġiewi — Appartamenti tal-gvern - stallar ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk sarux applikazzjonijiet għall-istallar ta' lift fil-blocks tal-housing estate il-qadima fis-Siġġiewi? Jekk fl-affermattiv, x'sar minn dawn l-applikazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet żewġ applikazzjonijiet għal stallar ta' lifts fil-Qasam tal-Gvern indikat. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' qed tipprepara d-dokumenti tat-tender għall-istallar ta' dawn il-lifts wara li nħarġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA.

Santa Luċija — Flats Indipendenza - Dawl

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li bħalissa m'hemmx dawl fil-partijiet komuni (kuriduri) ta' Block B, Flats Indipendenza, Triq Maria de Domenicis, Santa Luċija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn spezzjoni li saret fuq il-post irriżulta li d-dawl fil-partijiet komuni tal-blokk indikat inqata' għax ma tħallsux il-kontijiet u mhux għax hemm xi ħsarat fis-sistema.

Djar — Kuntratt ta' post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtorita' tad-djar milli tibgħat għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex isir kuntratt biex jinxtara l-post tal-gvern indikat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna lill-persuna ndikata tippreżenta l-applikazzjoni flimkien ma' dokumenti oħra meħtieġa biex tkompli tikkunsidra l-każ.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li familja minn Bormla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post żgħir u li l-fond sovroppost huwa f'kondizzjoni ħażina ħafna, (inkluża l-parti komuni) tiġi allokata post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali se jalloka post alternattiv lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li fl-1998 (fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista) kienet ħadet il-fond li qed toqgħod fih u qed tgħid li kien ikkundannat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li familja minn Tas-Sliema li għandha 127 punti quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġu pprovduti b'post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6337 f'Seduta 149 dwar l-istess persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tikkonferma jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex għat-twaqqigħ? Jekk iva, tista' tikkonferma li l-inkwilin li jinsab separat mill-qorti minn martu sejjer jiġi offrut fond alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hi fl-affermattiv. Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ilu li alloka akkomodazzjoni alternattiva lill-inkwilini tal-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Persuni b'diżabilita' — Karti ta' l-identita' speċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni mil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Marsa, Sta. Venera, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop li għandhom il-karta ta' l-identita' speċjali maħruġa mill-K.N.P.D.? Kemm hemm minnhom li huma taħt is-60 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa każ ta' ħruġ ta' children's allowance lil single mother li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment konċernat dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Arretrati ta' N.S.A.

Question

Tista' il-Ministru tara li jinħarġu l-arretrati ta' N.S.A. tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment konċernat dwar il-każ tagħha.

Djar — Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tara fiex wasal il-każ ta' housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' il-Ministru tara li tittieħed azzjoni mill-aktar fis possibbli peress li ilha li saret applikazzjoni xi għaxar snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Persuni b'diżabilita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li applikaw biex jidħlu f'xi homeminn Lulju 2004 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk b' "home" l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-servizz residenzjali offrut mill-Aġenzija Sapport, ninsab infurmata li bejn Lulju u t-13 ta' Ottubru 2004 kien hemm 4 talbiet minn persuni b'dizabilita' biex jidħlu f'dawn ir-residenzi.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u x'tama hemm li tieħu post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem id-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali u x'tama hemm li tiġi provduta wieħed mill-appartamenti f'Tal-Papa, Birżebbuġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma oħrajn simili.

Djar — Post tal-gvern - żieda fil-prezz tal-kera

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tgħix f'post tal-gvern u bil-pensjoni, għolitilha l-kera tal-fond fejn toqgħod?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li mara Taljana, separata minn żewġha Malti u li għandhom sitt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi allokata post tal-gvern minħabba li mhix f'pożizzjoni finanzjarja tajba li tikri post mis-suq privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.